28.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1319

tas-26 ta’ Lulju 2022

li taċċetta talba mressqa minn Franza skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà (TSI) għall-konfigurazzjoni mill-ġdid ta’ materjal mobbli eżistenti f’19-il trainset TGV P-DUPLEX

(notifikata bid-dokument C(2022) 5150)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797, Franza ssottomettiet talba lill-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà (“TSI”) li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (2) (“LOC&PAS TSI”), fit-TSI li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (3) (“PRM TSI”) u fit-TSI li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 (4) (“NOI TSI”), għal proġett ta’ titjib ta’ materjal mobbli, fir-rigward ta’ 19-il trainset iddisinjati biex jitħaddmu fuq in-network ferrovjarju Franċiż.

(2)

It-talba ġiet sottomessa abbażi tal-Artikolu 7(1), il-punt (c) tad-Direttiva (UE) 2016/797, jiġifieri n-nuqqas ta’ vijabbiltà ekonomika tal-proġett meta jitwettaq it-titjib tat-trainsets ikkonċernati.

(3)

It-talba tikkonċerna r-rikostruzzjoni ta’ 19-il trainset li l-magni u l-kowċis tagħhom kienu ġew separati meta ġew prodotti fl-2006. Minħabba d-domanda tas-suq f’dak iż-żmien, il-lokomottivi ta’ dawk it-trainsets tħaddmu, u għadhom qed jitħaddmu, bħala kowċ koakkopjat tat-tip “Réseau 1N” u l-kowċis ta’ dawk it-trainsets tħaddmu bħala lokomottivi koakkopjati tat-tip “Réseau”.

(4)

Illum, dawk it-trainsets qed joqorbu għall-waqfa ta’ manutenzjoni ta’ nofs ħajja tagħhom. Huwa ppjanat intervent ta’ manutenzjoni biex jiġi żgurat it-tħaddim sikur tagħhom għal 16-il sena oħra. L-intervent ta’ manutenzjoni jipprevedi l-akkoppjament mill-ġdid tal-lokomottivi u l-kowċis oriġinali. Il-fażi ta’ ħidma tat-titjib għandha sseħħ bejn l-2022 u l-2025 u l-ewwel trainsets ikunu daħlu fil-workshops fi Frar 2022. L-għan huwa li sa Diċembru 2023 tinkiseb l-awtorizzazzjoni tat-tip għad-19-il trainset koperti mit-titjib. Din se tkun segwita minn awtorizzazzjoni dwar il-konformità mat-tip għal kull trainset.

(5)

L-istrateġija ta’ awtorizzazzjoni għall-proċess ta’ konfigurazzjoni mill-ġdid hija bbażata fuq awtorizzazzjoni “ġdida”, bħala varjant tat-tip TGV Duplex, li diġà kien awtorizzat qabel. F’tali kundizzjonijiet, il-partijiet modifikati biss tal-kowċis se jkollhom jinġiebu f’konformità mat-TSI. Il-lokomottivi mhuma soġġetti għall-ebda bidla, iżda huma meqjusa bħala elementi ġodda għat-tip TGV Duplex u l-awtorizzazzjoni tagħhom għandha titqies bħala “l-ewwel” awtorizzazzjoni li teħtieġ demostrazzjoni ta’ konformità sħiħa mat-TSIs attwali LOC&PAS, NOI u PRM.

(6)

Il-lokomottivi u l-kowċis tad-19-il trainset soġġetti għat-titjib u għall-konfigurazzjoni mill-ġdid jikkonformaw mal-istandards u mat-TSIs applikabbli fiż-żmien tal-produzzjoni tagħhom. Mill-2006, it-TSI rilevanti kienu soġġetti għal żvilupp u għal rekwiżiti msaħħa. In-nuqqas ta’ applikazzjoni hija mitluba bil-ħsieb li fejn it-TSIs attwali jiġu applikati għal trainsets eżistenti, dawn ikunu jimplikaw kostijiet sinifikanti addizzjonali ta’ titjib u konfigurazzjoni mill-ġdid, kif ukoll dewmien konsiderevoli biex it-trainsets jerġgħu jibdew jitħaddmu.

(7)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-punti 4.2.3.1, 4.2.8.2.6, 4.2.10.4.4, 4.2.3.3.2, 4.2.3.7. u 4.2.8.2.9 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, il-punti 4.2.1, 4.2.2 u 4.2.3 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1304/2014 u l-punt 4.2.2.1. tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 tirrikjedi li l-fornitur iwettaq studji kbar dwar l-iżvilupp, l-allokazzjoni tar-riżorsi u kostijiet materjali addizzjonali li jixħtu dubju fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-proġett, fid-dawl li l-kost unitarju stmat tal-proġett jiżdied b’aktar minn 60 %.

(8)

Il-kost supplimentari ma jistax jiġi assorbit mid-19-il trainset mingħajr ma jiġu ddubitati r-rilevanza u l-vijabbiltà ekonomiċi tal-proġett ta’ titjib u konfigurazzjoni mill-ġdid.

(9)

Fil-qafas tal-proġett, il-konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-TSIs attwali se tiġi żgurata, inkluż il-modifika tat-tidwil fuq ġewwa, tal-pjattaforma fuq ġewwa u tal-ispazji tal-passiġġieri, tat-twieqi ta’ quddiem, tal-lampi u tal-lampi ta’ kontroll, tal-couplings ta’ emerġenza, tal-apparati ta’ twissija li tinstema’, tas-sinjalar fuq ġewwa, tal-pittogrammi u tal-informazzjoni tattili u tal-ġeneratur tal-ħoss tal-kabina f’konformità mal-punti 4.2.9.1.8, 4.2.9.2.1, 4.2.7.1.1 sa 4.2.7.1.4, 4.2.7.2.1 u 4.2.2.7.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 u mal-punt 4.2.2.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014.

(10)

Il-proġett se jiżgura wkoll li d-19-il trainset jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (5), inkluż titjib għal-Linja Bażi 3 tal-ERTMS.

(11)

Jekk it-talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ma tiġix aċċettata, hemm riskju li l-kapaċità tat-trasport fiż-żona tal-użu futur tad-19-il trainset tiġi affettwata għad-detriment tal-passiġġieri tal-ferrovija. Il-proġett jista’ jdum tliet snin oħra biex jitlesta. Jekk il-proġett jitwaqqaf il-ferroviji jitneħħew mis-servizz, u dan ikollu effett fuq l-interessi kummerċjali tal-operatur fl-2023, matul l-irkupru ta’ wara l-COVID-19 tas-settur ferrovjarju. Huwa stmat li dak it-telf fid-dħul għall-operatur huwa aktar minn EUR 100 miljun.

(12)

Ir-rappreżentanti Franċiżi kkondividew informazzjoni dwar it-talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni mal-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 matul it-93 laqgħa tiegħu.

(13)

Kwalunkwe impatt potenzjali fuq is-sikurezza tan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tat-TSIs LOC & PAS, PRM u NOI huwa mmitigat mill-fatt li d-19-il trainset kkonfigurati mill-ġdid diġà wrew konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza rispettivi applikabbli fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni oriġinali tagħhom fl-2006 u minn dak iż-żmien tħaddmu b’mod sikur.

(14)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(c) u fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jenħtieġ li jitqiesu ssodisfati għall-magni u l-kowċis tad-19-il trainset ikkonċernati. Għalhekk, it-talba sottomessa minn Franza għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-punti 4.2.3.1, 4.2.8.2.6, 4.2.10.4.4, 4.2.3.3.2, 4.2.3.7 u 4.2.8.2.9 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, tal-punti 4.2.1, 4.2.2. u 4.2.3 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1304/2014 u tal-punt 4.2.2.1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, filwaqt li jiġi mmitigat in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-punti bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni oriġinali tagħhom bħala dispożizzjonijiet alternattivi, jenħtieġ li tiġi aċċettata.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba ta’ Franza għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà (TSI) stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 u tar-Regolament (UE) Nru 1304/2014, kif imsemmija fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, għad-19-il trainset TGV P-DUPLEX kkonfigurati mill-ġdid li jikkonsistu fil-vetturi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija aċċettata.

Id-dispożizzjonijiet soġġetti għat-talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, flimkien mad-dispożizzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu applikati huma elenkati fl-Anness I.

Iż-żona tal-użu tal-vetturi elenkati fl-Anness II għandha tkun Franza.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Adina-Ioana VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ vetturi ferrovjarji — storbju li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).


ANNESS I

It-tabella li ġejja telenka d-dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1 li ma għandhomx għalfejn jiġu applikati u d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati minflokhom.

Dispożizzjoni tat-TSI mhux applikata

Dispożizzjoni alternattiva applikata

TSI LOC&PAS 4.2.3.1 - kejl

Għall-magni: Fuljetti UIC 505-1 u 506

Għall-kowċis: EN 15273-2 (Novembru 2017), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE (TSI HS RST imħassra), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE (TSO LOC&PAS imħassra)

TSI LOC&PAS 4.2.8.2.6 - fattur ta’ potenza

Referenza taċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE: 0942/6/SH2/2007/RST/FR-EN/ECA1178AD0048

TSI LOC&PAS 4.2.10.4.4 –

kapaċità ta’ operat

Standard Franċiż NF F16-103

TSI LOC&PAS 4.2.3.3.2 - monitoraġġ għall-kundizzjoni tal-bering tal-fusien

Speċifikazzjoni Franċiża SAMI D 001

TSI LOC&PAS 4.2.3.7. - ilqugħ ta’ sikurezza

Id-Digriet Franċiż “arrêté MR” tal-05 ta’ Ġunju 2000 § 2.2.1

TSI LOC&PAS 4.2.8.2.9 - rekwiżiti marbuta mal-pantografu

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE (TSI HS RST imħassra), id-Digriet Franċiż “arrêté MR” tal-05 ta’ Ġunju 2000 § 3.2.1, Fuljett UIC 608

TSI NOI 4.2.1. - limiti għall-istorbju ta’ vettura wieqfa

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE (TSI HS RST imħassra)

TSI NOI 4.2.2. - limiti għall-istorbju tal-istartjar

TSI NOI 4.2.3. - limiti għall-istorbju waqt it-tranżitu

TSI PRM 4.2.2.1. - seats

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE (TSI PRM imħassra)


ANNESS II

It-tabelli li ġejjin jelenkaw in-Numri Ewropej tal-Vetturi (EVN kif definit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614) tal-magni u tal-kowċis koperti mill-Artikolu 1 li jridu jiġu kkonfigurati mill-ġdid f’trainsets TGV P-DUPLEX.

L-ordni tar-ringieli fit-tabelli hija mingħajr preġudizzju għall-pari “magni + kowċis” li jridu jiġu ffurmati.

L-EVNs tal-magni u tal-kowċis jistgħu jinbidlu wara l-konfigurazzjoni mill-ġdid.

Tabella 2.1

Magni

Magna 1

Magna 2

93870384001-8

93870384002-6

93870384003-4

93870384004-2

93870384007-5

93870384008-3

93870384009-1

93870384010-9

93870384011-7

93870384012-5

93870384013-3

93870384014-1

93870384015-8

93870384016-6

93870384017-4

93870384018-2

93870384019-0

93870384020-8

93870384021-6

93870384022-4

93870384023-2

93870384024-0

93870384025-7

93870384026-5

93870384027-3

93870384028-1

93870384005-9

93870384006-7

93870384029-9

93870384030-7

93870384031-5

93870384032-3

93870384033-1

93870384034-9

93870384035-6

93870384036-4

93870384037-2

93870384038-0


Tabella 2.2

Kowċis

Kowċ 1

Kowċ 2

Kowċ 3

Kowċ 4

Kowċ 5

Kowċ 6

Kowċ 7

Kowċ 8

93870291601-7

93870292601-6

93870293601-5

93870294601-4

93870295601-3

93870296601-2

93870297601-1

93870298601-0

93870291602-5

93870292602-4

93870293602-3

93870294602-2

93870295602-1

93870296602-0

93870297602-9

93870298602-8

93870291604-1

93870292604-0

93870293604-9

93870294604-8

93870295604-7

93870296604-6

93870297604-5

93870298604-4

93870291605-8

93870292605-7

93870293605-6

93870294605-5

93870295605-4

93870296605-3

93870297605-2

93870298605-1

93870291606-6

93870292606-5

93870293606-4

93870294606-3

93870295606-2

93870296606-1

93870297606-0

93870298606-9

93870291607-4

93870292607-3

93870293607-2

93870294607-1

93870295607-0

93870296607-9

93870297607-8

93870298607-7

93870291608-2

93870292608-1

93870293608-0

93870294608-9

93870295608-8

93870296608-7

93870297608-6

93870298608-5

93870291609-0

93870292609-9

93870293609-8

93870294609-7

93870295609-6

93870296609-5

93870297609-4

93870298609-3

93870291610-8

93870292610-7

93870293610-6

93870294610-5

93870295610-4

93870296610-3

93870297610-2

93870298610-1

93870291611-6

93870292611-5

93870293611-4

93870294611-3

93870295611-2

93870296611-1

93870297611-0

93870298611-9

93870291612-4

93870292612-3

93870293612-2

93870294612-1

93870295612-0

93870296612-9

93870297612-8

93870298612-7

93870291616-5

93870292616-4

93870293616-3

93870294616-2

93870295616-1

93870296616-0

93870297616-9

93870298616-8

93870291617-3

93870292617-2

93870293617-1

93870294617-0

93870295617-9

93870296617-8

93870297617-7

93870298617-6

93870291603-3

93870292603-2

93870293603-1

93870294603-0

93870295603-9

93870296603-8

93870297603-7

93870298603-6

93870291619-9

93870292619-8

93870293619-7

93870294619-6

93870295619-5

93870296619-4

93870297619-3

93870298619-2

93870291613-2

93870292613-1

93870293613-0

93870294613-9

93870295613-8

93870296613-7

93870297613-6

93870298613-5

93870291614-0

93870292614-9

93870293614-8

93870294614-7

93870295614-6

93870296614-5

93870297614-4

93870298614-3

93870291615-7

93870292615-6

93870293615-5

93870294615-4

93870295615-3

93870296615-2

93870297615-1

93870298615-0

93870291618-1

93870292618-0

93870293618-9

93870294618-8

93870295618-7

93870296618-6

93870297618-5

93870298618-4