26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1649

tal-20 ta’ Settembru 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/22 (2) li taħtar lis-Sa Antje PITTELKAU bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), mis-16 ta’ Jannar 2021 sal-15 ta’ Jannar 2022.

(3)

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2162 (3)li testendi l-mandat tas-Sa Antje PITTELKAU bħala Kap tal-Missjoni EUCAP Sahel Niger mis-16 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022.

(4)

Fid-9 ta’ Settembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1505 (4), li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK u li testendi l-mandat ta’ EUCAP Sahel Niger sat-30 ta’ Settembru 2024.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Antje PITTELKAU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Sahel Niger jiġi estiż mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Antje PITTELKAU bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/22 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/2/2020) (ĠU L 9, 12.1.2021, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2162 tal-25 ta’ Novembru 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2021) (ĠU L 437, 7.12.2021, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1505 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 235,12.9.2022, p. 28).