31.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1437

tat-30 ta’ Awwissu 2022

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/2260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza biex jiġu sostitwiti l-Annessi A u B tiegħu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2022, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21), li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2021/2260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/2260, u mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji. Il-Kummissjoni tinnota li l-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u l-miżura kkonċernata min-notifika attwali tal-Irlanda sempliċiment taġġorna l-Annessi A u B ta’ dak ir-Regolament li fihom il-lista ta’ proċedimenti ta’ insolvenza nazzjonali u l-lista ta’ prattikanti nazzjonali fl-insolvenza, rispettivament.

(3)

Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/2260 tiġi kkonfermata.

(4)

Sabiex l-Irlanda tkun tista’ tapplika r-Regolament (UE) 2021/2260 kemm jista’ jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/2260 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/2260 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza biex jiġu sostitwiti l-Annessi A u B tiegħu (ĠU L 455, 20.12.2021, p. 4).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).