19.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/166


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1245

tal-15 ta’ Lulju 2022

li tistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent SST, l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST u l-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inizjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 57(4), 58(3) u 58(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbiliet Qafas għall-Appoġġ ta’ Sorveljanza u ta’ Insegwiment fl-Ispazju (SST). Abbażi ta’ dik id-Deċiżjoni, grupp ta’ Stati Membri ħoloq il-Konsorzju tal-SST bl-objettiv li jipprovdi s-servizzi tal-SST li ġejjin: il-valutazzjoni tar-riskji ta’ kolliżjoni, l-individwazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-frammentazzjonijiet fl-orbita, u l-valutazzjoni tar-riskji tad-dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat ta’ oġġetti spazjali fl-atmosfera tad-Dinja.

(2)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/696, fost l-objettivi ġenerali tal-programm spazjali tal-Unjoni, hemm it-titjib tas-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali kollha lil hinn mill-atmosfera li jappartjenu għal oġġetti spazjali u l-proliferazzjoni tar-residwi, kif ukoll l-ambjent spazjali, billi jiġu implimentati miżuri xierqa, inkluż l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji għar-rimi tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operazzjonali tagħhom u għar-rimi tar-residwi spazjali.

(3)

Is-sħubija tal-SST imsemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 jenħtieġ li tieħu f’idejha l-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-SST fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi tal-SST.

(4)

Skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/696, kull Stat Membru għandu jkun jista’ jipparteċipa fis-subkomponent SST, filwaqt li jqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti għall-parteċipazzjoni fiha. Sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, il-passi tal-proċedura jenħtieġ li jiġu ddettaljati b’mod ċar kemm jista’ jkun.

(5)

Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-Sħubija tal-SST hija volontarja u soġġetta għall-valutazzjoni tal-kriterji ta’ konformità. Għalhekk huwa importanti li l-proċedura tal-għażla tiġi ddefinita b’mod ċar u ssimplifikata.

(6)

Skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw proposta konġunta unika li tinkludi lill-Istati Membri kollha li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fis-Sħubija tal-SST. Madankollu, skont l-Artikolu 57(3), jekk ma tiġi sottomessa l-ebda proposta konġunta lill-Kummissjoni jew jekk il-proposta konġunta ma tikkonformax mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1), tal-anqas ħames Stati Membri jistgħu jissottomettu proposta konġunta lill-Kummissjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 57(3), l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw offerti f’kompetizzjoni. Fil-każ fejn jiġu ppreżentati offerti f’kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħżel waħda.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/696, iridu jiġu żviluppati regoli għall-użu u għall-iskambju tad-data tal-SST.

(9)

Il-proposta tal-Istati Membri trid tikkonforma mal-kriterji u mal-ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 57(1) u f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-kundizzjonijiet individwali, il-kundizzjonijiet kollettivi u r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prattiki żviluppati mill-Konsorzju tal-SST u għandu jkollhom l-għan li jiżguraw il-provvediment tal-aktar servizzi tal-SST effiċjenti u bl-aħjar valur għall-flus.

(11)

Ġew żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST matul l-aħħar sitt snin. Dawn għandhom l-għan li jiżguraw il-kontroll tal-kwalità tas-servizzi tal-SST.

(12)

Sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, huwa meħtieġ li tiġi implimentata proċedura trasparenti u bla xkiel għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġi ppreżentat kull pass tal-proċedura u l-kriterji, li fuqhom tkun ibbażata l-għażla jenħtieġ li jiġu enumerati u dettaljati.

(13)

Wara l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, huwa meħtieġ li jiġu żviluppati indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ Sħubija tal-SST ikunu ssorveljati b’mod korrett.

(14)

Sabiex is-Sħubija tal-SST issir operazzjonali, jenħtieġ li tiġi stabbilita tranżizzjoni bla xkiel bejn l-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u s-Sħubija tal-SST, u s-Sħubija tal-SST jenħtieġ li tikkollabora mal-front desk tal-SST magħżul mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/696. Il-Kummissjoni li għandha responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm Spazjali kif indikat fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, jenħtieġ li tiġi infurmata bil-progress magħmul mis-Sħubija tal-SST fir-rigward tat-tlestija tal-kapaċità operazzjonali tagħha sabiex tipprovdi servizzi tal-SST tal-anqas tliet xhur wara l-iffirmar tas-Sħubija tal-SST.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-SSA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-Sħubija dwar is-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST), kif imsemmi fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

2.   Din id-Deċiżjoni tispeċifika l-elementi meħtieġa sabiex l-Istati Membri jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 għall-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, kif imsemmi fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) 2021/696.

3.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin inizjali tal-prestazzjoni u r-regoli dwar il-funzjonament tas-Sħubija tal-SST, kif imsemmi f’58(3) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV u d-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Konsorzju tal-SST” tfisser il-Konsorzju ta’ entitajiet nazzjonali maħtura stabbilit fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE;

2.

“il-proposta” tfisser l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST u d-dokumentazzjoni kollha elenkata fl-Anness III li trid tintbagħat mill-Istati Membri applikanti bħala parti mill-proposta tagħhom lill-Kummissjoni;

3.

“Stati Membri Applikanti” tfisser l-Istati Membri li jkunu ppreżentaw proposta konġunta rigward il-parteċipazzjoni fis-Sħubija tal-SST;

4.

“Rieżamijiet Operazzjonali Annwali (YOR)” L-attivitajiet tat-tħaddim, inkluż it-tħaddim tal-funzjoni tal-forniment tas-servizz, it-tħaddim tal-funzjoni tal-ipproċessar u t-tħaddim tal-funzjoni tas-sensur, għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ “Rieżami operazzjonali” annwali sabiex tiġi rieżaminata l-imġiba globali tas-sistema tal-SST tal-UE, sabiex jiġu maniġġjati l-prestazzjoni u d-disponibbiltà ġenerali tagħha;

5.

“Stati Membri Parteċipanti” tfisser l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-Sħubija tal-SST.

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

1.   Meta l-proposta jkun fiha informazzjoni klassifikata, għandhom japplikaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (4). Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni ma għandux ikun ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

2.   Meta l-proposta jkun fiha informazzjoni klassifikata, għandha tinkludi sommarju eżekuttiv li ma għandu jinkludi l-ebda informazzjoni klassifikata.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PROĊEDURI GĦALL-ISTABBILIMENT TAS-SĦUBIJA TAL-SST

Artikolu 4

Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposta konġunta skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696

1.   L-Istati Membri applikanti għandhom jabbozzaw proposta konġunta u għandhom jippreżentawha lill-Kummissjoni. Il-proposta għandha tikkonforma mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta. Il-Kummissjoni tista’ tikkomunika mal-Istati Membri applikanti billi tibgħat mistoqsijiet u kummenti dwar il-proposta lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 7(1). L-Istati Membri applikanti għandhom iwieġbu fi żmien erba’ ġimgħat u, jekk xieraq, għandhom jaġġornaw il-proposta. It-tweġibiet għandhom jintbagħtu mill-Istat Membru maħtur sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt fl-iskambji mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1).

3.   L-Istati Membri applikanti għandhom jiġu infurmati bl-eżitu tal-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni kemm bil-posta rreġistrata kif ukoll f’format elettroniku.

4.   Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696. Fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

Artikolu 5

Passi proċedurali għall-preżentazzjoni ta’ proposta skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696

Meta ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 jew meta l-Kummissjoni tqis li proposta konġunta kif ippreżentata ma tikkonformax mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, għandha tinfetaħ it-tieni fażi. Dik il-fażi għandha tinkludi l-passi li ġejjin:

1.

Mill-inqas ħames Stati Membri applikanti għandhom jabbozzaw proposta waħda jew aktar u għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru jista’ jkun parti minn proposta waħda biss. Il-proposta/i għandha/għandhom tikkonforma/jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta/i. Il-Kummissjoni tista’ tikkomunika mal-Istati Membri applikanti billi tibgħat mistoqsijiet u kummenti dwar il-proposta lill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7. L-Istati Membri applikanti għandhom iwieġbu fi żmien erba’ ġimgħat u, jekk ikun xieraq, għandhom jaġġornaw il-proposta. It-tweġibiet għandhom jintbagħtu mill-Istat Membru maħtur sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt fl-iskambji mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1).

3.

Fil-każ ta’ proposta waħda, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ġewx issodisfati l-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni.

4.

Fil-każ ta’ diversi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-offerta li tiżgura l-aħjar prestazzjoni filwaqt li tqis is-sodisfazzjon tal-kriterji tal-għażla. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kwalitattivi li ġejjin:

(a)

l-aħjar arkitettura funzjonali u teknika,

(b)

il-prinċipju li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn,

(c)

id-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema tal-SST proposta.

5.

Il-proposta/i msemmija fil-paragrafu 1 għandha/għandhom tiġi/jiġu ppreżentata/i fi żmien xahrejn wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696 li tiġi miċħuda proposta konġunta jew xahrejn wara t-tmiem tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(4) f’każ li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 6

Firma, pubblikazzjoni tal-informazzjoni u arranġamenti oħra

1.   L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jiffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST fi żmien sitt ġimgħat wara l-aċċettazzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni. Jekk ma jiġi ffirmat l-ebda ftehim bħal dan, għandha tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696.

2.   Il-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST għandu jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta’ posta rreġistrata jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jagħti xhieda tad-data effettiva tal-konsenja u l-validità tad-dokument, inkluż permezz ta’ firma elettronika.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-Istati Membri Parteċipanti.

4.   Is-Sħubija tal-SST għandha tistabbilixxi kuntatt dirett mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) fir-rigward tal-attivitajiet tal-Front Desk tal-SST sabiex jiġu konklużi l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni meħtieġa stabbiliti fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/696.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ELEMENTI SOSTANZJALI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA TAL-SST

Artikolu 7

Kundizzjonijiet dettaljati sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696

1.   L-Istati Membri applikanti għandhom jaħtru minn fosthom Stat Membru li għandu jservi bħala punt ta’ kuntatt għall-finijiet tal-komunikazzjoni mal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikoli 4(2) u 5(2).

2.   Il-proposta għandu jkun fiha:

(a)

l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST u d-dokumentazzjoni kollha elenkata fl-Anness III.

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istat Membru applikant li jkun inħatar f’konformità mal-paragrafu 1.

3.   Il-proposta u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet oħra

Il-proposta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

SST – Unità B1

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ DEFIS

BREYDEL

Avenue d'Auderghem 45

B-1049 Brussell

IL-BELĠJU

TAQSIMA IV

REGOLI DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-QAFAS ORGANIZZAZZJONALI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FIS-SUBKOMPONENT SST U L-INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI

Artikolu 9

Il-funzjonament tal-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tagħhom jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 10

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

1.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżviluppaw il-mekkaniżmi meħtieġa sabiex jistabbilixxu u jimmonitorjaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness II.

2.   Is-Sħubija tal-SST għandha tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena matul ir-Rieżami Operazzjonali Annwali dwar ir-riżultati tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

TAQSIMA V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

It-tranżizzjoni mill-Konsorzju tal-SST għas-Sħubija tal-SST

1.   L-istabbiliment tal-attivitajiet tas-Sħubija tal-SST għandu jibda immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST.

2.   Is-Sħubija tal-SST għandha tistabbilixxi kuntatt mal-Konsorzju tal-SST imsemmi fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE sabiex tiżgura t-trasferiment bla xkiel tal-attivitajiet.

3.   Il-Front Desk għandu jitqies operazzjonali ladarba l-attivitajiet kollha jkunu ġew mgħoddija lilu u ladarba jkunu ġew iffirmati l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni bejn l-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti u l-Front Desk.

4.   Is-Sħubija tal-SST għandha tkun lesta li tibda tipprovdi servizzi tal-SST tliet xhur wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE, (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).


ANNESS I

IL-KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI, IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4 U 5

1.   KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI

1.1.   Is-sjieda ta’ sensur tal-SST adegwat disponibbli għas-subkomponent SST, jew l-aċċess għalih, u r-riżorsi umani sabiex joperawh:

1.1.1   Is-sjieda tas-sensurtal-SST, jew l-aċċess għalih

1.1.1.1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2021/696tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), Stat Membru għandu jitqies li jkollu sjieda ta’ sensur tal-SST meta jkollu t-titolu legali adegwat u l-pussess, f’konfomità mal-liġi nazzjonali tiegħu, fir-rigward tas-sensur u tad-data li jipproduċi.

1.1.1.2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li għandu aċċess għal sensur tal-SST jekk id-data meħtieġa prodotta minn dak is-sensur ma tkunx tista’ tiġi miċħuda minn parti terza u, fil-każ ta’ sensur ta’ insegwiment, l-Istat Membru jew l-Entità Nazzjonali Kostitwenti tista’ tordna talba għal insegwiment.

1.1.2.   Sensur tal-SST adegwat

1.1.2.1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Sensur tal-SST għandu jitqies bħala operazzjonalment adegwat jekk is-sensur ikun fil-kategorija A (kif definit f’2.2.1.1).

1.1.2.2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Sensur tal-SST għandu jitqies bħala adegwat fuq livell mhux operazzjonali jekk ikun inkluż fil-kategorija B jew C, kif definit f’2.2.1.1).

1.1.3.   Sensur disponibbli għall-SST

Għall-finijiet tal-Artikoli 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696:

1.1.3.1.

Sensur tal-SST għandu jitqies disponibbli għall-SST b’mod operazzjonali: meta dak is-sensur ikun fil-kategorija A, kif definit f’2.2.1.1 u tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sensur għandu jkun mill-inqas 20 % iddedikat għall-kompiti tas-Sħubija tal-SST, iżda jista’ jiġi aċċettat perċentwal aktar baxx għas-sensuri tal-insegwiment jekk dan ikun iġġustifikat mill-istudji tal-arkitettura;

(b)

il-kompitu tas-sensur relatat mal-SST għandu prijorità fuq kull missjoni oħra ta’ dak is-sensur;

1.1.3.2.

Sensur tal-SST għandu jitqies bħala disponibbli għal SST fuq livell mhux operazzjonali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sensur huwa elenkat fil-kategorija B jew C (kif definit f’2.2.1.1);

(b)

l-Istat Membru jista’ juri li r-riskji teknoloġiċi u r-riskji operazzjonali huma kontrollati.

1.1.4.   Riżorsi tekniċi u umani sabiex jitħaddem is-sensur

Informazzjoni, sabiex turi li r-riżorsi tekniċi u umani huma u se jkunu disponibbli għall-operar tas-sensur, għandha tifforma parti mill-proposta.

1.1.5.   Is-sigurtà tas-sensuri tal-SST

1.1.5.1.

L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-aspetti tas-sigurtà tas-sensur tal-SST propost.

1.1.5.2.

L-Istat Membru għandu jwettaq u jipprovdi valutazzjoni tar-riskju inizjali għas-sensur tal-SST propost. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi:

il-kapaċità tas-sensur li jittratta informazzjoni klassifikata;

il-miżuri tekniċi, kuntrattwali u operazzjonali fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li d-data prodotta minn dak is-sensur ma tkunx tista’ tiġi miċħuda minn parti terza u fil-każ ta’ sensur ta’ insegwiment, is-sensur ikun kapaċi jirċievi talba għal insegwiment, jeżegwixxi u jiddisemina r-riżultati.

ir-riskji residwi assoċjati.

1.2.   Is-sjieda ta’ kapaċità ta’ analiżi operazzjonali adegwata u kapaċità ta’ pproċessar tad-data disinjata speċifikament għall-finijiet tal-SST u disponibbli għall-SST, jew l-aċċess għalihom:

1.2.1.   Is-sjieda ta’l-analiżi operazzjonali tal-SST u l-kapaċità tal-ipproċessar tad-data jew l-aċċess għalihom

1.2.1.1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li jkollu sjieda ta’ kapaċità ta’ analiżi operazzjonali u ta’ kapaċità ta’ proċessar ta’ data tal-SST meta jkollu titolu legali adegwat u pussess, skont il-liġi domestika tiegħu, fir-rigward tal-kapaċità u tad-datau l-informazzjoni li tipproduċi.

1.2.1.2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li għandu aċċess għal kapaċità tal-SST jekk id-data u l-informazzjoni prodotti minn dik il-kapaċità ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda minn parti terza.

1.2.1.3.

Kapaċità tal-SST għandha titqies li qiegħda tiġi żviluppata fil-kuntest tal-kontribut għas-Sħubija tal-SST meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-kapaċità hija magħrufa u hija qabel il-forniment tas-servizzi tal-SST mis-Sħubija tal-SST u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023.

l-Istat Membru jista’ jagħti prova li r-riskji tat-teknoloġija huma kontrollati u li l-investimenti ġew impenjati fil-livell nazzjonali sabiex tiġi żviluppata dik il-kapaċità.

1.2.2.   Kapaċità adegwata ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data tal-SST

1.2.2.1.

Il-kapaċità tal-ipproċessar tad-data għandha titqies bħala “adegwata” jekk tinkludi s-soluzzjonijiet meħtieġa tal-hardware u tas-software għall-ipproċessar tad-data tal-SST u għall-produzzjoni tal-informazzjoni rilevanti tal-SST u/jew għall-forniment ta’ servizzi tal-SST. Din għandha tinkludi l-karatteristiċi neċessarji sabiex topera fi kwalunkwe ħin.

1.2.2.2.

Il-kapaċità tal-analiżi operazzjonali għandha titqies bħala “adegwata” jekk tinkludi kemm is-soluzzjonijiet tal-hardware kif ukoll tas-software u l-analisti mħarrġa sabiex tiġi ġġenerata l-informazzjoni tal-SST u jiġu pprovduti servizzi tal-SST.

1.2.3.   Is-sigurtà tal-kapaċitajiet

Sabiex tinkiseb konformità mal-obbligu relatat mal-Artikolu 57(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu ġġustifikati fil-proposta.

1.2.3.1.

L-Istat Membru applikant għandu jkun responsabbli għall-aspetti tas-sigurtà tal-kapaċitajiet proposti tal-SST.

1.2.3.2.

Stat Membru applikant għandu jwettaq u jipprovdi l-valutazzjoni tar-riskju inizjali tal-kapaċitajiet proposti tal-SST. Il-valutazzjoni tar-riskju inizjali għandha tinkludi b’mod partikolari:

il-ħila tal-kapaċità li tipproċessa informazzjoni klassifikata;

il-miżuri tekniċi, kuntrattwali u operazzjonali fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-kapaċità ma tiġix miċħuda lill-Entità Nazzjonali Kostitwenti tal-Istat Membru.

ir-riskji residwi assoċjati.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U R-REGOLI DETTALJATI DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-QAFAS ORGANIZZAZZJONALI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FL-SST

Sabiex jikkonformaw mal-obbligu relatat mal-pjan ta’ azzjoni tal-Artikolu 57(1)(c) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti fil-proposta.

2.1.   L-arkitettura tas-sistema tal-Unjoni

2.1.1   Il-forniment ta’ arkitettura teknika u funzjonali

Is-Sħubija tal-SST għandha tipprovdi proposta li jkun fiha arkitettura teknika u arkitettura funzjonali tas-sistema tal-SST.

L-arkitettura teknika proposta għandha tkun ibbażata fuq studji tal-arkitettura u għandha tkun ġustifikata minnhom.

2.1.1.1   Studji tal-arkitettura

Is-Sħubija tal-SST għandha tipproponi sistema tal-SST ibbażata fuq studji tal-arkitettura u għandha tkun iġġustifikata minnhom.

Għall-arkitettura tas-Sistema tal-SST operazzjonali, hija għandha tipprovdi l-istudju tal-arkitettura inkluż is-sensuri elenkati fil-kategorija A (kif definit f’2.2.1.1).

Għall-arkitettura tal-“Evoluzzjoni pjanata tas-Sistema tal-SST”, hija għandha tipprovdi l-istudju tal-arkitettura inkluż is-sensuri elenkati fil-kategorija A u fil-kategoriji B u/jew C, (kif definit fil-punt 2.2.1.1), sa fejn tkun disponibbli d-data meħtieġa dwar is-sensuri ppjanati.

L-istudji tal-arkitettura għandhom jitwettqu mill-inqas kull tliet snin sabiex jitqiesu l-iżvilupp potenzjali tas-sistema tal-SST, il-ħtiġijiet tal-utenti, l-evoluzzjoni teknika, iż-żieda ta’ sensuri ġodda (filwaqt li jitqies il-pakkett tal-baġit tal-SST), u d-delimitazzjoni tas-sensuri.

2.1.1.2   L-arkitettura teknika ġenerali

L-arkitettura teknika ġenerali għandha tippreżenta l-elementi dettaljati li jiffurmaw is-Sistema tal-SST:

Funzjoni tas-sensur,

Funzjoni tal-ipproċessar, inkluż: id-data u l-informazzjoni, il-bażi tad-data u l-katalgu,

Funzjoni ta’ servizz, sabiex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

L-arkitettura teknika ġenerali għandha tinkludi aspetti ta’ sigurtà, inkluż mill-inqas l-elementi li ġejjin:

Il-protezzjoni tal-infrastrutturi u tal-forniment ta’ servizzi

Il-protezzjoni ta’ data u informazzjoni klassifikata

Ġestjoni tal-assi u identifikazzjoni tal-vulnerabbiltà

Il-protezzjoni kontra attakki fiżiċi, ċibernetiċi, u t-tbagħbis tal-flussi tad-data.

Detezzjoni tal-intrużjoni, ġestjoni u kontinwità tan-negozju

Adegwatezza għall-konformità mal-istruzzjonijiet maħruġa f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 (2).

2.1.1.3   L-arkitettura funzjonali ġenerali

Arkitettura funzjonali hija bbażata fuq Analiżi Funzjonali (kif definit fl-Anness IV) u Deskrizzjoni Funzjonali.

L-arkitettura funzjonali ġenerali għandha tinkludi wkoll it-tqassim mill-ġdid tal-attivitajiet fost it-Timijiet differenti ta’ Esperti bl-għan li jiġi żgurat it-tqassim mill-ġdid tal-attivitajiet bejn il-membri differenti tas-Sħubija tal-SST, sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

L-arkitettura funzjonali ġenerali għandha tinkludi l-aspetti ta’ sigurtà li ġejjin:

Definizzjoni tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà, inkluż il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-istabbiliment ta’ politiki, u kontrolli,

Organizzazzjoni operazzjonali għall-immaniġġjar tal-inċidenti inkluża l-komunikazzjoni lejn il-komunitajiet tal-utenti għal inċidenti li jkollhom impatt fuq il-forniment tas-servizz.

L-arkitetturi tekniċi u funzjonali għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull tliet snin sabiex jitqies l-iżvilupp potenzjali tas-sistema tal-SST, il-ħtiġijiet tal-utenti, l-evoluzzjoni teknika ta’ sensuri ġodda, u d-delimitazzjoni tas-sensuri.

2.1.2   Il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn

Is-sistema tal-SST proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn. L-evitar ta’ duplikazzjoni bla bżonn għandu jinftiehem li jinkludi l-elementi kollha meħtieġa sabiex jiġu żgurati u mtejba l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li ma jiżdidux assi li jirriżultaw f’ridondanza tas-sistema ’l fuq mil-livell meħtieġ għall-forniment f’waqtu u affidabbli tas-servizzi tal-SST.

2.1.3   Turija tal-prestazzjoni tas-sistema tal-SST

Il-prestazzjoni tas-sistema tal-SST għandha tintwera b’mod kollettiv skont il-kriterji/l-oqsma li ġejjin:

L-għadd ta’ oġġetti li n-network ta’ sensuri jkun kapaċi jindividwa f’kull reġim orbitali;

Il-katalogar ta’ oġġetti spazjali;

Servizz ta’ Evitar ta’ Kolliżjonijiet;

Servizz ta’ dħul mill-ġdid;

Servizz ta’ frammentazzjoni u

Il-ħila li jiġu żviluppati servizzi ġodda (mitigazzjoni u rimedju).

Il-lista tas-sensuri tal-SST tal-Unjoni taż-Żoni Kbar Ħafna (VLA) differenti u l-valur miżjud assoċjat għandha tintwera permezz ta’ studji tal-arkitettura u għandha tiġi żgurata mill-arkitettura teknika.

Għandha tintwera l-kwalità tal-kompromess bejn il-prestazzjoni (il-kwalità tas-servizzi; id-daqs tal-katalgu tal-Unjoni …) u l-kost miksub għas-sistema tal-SST li tirriżulta.

2.2   Regoli ġenerali dwar l-għażla tas-sensuri li jipparteċipaw fis-sistema tal-SST

2.2.1   Listi u kategoriji ta’ sensuri

Għandha tiġi pprovduta l-lista ta’ sensuri nazzjonali magħżula mis-Sħubija tal-SST sabiex jiġu pprovduti s-servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/696.

Is-sensuri għandhom jiġu assenjati lil kategorija A, B jew C.

Il-proċedura ta’ kategorizzazzjoni għas-sensuri tista’ tiġi aġġornata sabiex tinżamm f’konformità mal-aħħar ħtiġijiet tan-network ta’ sensuri tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jkunu:

iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura

approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettati mill-Kummissjoni.

2.2.1.1   Is-sensuri għandhom jiġu ppreżentati fil-kategoriji li ġejjin:

Kategorija A: Sensuri operazzjonali li jwasslu data operazzjonali: Sensuri adegwati b’mod operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.1) li jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST kemm jekk iffinanzjati parzjalment mill-Kummissjoni, kif ukoll jekk mhux iffinanzjati mill-Kummissjoni.

Għas-sensuri operazzjonali, elenkati fil-kategorija A, l-Istat Membru għandu jimpenja ruħu għal kull sensur skont il-perċentwal ta’ dedikazzjoni għall-attivitajiet tal-SST. F’każ li d-dedikazzjoni eżatta ma tkunx magħrufa minħabba negozjati baġitarji pendenti, għandha tiġi indikata dedikazzjoni mistennija. Madankollu, id-dedikazzjoni eżatta se jkollha tiġi speċifikata fil-proposta tal-għotja. Id-dedikazzjoni ddikjarata għandha tiġi espressa f’numru minimu ta’ jiem fix-xahar, jew f’numru ta’ sigħat kuljum, jew f’numru ta’ talbiet għal insegwiment disponibbli u għandha tkun valida għal kwalunkwe xahar tul l-għotjiet kollha attribwiti skont ir-Regolament (UE) 2021/696 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni.

Kategorija B: Sensuri pre-operazzjonali li jipprovdu d-data tat-test: Is-sensuri adegwati fuq livell mhux operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.2) li għadhom ma humiex qegħdin jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST u li qegħdin jistennew li jgħaddu b’suċċess mill-kampanji ta’ valutazzjoni (kif deskritti f’2.3) qabel ma jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-għoti tas-servizzi tal-SST. Is-sensuri inklużi fil-kategorija B ma għandhomx jirċievu finanzjament għal attivitajiet operazzjonali iżda jistgħu jirċievu finanzjament għat-tħejjija tal-kampanji ta’ valutazzjoni.

Kategorija C: Sensuri ta’ nuqqas ta’ sottożvilupp: Is-sensuri adegwati mhux b’mod operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.2) li jistgħu jintużaw għas-servizzi tal-SST fil-futur ladarba jiġu ffinalizzati, operazzjonali u jkunu għaddew mill-kampanja ta’ valutazzjoni. Is-sensuri inklużi fil-kategorija C ma għandhomx jirċievu finanzjament għal attivitajiet operazzjonali iżda jistgħu jirċievu finanzjament minn attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp abbażi tal-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-istudji tal-arkitettura.

2.2.1.2   Il-bidla tal-kategoriji

Il-passaġġ mill-kategorija A għal B għandu jiġi skattat meta ma jgħaddix minn:

kampanja ta’ kalibrazzjoni jew

żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi.

Għandu jkun akkumpanjat:

b’approvazzjoni b’vot tas-Sħubija tal-SST,

b’informazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-passaġġ mill-kategorija B għal A għandu jiġi skattat minn:

is-suċċess ta’ kampanja ta’ valutazzjoni (kampanja ta’ kalibrazzjoni u kampanja operazzjonali).

Għandu jkun akkumpanjat minn:

approvazzjoni b’vot tas-Sħubija tal-SST,

approvazzjoni tal-Kummissjoni.

l-analiżi tal-valur miżjud tas-sensur skont l-istudji tal-arkitettura.

Il-passaġġ mill-kategorija B għal C għandu jiġi skattat meta ma jgħaddix minn:

kampanja ta’ kalibrazzjoni jew

iż-żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi, ħlief jekk is-sensur ikun ġie dimoss mill-kategorija A għall-kategorija B minħabba li ma jgħaddix f’żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi, f’liema każ il-fatt li ma jgħaddix f’kampanja operazzjonali waħda għandu jiskatta d-deklassifikazzjoni tas-sensur mill-kategorija B għal C.

Għandu jkun akkumpanjat minn:

approvazzjoni mis-Sħubija tal-SST,

informazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-passaġġ mill-kategorija C sa B għandu jkun:

iġġustifikat skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST.

approvat b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettat mill-Kummissjoni.

2.2.2   Għażla tas-sensuri

Is-sensuri magħżula sabiex jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST (Kategorija A) għandhom jintgħażlu bl-użu ta’ kriterji oġġettivi, bħal: il-parametri tekniċi, il-prestazzjoni, il-post u l-parteċipazzjoni regolari b’suċċess għall-kampanji ta’ valutazzjoni skont il-perjodiċità mitluba fl-2.3.

L-ebda Stat Membru ma jista’ jikseb xi dritt li jiġi kkunsidrat fl-SST bl-assi eżistenti tiegħu jew dawk li qegħdin jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jeħtieġ li jkunu debitament:

iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST,

approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettati mill-Kummissjoni.

Is-sensuri tal-Unjoni operati fil-livell nazzjonali mhux se jkollhom id-dritt li jitqiesu bħala sensuri li jikkontribwixxu għas-Sħubija tal-SST sakemm ma jkunux:

iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST,

approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettati mill-Kummissjoni.

2.3.   Kontroll regolari tas-sensuri magħżula permezz ta’ kampanja ta’ Valutazzjoni

Il-kampanja ta’ valutazzjoni għandha tkun magħmula minn żewġ elementi:

Valutazzjoni tal-prestazzjoni teknika (“kampanja ta’ kalibrazzjoni”)

Valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali (“analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali”)

2.3.1   Valutazzjoni tal-prestazzjoni teknika: kampanji ta’ kalibrazzjoni

2.3.1.1   Kampanja ta’ kalibrazzjoni: regoli ġenerali

Kull sensur magħżul sabiex ikun parti mis-sistema tal-SST għandu jkollu l-obbligu li jipparteċipa fil-kampanji ta’ kalibrazzjoni mwettqa mis-Sħubija tal-SST sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta.

Il-perjodiċità tal-kampanja ta’ kalibrazzjoni tista’ tvarja skont it-tip ta’ sensur, kif ġej:

ir-radars magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull 12-il xahar.

it-teleskopji magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull sitt xhur.

il-lasers magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull 12-il xahar.

2.3.1.2   Kriterji għall-kampanja ta’ kalibrazzjoni

Il-kampanji ta’ kalibrazzjoni għandhom isegwu kriterji oġġettivi speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja tar-riżultati u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-SST.

Il-kriterji għandhom ikunu li ġejjin:

 

Prestazzjoni teknika

 

[N] – Storbju

Radars tal-Istħarriġ

Medda ≤ 100 m

Rata tal-Medda ≤ 4 m/s

Radars għall-Insegwiment

Medda ≤ 50 m

Rata tal-Medda ≤ 2 m/s

Teleskopji tal-istħarriġ

(MEO/GEO)

Akkuratezza angolari

≤ 2 arcsec

Teleskopji għall-insegwiment

MEO/GEO

Akkuratezza angolari

≤ 2 arcsec

Teleskopji għall-insegwiment

LEO

Akkuratezza angolari

≤ 7,2 arsec

Lasers

Akkuratezza tal-medda ≤ 5 m

Il-limitu li għandu jiġi applikat għall-parteċipazzjoni ta’ sensuri huwa soġġett għal evoluzzjoni bbażata fuq il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valuri f’dan l-Anness jistgħu jiġu aġġornati sabiex jinżammu f’konformità mal-aktar ħtiġijiet reċenti tan-network tas-sensur tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jiġu ppreżentati u ġġustifikati fir-Rieżami Operazzjonali Annwali.

2.3.2   Valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali: Analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali

2.3.2.1   Analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali: regoli ġenerali

Kull sensur magħżul sabiex ikun parti mis-sistema tal-SST għandu jkollu l-obbligu li jikkondividi d-data sabiex is-Sħubija tal-SST tkun tista’ twettaq analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni operazzjonali tad-data prodotta.

Is-sensuri inklużi fil-kategorija A għandhom jittrażmettu data lill-Entità Nazzjonali Kostitwenti tagħhom, jew lill-Entità Nazzjonali Kostitwenti ta’ Stati Membri oħra li magħhom l-Istat għandu ftehim speċifiku. L-Entità Nazzjonali Kostitwenti għandha tibgħat id-data b’tempestività u b’regolarità adegwati lill-bażi tad-data permezz ta’ mezzi elettroniċi bil-miżuri ta’ sigurtà xierqa.

Il-perjodiċità tal-analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali tista’ tvarja skont it-tip ta’ assi, kif ġej:

Ir-radars magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull 12-il xahar.

It-teleskopji magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull sitt xhur.

Il-lasers magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull 12-il xahar.

Sensur, li ma jkunx għadda minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali, huwa intitolat li jibqa’ fil-kategorija A matul l-istennija tal-analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali li jmiss.

Sensur li ma jgħaddix minn żewġ analiżijiet tal-prestazzjoni operazzjonali konsekuttivi għandu jitneħħa mill-kategorija A, u għandu jiġi inkluż fil-kategorija B, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jeħtieġ li jkunu debitament:

iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST.

approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettati mill-Kummissjoni.

2.3.2.2   kriterji għall-analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali

 

Prestazzjoni operazzjonali

 

Oġġetti/siegħa operazzjonali

Kejl/siegħa effettiva

Tempestività (tal-kondiviżjoni tad-data)

Radars tal-Istħarriġ

≥ 65

≥ 250 kejl/siegħa

> 90 % tal-insegwimenti f’anqas minn 48 siegħa

U

> 75 % tal-insegwimenti f’anqas minn 24 siegħa

 (*1)

Radars għall-Insegwiment

Mhux Applikabbli

≥ 12 kejl/siegħa

Teleskopji tal-istħarriġ

≥7

≥24 kejl/siegħa

Teleskopji għall-insegwiment

Mhux Applikabbli

≥21 kejl/siegħa

Lasers

Mhux Applikabbli

≥19 kejl/siegħa

Il-limitu li għandu jiġi applikat għall-parteċipazzjoni ta’ sensuri huwa soġġett għal evoluzzjoni bbażata fuq il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valuri f’dan l-anness jistgħu jiġu aġġornati sabiex jinżammu f’konformità mal-aħħar ħtiġijiet tan-network tas-sensur tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jiġu ppreżentati u ġġustifikati fir-Rieżami Operazzjonali Annwali.

Ħin effettiv tfisser valur dikjarattiv ikkomunikat kull xahar mill-Istat Membru responsabbli għas-sensur. Jintuża għall-komputazzjoni tar-Rata ta’ Kejl.

Il-ħin operazzjonali jfisser il-ħin meta l-kejl kondiviż tas-sensur jiġi kkomputat bħala d-durata totali tal-insegwimenti kondiviżi permezz tal-bażi tad-data tal-SST.

2.4.   Regoli speċifiċi għat-teleskopji, ir-radars, il-laser u tipi oħra ta’ sensuri

2.4.1   Teleskopji

Is-Sħubija tal-SST għandha tiżgura, kemm jista’ jkun, distribuzzjoni ġeografika ideali tat-teleskopji abbażi tal-ħtiġijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kopertura, ikkatalogar u tal-SST, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn.

Id-diviżjoni ġeografika mill-ġdid tat-teleskopji u l-aħjar valur għall-flus għandhom jiġu ġġustifikati u vvalidati permezz ta’ studji tal-arkitettura.

L-għadd globali ta’ teleskopji (sorveljanza u insegwiment) għandu jiġi vvalutat skont il-ħtieġa murija mill-istudji tal-arkitettura u l-ħtiġijiet għal kull VLA. L-istudju dwar l-arkitettura għandu juri l-valur miżjud ta’ kull assi u għandu jindika kif ġie rrispettat il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ duplikazzjoni.

2.4.1.1   Għat-teleskopji ta’ sorveljanza

In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ sorveljanza fil-VLA tal-Ewropa għandu jkun ristrett għal Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time wieħed (3) għal kull Stat Membru.

In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ sorveljanza madwar id-dinja (inklużi l-VLA tal-Ewropa) għandu jkun ristrett għal żewġ Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time għal kull Stat Membru.

F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi ta’ teleskopji fi Stat Membru wieħed, din trid tkun:

iġġustifikata minn studji tal-arkitettura.

approvata b’vot s-Sħubija tal-SST,

aċċettata mill-Kummissjoni.

2.4.1.2   Għat-teleskopji tal-insegwiment

In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ insegwiment fil-VLA tal-Ewropa għandu jkun limitat għal ekwivalenti wieħed ta’ ingaġġ full-time għal kull Stat Membru.

In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ insegwiment madwar id-dinja (inkluża l-VLA tal-Ewropa) għandu jkun ristrett għal żewġ Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time għal kull Stat Membru.

F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi ta’ teleskopji fi Stat Membru wieħed, din trid tkun:

iġġustifikata minn studji tal-arkitettura.

approvata mis-Sħubija tal-SST,

aċċettata mill-Kummissjoni.

2.4.1.3   Għat-teleskopji li kapaċi jwettqu sorveljanza u insegwimenti

Is-sensuri li kapaċi jaħdmu kemm fil-modalità ta’ sorveljanza kif ukoll f’dik ta’ insegwiment għandhom jiddikjaraw liema hija l-modalità operazzjonali ewlenija tagħhom meta jikkontribwixxu għall-SST. Il-valutazzjoni tas-sensur għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-modalità operazzjonali ewlenija; minkejja dan, is-sensur jopera wkoll fil-modalità l-oħra, jekk ikun meħtieġ.

Għall-prestazzjoni teknika u operazzjonali, is-sensur għandu jikkonforma mal-aktar rekwiżit restrittiv, sabiex tiġi żgurata l-konformità tiegħu fl-agħar xenarju possibbli. Pereżempju, teleskopju li kapaċi jaħdem bħala sensur tal-istħarriġ u tal-insegwiment u li jiddikjara l-istħarriġ bħala l-iskop ewlieni tiegħu għandu jkollu l-ħila josserva mill-inqas seba’ oġġetti fis-siegħa u juri akkuratezza angolari aħjar minn żewġ arcsec RMS (Għerq tal-Medja tal-Kwadrati).

2.4.2   Radars

Is-Sħubija tal-SST għandha tiżgura, kemm jista’ jkun, distribuzzjoni ġeografika ideali tar-radars abbażi tal-ħtiġijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kopertura, ikkatalogar u tal-SST, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn.

In-numru ta’ radars li jipparteċipaw fil-forniment ta’ servizzi tal-SST (kategorija A) għandu jkun limitat.

L-inklużjoni ta’ radar addizzjonali, fil-kategorija A, għandha tkun:

iġġustifikata minn studji tal-arkitettura.

approvata mis-Sħubija tal-SST,

aċċettata mill-Kummissjoni.

Id-diviżjoni ġeografika mill-ġdid tar-radars u l-aħjar valur għall-flus għandhom jiġu ġġustifikati u vvalidati permezz ta’ studji tal-arkitettura.

2.4.3   Lasers

Il-laser li jipparteċipa fil-forniment tas-Servizzi tal-SST għandu jkun jista’ jikseb u jsegwi mira mhux kooperattiva sabiex jiġi inkluż fil-kategorija A.

In-numru ta’ lasers għandu jkun limitat għal ħames sensuri madwar id-dinja.

F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi tal-laser jew lasers li jkunu kapaċi jagħmlu insegwiment biss ta’ oġġetti kooperattivi, din għandha tkun:

iġġustifikata minn studji tal-arkitettura.

approvata b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettata mill-Kummissjoni.

2.4.4   Tipi oħra ta’ sensuri

Is-Sħubija tal-SST tista’ żżid tipi oħra ta’ sensuri (bħal sensuri bbażati fuq l-ispazju, tekniki passivi għall-kejl tal-meded …).

L-inklużjoni ta’ tipi oħra addizzjonali ta’ sensuri għandha tkun:

iġġustifikata minn studji tal-arkitettura.

approvata b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettata mill-Kummissjoni.

2.5.   Regoli ta’ finanzjament għall-aġġornament u l-operazzjoni tal-assi

Kull aġġornament u żvilupp li jirċievi finanzjament mill-Unjoni għandu jkun iġġustifikat taħt l-arkitetturi tal-SST żviluppati mis-Sħubija tal-SST. Il-ġustifikazzjoni trid tenfasizza l-prestazzjoni tal-bidu tal-assi, il-prestazzjoni finali maħsuba u l-valur miżjud korrispondenti għall-prestazzjonijiet tas-sistema tal-SST.

Is-subkomponent SST għandu jiffoka fuq l-aġġornament tal-assi nazzjonali eżistenti.

2.5.1   Nefqa kapitali (CAPEX)

Minħabba n-natura tal-attivitajiet tal-Unjoni fl-SST, il-livell ta’ finanzjament tal-Unjoni tal-aġġornament ta’ kull assi għandu jkun ibbażat fuq il-ġustifikazzjoni għan-nefqa kapitali totali (CAPEX) tas-somma tal-aġġornamenti kollha impenjati fuq dak l-assi fil-perjodu ta’ kull għotja tal-SST mas-Sħubija tal-SST, u għandu jkun limitat għal 45 % tal-CAPEX totali. Il-prova finanzjarja tal-investimenti nazzjonali għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

Jista’ jiġi aċċettat perċentwal ogħla jekk:

ikun iġġustifikat skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST.

approvat b’vot tas-Sħubija tal-SST,

aċċettat mill-Kummissjoni.

Investimenti taħt EUR 75 000 jistgħu jirċievu perċentwal ogħla ta’ finanzjament.

2.5.2   Nefqa operazzjonali (OPEX)

Il-perċentwal iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun konsistenti mad-dedikazzjoni lis-subkomponent SST u l-OPEX totali tal-assi. Pereżempju, il-kost tal-OPEX għal sensur b’dedikazzjoni għall-SST ta’ X % ma jistax ikun akbar minn X % tat-total (100 %) tal-OPEX li għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 178).

(*1)  jistgħu jiġu żviluppati kriterji addizzjonali tal-prestazzjoni tat-tempestività fuq talba tal-Kummissjoni mis-Sħubija tal-UE għall-SST

(3)  Teleskopju FTE wieħed ifisser teleskopju wieħed b’dedikazzjoni ta’ 100 %, jew N teleskopji li s-somma tad-dedikazzjonijiet tagħhom tkun ekwivalenti għal 100 %


ANNESS II

Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 10

Il-kunċetti li ġejjin għandhom jintużaw fil-proposta:

Metriki: xi ħaġa li titkejjel u tiġi rrapportata sabiex tgħin fil-ġestjoni ta’ proċess jew attività.

Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni (KPI): Metrika li tintuża sabiex titkejjel il-kisba tal-Fatturi Kritiċi ta’ Suċċess u sabiex tgħin fil-ġestjoni ta’ proċess/pjan/proġett jew attività oħra.

Konvenzjoni tat-tismija

Il-konvenzjoni tat-tismija għall-indikaturi għandha l-għan li tiffaċilita l-immappjar bejn l-indikaturi u l-kategoriji li jappartjenu għalihom.

Kull indikatur għandu jkun assoċjat ma’ kodiċi li jidentifikah b’mod uniku skont in-nomenklatura li ġejja: [T][CC]-[n]

Fejn:

T: tip ta’ indikatur. Jista’ jkun KPI (K) jew metrika (M).

CC: kategorija. It-tieni kolonna tindika l-akronimi użati għal kull waħda mill-KPI jew mill-kategoriji tal-Metrika.

S

Sensuri

CAT

Katalgu tal-SST

DS

Kondiviżjoni tad-data

TR

Talbiet għall-għoti tal-kompiti

DB

Bażi tad-data tal-SST

SP

Forniment ta’ Servizz

FD

Front Desk

U

Involviment u sensibilizzazzjoni tal-utenti

n: sekwenza. In-numru li jidentifika l-indikatur f’kull kategorija.

Lista ta’ metriki u KPI li għandhom jintużaw u miri assoċjati

Il-valuri fil-mira għandhom jiġu proposti mis-Sħubija tal-SST fil-proposta għal għotja.

Il-proposta tas-Sħubija tal-SST għandha turi kif dawk il-metriki/KPIs se jitkejlu u jiġu mmonitorjati matul il-proġett.

Kategorija

ID

Titolu

Mira mistennija

2022

2027

Sensuri

MS-1

Numru ta’ sensuri

TBD

TBD

KS-1

Is-sensuri li ma jikkondividux id-data

0

0

MS-2

Dedikazzjoni ddikjarata tas-sensuri

 

 

KS-2

Dedikazzjoni reali tas-sensuri

=MS-2

=MS-2

MS-3

Ħin ta’ rkupru tas-sensuri

 

 

KS-3

Il-konformità tal-kampanji ta’ kalibrazzjoni tas-sensuri

100  %

100  %

MS-4

Sensuri fil-kampanja ta’ kalibrazzjoni

 

 

KS-4

Sensuri li jikkondividu d-data fil-kampanja ta’ kalibrazzjoni

100  %

100  %

Katalgu tal-SST

KCAT-1

In-numru tal-oġġetti katalogati b’mod awtonomu;

TBD

TBD

MCAT-1

% tal-oġġetti katalogati b’mod awtonomu fir-rigward tal-katalogu pubbliku tal-Istati Uniti;

TBD

TBD

 

 

 

 

K-CAT 2

L-akkuratezza tal-iskart spazjali tal-katalgu

TBD

TBD

K-CAT 3

L-età orbitali tal-oġġetti fil-katalgu

TBD

TBD

K-CAT 4

Numru ta’ oġġetti ġodda miżjuda

TBD

TBD

Bażi tad-data tal-SST

MDB-1

Popolazzjoni ta’ oġġetti spazjali

 

 

KDB-1

Kopertura tar-reġimi tal-orbita

 

 

MDB-2

L-età tal-orbiti

 

 

Kondiviżjoni tad-data

MDS-1

Ir-regolarità ddikjarata tal-kondiviżjoni tad-data

 

 

KDS-1

Ir-regolarità effettiva tal-kondiviżjoni tad-data

=MSD-1

=MSD-1

MDS-2

Numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl

 

 

MDS-3

Numru ta’ insegwimenti

 

 

MDS-4

In-numru ta’ orbiti

 

 

Forniment ta’ Servizz

MSP-1

Numru ta’ avvenimenti rrapportati

 

 

KSP-1

Avvenimenti awtonomi

 

 

MSP-2

Numru ta’ prodotti

 

 

KSP-2

Prodotti awtonomi

 

 

KSP-3

Tempestività tal-forniment tal-prodotti

tliet sigħat (TBC)

siegħa (TBC)

MSP-3

Talbiet speċifiċi għas-servizz

 

 

KSP-4

Il-ħin ta’ riżoluzzjoni għal talbiet speċifiċi għas-servizz

jum wieħed (TBC)

nofs jum (TBC)

KSP-5

Devjazzjonijiet fil-format tal-prodotti

0  %

0  %

KSP-6

Konformità tal-konfigurazzjoni tas-servizz tas-CA

100  %

100  %

KSP-8

Il-kontribut ta’ sensuri għal prodotti awtonomi

 

 

Talbiet għall-insegwiment

MTR-1

Numru ta’ talbiet għal insegwiment

 

 

MTR-2

Risponsi għal insegwiment skont it-tipi

 

 

KTR-1

Talbiet għal insegwiment ta’ suċċess

 

 

KTR-2

Ħin ta’ riżoluzzjoni għal-talbiet għal insegwiment

 

 

KTR-3

Kapaċità ta’ rispons għat-Talbiet għal Insegwiment għal kull sensur

 

 

Front Desk

MFD-1

Numru ta’ talbiet għal appoġġ

 

 

MFD-2

Numru ta’ inċidenti

 

 

KFD-1

Il-ħin ta’ riżoluzzjoni għat-talbiet għal appoġġ

 

 

KFD-2

Ħin ta’ riżoluzzjoni għall-inċidenti

 

 

KFD-3

Tniżżil ta’ prodotti

 

 

KFD-4

Tniżżil ta’ prodotti awtonomi

 

 

KFD-5

Disponibbiltà tal-portal

 

 

Involviment u sensibilizzazzjoni tal-utenti

MU-1

In-numru ta’ utenti/organizzazzjonijiet potenzjali

 

 

KU-1

Adozzjoni mill-utent / Numru ta’ utenti

 

 

MU-2

Għadd ta’ utenti ġodda

 

 

KU-2

L-utenti li jniżżlu l-prodotti b’download

 

 

KU-3

L-utenti li jaċċessaw il-Portal

 

 

MU-3

Upload min-naħa tal-utenti

 

 

MU-4

Status ta’ inġenju spazjali

 

 


ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MAS-SOTTOMISSJONI TAL-PROPOSTA, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

1.   DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAL-KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI

L-applikazzjoni għandha turi konformità mal-kriterji stabbilit fl-Anness I:

1.1.   Jekk l-assi jkun sensur l-applikazzjoni għandha tkopri dan li ġej:

1.1.1.   Sjieda tas-sensur tal-SST jew aċċess għalih

Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1- Sjieda ta’ sensuri tal-SST jew aċċess għalihom.

1.1.2.   Sensur tal-SST adegwat

Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 – Sensur tal-SST adegwat.

1.1.3.   Sensur disponibbli għall-SST

Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 - Sensur tal-SST disponibbli jew li qiegħed jiġi żviluppat.

1.1.4.   Riżorsi tekniċi u umani sabiex jitħaddem is-sensur

Informazzjoni li turi li r-riżorsi tekniċi u umani huma disponibbli u se jibqgħu disponibbli sabiex jopera s-sensur.

1.1.5.   Is-sigurtà tas-sensuri tal-SST

Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 – Aspetti tas-sigurtà.

1.2.   Jekk l-assi jkun kapaċità operazzjonali ta’ analiżi u pproċessar tad-data iddiżinjata speċifikament għall-SST, l-applikazzjoni għandha tkopri dan li ġej:

1.2.1.   Is-sjieda tal-analiżi operazzjonali u l-kapaċità tal-ipproċessar tad-data tal-SST, jew l-aċċess għalihom

Informazzjoni li turi l-konformità tal-kapaċità tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2- Sjieda ta’ kapaċitajiet tal-SST jew aċċess għalihom.

1.2.2.   Kapaċità adegwata ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data tal-SST

Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2 – Kapaċitajiet adegwati ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data.

1.2.3.   Is-sigurtà tal-kapaċitajiet

Informazzjoni sabiex tintwera l-konformità tal-kapaċità tal-SST mal-kriterji stabbiliti f’1.2.3 – Aspetti ta’ sigurtà, inklużi aspetti ta’ sigurtà tad-data u tal-informazzjoni, li tirrifletti d-disinn eżistenti tal-SST żviluppat mill-Konsorzju u l-impenn ta’ kontribuzzjoni għal sforz miftiehem mal-Istati Membri l-oħra

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U L-PJAN TA’ AZZJONI

2.1.   Dokumenti ġenerali

Lista tal-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti.

It-test tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST, li għandu jinkludi: Informazzjoni dwar id-disinn ġenerali tal-SST fil-livell tal-Unjoni, inkluża: il-governanza tas-Sħubija tal-SST bir-rwol tal-korpi tekniċi differenti u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom.

2.2.   Konfigurazzjoni tas-sistema

Arkitettura Funzjonali

Arkitettura teknika

Studji tal-arkitettura għall-kategorija A u għall-kategoriji B u/jew C, kif definiti f’2.2.1.1, sa fejn tkun disponibbli d-data meħtieġa dwar is-sensuri ppjanati.

Lista tas-sensuri inkorporati fis-sistema għal kull kategorija A, B jew C, kif iddefinita f’2.2.1.1.

Lista ta’ kapaċitajiet inkorporati fis-sistema

Kriterji oġġettivi użati sabiex titwettaq il-kampanja ta’ valutazzjoni

Lista ta’ kampanji ta’ valutazzjoni li diġà saru għal kull sensur.

2.3.   Id-distribuzzjoni tal-attivitajiet u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Deskrizzjoni tad-distribuzzjoni tal-attivitajiet fost it-Timijiet ta’ Esperti.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-Front Desk tal-SST.

Deskrizzjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.4.   Regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data

Informazzjoni sabiex jiġu deskritti l-modalitajiet ġenerali tal-kondiviżjoni tad-data bejn il-membri tas-Sħubija tal-SST.

2.5.   Miżuri ta’ tranżizzjoni

Deskrizzjoni tal-miżuri ta’ tranżizzjonijiet previsti għall-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel bejn il-Konsorzju tal-SST u s-Sħubija tal-SST.


ANNESS IV

DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ANNESS I SA III

1.   Żona Kbira Ħafna (VLA)

Il-kunċett tal-VLA jikkonsisti f’reġjuni ġeografiċi definiti li jippermettu r-ragruppament ta’ sensuri. L-ewwel nett, l-istess sensur imqiegħed f’postijiet f’VLAs differenti se juri prestazzjoni u valur miżjud differenti. Illum qegħdin jitqiesu ż-“Żoni Kbar Ħafna” li ġejjin:

VLA “L-Asja”

VLA “L-Ewropa”

VLA “L-Amerika ta’ Fuq”

VLA “L-Oċeanja”

VLA “L-Oċean Paċifiku”

VLA “In-Nofsinhar tal-Afrika”

VLA “L-Amerika t’Isfel”

Il-post approssimattiv tal-VLAs huwa muri f’din l-illustrazzjoni:

Image 1

2.   Studji tal-arkitettura

It-terminu “studji tal-arkitettura” jiġbor sett ta’ attivitajiet tal-inġinerija tas-sistema. Dan jinkludi l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-valur miżjud ta’ assi partikolari, aġġornament partikolari, network sħiħ ta’ sensur jew l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ disinn alternattivi u l-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tagħhom. L-istudji tal-arkitettura huma konsistenti ma’ approċċ axxendenti mmirat lejn l-aħjar valur għall-flus, li jevita duplikazzjoni bla bżonn filwaqt li jissorvelja li s-sistema tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti ta’ livell għoli. L-istudji tal-arkitettura jkopru l-funzjonijiet kollha tas-sistema: Funzjoni tas-sensur, funzjoni tal-ipproċessar tad-Data u funzjoni tas-Servizz.

3.    Data mhux ipproċessata

Data fil-livell tas-sensur li ma għaddiet mill-ebda post-proċessar (bħad-data għal kull impuls tar-radar, immaġini, u detezzjoni tal-foton)

4.   Osservabbli

Kwantità unika li tista’ titkejjel mhux ikkronogrammata ta’ oġġett spazjali miksub wara l-ipproċessar ta’ data mhux ipproċessata (bħal ażimut, elevazzjoni, RA, DEC, il-medda, Doppler, RCS, u MAG)

5.   Kejl

Sett ta’ elementi osservabbli ġeometriċi pproċessati (bħal angoli, medda, u differenzjali tal-ħinijiet tal-wasla) u/jew fiżiċi (bħad-daqs u l-RCS) ta’ sensur wieħed li kollha jappartjenu għal oġġett wieħed u għall-istess epoka.

6.   Insegwiment

Sett ta’ kejl konsekuttiv ta’ sensur wieħed għal oġġett wieħed b’lakuni bejn il-kejl li ma jaqbżux durata medja tal-insegwiment li għandha tiġi ddefinita għal kull sensur.

7.   Storbju

ID tal-Parametru

[N]

Isem

Storbju

Deskrizzjoni/Definizzjoni

L-istorbju tal-kejl huwa ddefinit bħala l-għerq tal-medja tal-kwadrati (RMS) tar-residwi ta’ osservazzjoni.

L-istorbju tal-kejl huwa ġeneralment assimilat ma’ distribuzzjoni (normali) Gaussjana. B’dan il-mod, l-intervall iċċentrat fuq il-medja b’semi-amplitudni ta’ 1-σ jinkludi 68,27 % tad-data tar-residwi.

Dan l-istorbju jista’ jitqies ukoll bħala d-devjazzjoni standard li tisforza li l-medja tkun żero (se tiġi vverifikata l-konsistenza bejn iż-żewġ approċċi).

Metriki

Angolari:

peress li l-osservazzjonijiet angolari huma definiti f’koordinati sferiċi, id-devjazzjoni standard tiġi kkalkolata għal:

Formula
, jew b’mod ekwivalenti
Formula
, fejn ra=axxenzjoni tal-lemin, dec=deklinazzjoni, az=ażimut u el=elevazzjoni

dec jew l-ekwivalenti el

Medda:

Miksuba bħala riżultati diretti mill-osservazzjonijiet

Rata tal-medda:

Miksuba bħala riżultati diretti mill-osservazzjonijiet

Unità tal-kejl

Arcsec, m, m/s (angoli, medda u rata ta’ medda rispettivament)

8.   Definizzjonijiet ta’ analiżi operazzjonali

ID tal-Parametru

[TL]

Isem

Tempestività

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Dewmien tal-forniment tal-kejl

Metriki

Il-ħin bejn it-tmiem tal-insegwimenti kondiviżi u l-kondiviżjoni. Valur ta’ limitu ta’ 90 % tad-data kondiviża fil-bażi tad-data tal-SST, dan huwa “Ħin imdaħħal” – “Ħin tat-tmiem” f’anqas minn 48 siegħa, u 75 % f’anqas minn 24 siegħa.

Dan huwa ssupplimentat bl-ammont ta’ data kondiviża fi żmien 48 siegħa u 24 siegħa

Unità tal-kejl

Sigħat


ID tal-Parametru

[O2]

Isem

Oġġetti/siegħa operazzjonali

Deskrizzjoni/Definizzjoni

L-għadd medju ta’ oġġetti differenti osservati minn sensur fis-siegħa

Metriki

Medja tal-għadd ta’ oġġetti differenti osservati għal kull intervall ta’ siegħa. Il-perjodu operattiv kollu huwa diviż f’intervalli N ta’ siegħa. Għal kull intervall i, jiġi kkomputat in-numru ta’ oġġetti differenti osservati mis-sensur

Formula

Unità tal-kejl

Oġġetti/h


ID tal-Parametru

[MR]

Isem

Rata tal-kejl

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl

Metriki

Kejl / Ħin iddikjarat tad-dedikazzjoni effettiva (sigħat)

Unità tal-kejl

kejl/siegħa

9.   Definizzjonijiet oħra

Dedikazzjoni

 

Dedikazzjoni ddikjarata

Il-ħin massimu li assi jiġi ddikjarat li jikkontribwixxi għall-SST f’perjodu ta’ rapportar skont l-impenji tal-Għotja.

Dedikazzjoni Effettiva

Il-ħin li assi jikkontribwixxi għall-SST f’perjodu ta’ rapportar.

Dedikazzjoni Ineffettiva

Il-ħin li sensur ma jkunx jista’ jikkontribwixxi għall-SST minħabba manutenzjoni jew minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà (temp, manutenzjoni mhux ippjanata, eċċ.).

Analiżi Funzjonali

Id-definizzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet ewlenin tal-SST, kif ukoll l-interazzjonijiet tagħhom f’termini ta’ flussi tax-xogħol, inputs, outputs, u skambju ta’ informazzjoni. Id-diżaggregazzjoni f’funzjonijiet issir fuq bażi kunċettwali, u ma hijiex marbuta mal-implimentazzjoni fiżika fl-arkitettura tas-sistema tal-SST. Xi funzjonijiet jistgħu jitqassmu fost diversi elementi fiżiċi.

Sensur operazzjonali

Sensur, li għadda b’suċċess il-kriterji kollha ta’ kwalità u kontribuzzjoni tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni operazzjonali.

Dedikazzjoni Potenzjali

Ħin massimu li sensur jista’ ipotetikament ikun qed jaħdem għall-SST.

Assi tal-SST

Il-kapaċitajiet tas-Sensur u tal-Ipproċessar tad-Data tal-SST.

Talba għal insegwiment

Talba lis-sensuri li jikkontribwixxu għall-SST sabiex jipprovdu data relatata ma’ oġġett jew ma’ avveniment speċifiku.