1.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 227/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1447

tal-1 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tliet persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1230

Alla Viktorovna POLYAKOVA

(Алла Викторовна ПОЛЯКОВА)

Data tat-twelid: 26.11.1970

Post tat-twelid: Ryazan, il-Federazzjoni Russa

Nazzjonalita’: Russa

Sess: mara

Membru tad-Duma tal-Istat li vvotat favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ u għalhekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

1.9.2022

1231.

Anton Olegovich TKACHEV

(Антон Олегович ТКАЧЁВ)

Data tat-twelid: 31.3.1994

Post tat-twelid: Voronezh, il-Federazzjoni Russa

Nazzjonalita’: Russu

Sess: raġel

Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 ‘Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa lill-President tal-Federazzjoni Russa V.V. Putin dwar il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

1.9.2022

1232.

Valery Andreevich PONOMAREV

(Валерий Андреевич ПОНОМАРЕВ)

Data tat-twelid: 17.8.1959

Post tat-twelid: Distrett Kurilsky, Reġjun Sakhalin, il-Federazzjoni Russa

Nazzjonalita’: Russu

Sess: raġel

Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

1.9.2022”