2.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1348

tat-18 ta’ Lulju 2022

li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Helma KUHN-THEIS u s-Sa Isolde RIES saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu kienu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Roland THEIS u s-Sur Reiner ZIMMER saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Helma KUHN-THEIS, Mitglied des Gemeinderates von Weiskirchen (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Weiskirchen), u s-Sa Isolde RIES, Bürgermeisterin des Saarbrücker Bezirks West (Sindku tad-Distrett tal-Punent ta’ Saarbrücken).

(6)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Damhat SISAMCI, Mitglied des Landtages des Saarlandes (Membru tal-Parlament Reġjonali ta’ Saarland), u s-Sur Roland THEIS, Mitglied des Landtages des Saarlandes (Membru tal-Parlament Reġjonali ta’ Saarland),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

Is-Sa Helma KUHN-THEIS, Mitglied des Gemeinderates von Weiskirchen (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Weiskirchen) (bidla fil-mandat),

Is-Sa Isolde RIES, Bürgermeisterin des Saarbrücker Bezirks West (Sindku tad-Distrett tal-Punent ta’ Saarbrücken) (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Damhat SISAMCI, Mitglied des Landtages des Saarlandes (Membru tal-Parlament Reġjonali ta’ Saarland),

Is-Sur Roland THEIS, Mitglied des Landtages des Saarlandes (Membru tal-Parlament Reġjonali ta’ Saarland) (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. NEKULA


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).