12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1509

tad-9 ta’ Settembru 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘KSNU’) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b’dan emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“6.

Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid:4 ta' April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: a) Dorda Abuzed OE b) Abu Zayd Umar Hmeid Dorda Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Nru tal-passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta' Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta' skadenza: 24 ta' Novembru 2026) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: mejjet) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, fl-1 ta' April 2016, fil-25 ta' Frar 2020, fit-18 ta' Lulju 2022) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).”