|
19.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/129 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1239
tat-18 ta’ Lulju 2022
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011 (1) li taħtar lis-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-RSUE għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2022. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024. |
|
(4) |
Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Emanuela Claudia DEL RE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2024. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi tterminat aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1011 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024 għandu jkun ta’ EUR 3 450 000.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ, u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2024.”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1011 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 21).