22.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/93


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1285

tal-21 ta’ Lulju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 (1), li stabbiliet miżura ta' assistenza b'ammont ta' referenza finanzjarja ta' EUR 450 000 000 maħsub biex ikopri l-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali.

(2)

Fit-23 ta' Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/471 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, li żiedet l-ammont ta' referenza finanzjarja għal EUR 900 000 000.

(3)

Fit-13 ta' April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/636 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, li żiedet l-ammont ta' referenza finanzjarja għal EUR 1 350 000 000.

(4)

Fit-23 ta' Mejju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/809 (4) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, li żiedet l-ammont ta' referenza finanzjarja għal EUR 1 840 000 000.

(5)

Fid-dawl tal-aggressjoni armata li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li l-ammont ta' referenza finanzjarja jiżdied b'EUR 490 000 000 addizzjonali.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Id-durata tal-Miżura ta' Assistenza għandha tkun ta' 70 xahar mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.";

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta' Assistenza għandu jkun ta' EUR 2 330 000 000.";

(3)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   F'konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta' assistenza jista' jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, sa EUR 2 330 000 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta' assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2022 u fil-baġits għas-snin sussegwenti li jikkorrispondu għall-Miżura ta' Assistenza.";

(4)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2022 u sa data li tiġi ddeterminata mill-Kunsill. In-nefqa massima eliġibbli mġarrba qabel il-11 ta' Marzu 2022 għandha tkun ta' EUR 450 000 000. L-ammont ta' EUR 490 000 000 għandu jkun eliġibbli mill-21 ta’ Lulju 2022.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/471 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L96, 24.3.2022, p. 43).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/636 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/809 tat-23 ta' Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 145, 24.5.2022, p. 40).