13.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1205

tat-12 ta’ Lulju 2022

li tawtorizza metodi ta’ klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/12/KE

(notifikata bid-dokument C(2022) 4784)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (p), tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandhom japplikaw f’konformità mal-punt B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. It-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV, ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, il-kontenut tal-laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi tal-klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, li għandhom jiġu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal, li l-metodi tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati diment li jkunu konformi ma’ tolleranza massima għal errur statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija definita fil-Parti A, il-punt 1, is-subparagrafu 2, tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 (2).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/12/KE (3) tawtorizza l-użu ta’ seba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka.

(3)

Sakemm ma jkunux ġew awtorizzati b’mod espliċitu b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-modifiki tal-metodi tal-klassifikazzjoni jew tal-apparati ma jkunux permessi.

(4)

Id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni tirtira l-awtorizzazzjoni tal-metodi “Klassificeringscenter (KC)”, “Uni-Fat-O-Meater (Unifom)”, “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM 1)” u “Updated fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM DK)”.

(5)

Id-Danimarka talbet ukoll lill-Kummissjoni tawtorizza żewġ metodi ġodda: “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM IV)” u “Manual method (ZP)”. Għal dak il-fini, id-Danimarka ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li huma bbażati fuqhom dawn il-metodi l-ġodda, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182.

(6)

Id-Danimarka talbet ukoll lill-Kummissjoni tawtorizza formuli aġġornati għal tliet metodi (“Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)”, “Fat-O-Meater II (FOM II)” u “Automatic ultrasound instrument (AutoFOM III)”) li diġà ġew awtorizzati bid-Deċiżjoni 2009/12/KE għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha.

(7)

L-eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni taż-żewġ metodi ġodda tal-klassifikazzjoni u għall-aġġornament tal-ekwazzjonijiet għat-tlieta l-oħra kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182 huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-metodi tal-klassifikazzjoni u l-formuli jiġu awtorizzati fid-Danimarka.

(8)

Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, d-Deċiżjoni 2009/12/KE jenħtieġ li titħassar.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi tal-klassifikazzjoni li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont it-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fid-Danimarka:

(a)

l-apparat “Automatic ultrasound instrument (AutoFOM III)” u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(b)

l-apparat “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM IV)” u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

l-apparat “Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)” u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(d)

l-apparat “Fat-O-Meater II (FOM II)” u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(e)

“Manual method (ZP)” b’riga u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti V tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-modifiki tal-metodi tal-klassifikazzjoni awtorizzati jew tal-apparati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 1 ma għandhomx ikunu permessi sakemm ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2009/12/KE tħassret.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 74).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/12/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 83).


ANNESS

METODI TAL-KLASSIFIKAZZJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FID-DANIMARKA

PARTI I

Automatic ultrasound instrument (AutoFOM III)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Automatic ultrasound instrument (AutoFOM III)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’16-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Frontmatec), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-data ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu tal-apparat.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formuli li ġejjin:

(a)

għall-majjali nisa u kastrati:

Y = 72,37797649 + (R2P1 × -0,35013939) + (R2P4 × 0,20785366) + (R2P5 × -0,44928653) + (R2P8 × -0,38095230) + (R2P9 × -0,46950184) + (R2P10 × -0,69871531) + (R2P15 × -0,14912761) + (R4P3 × 0,06461598) + (R4P6 × -0,05431414);

(b)

għall-majjali rġiel sħaħ:

Y = 78,75696993 + (R2P1 × -0,79436326) + (R2P4 × -0,38023008) + (R2P5 × -0,78847225) + (R2P8 × -0,30711330) + (R2P9 × -0,83062854) + (R2P10 × -0,49646032) + (R2P15 × 0,17342717) + (R4P3 × -0,08364211) + (R4P6 × -0,10359715)

fejn:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa;

R2P1

=

il-ħxuna medja tal-ġilda (f’mm);

R2P4

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar mingħajr ġilda (f’mm) imkejla fil-pożizzjoni lonġitudinali tal-Ħxuna Minima tax-Xaħam, fil-lojn l-eqreb lejn il-qiegħ tal-array (“MFT2”), 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R2P5

=

il-ħxuna tal-ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R2P8

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar mingħajr ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2;

R2P9

=

il-ħxuna tal-ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2;

R2P10

=

il-ħxuna minima tax-xaħam mingħajr il-ġilda (f’mm) fil-pożizzjoni tal-Ħxuna Minima tax-Xaħam fil-karkassa kollha (“MFT1”);

R2P15

=

il-ħxuna medja tax-xaħam bil-ġilda (f’mm) taż-żewġ muskoli tal-lojn imkejla fl-MFT1 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R4P3

=

il-ħxuna tas-saff tax-xaħam 1 (f’mm) imkejla fl-MFT2 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R4P6

=

il-ħxuna tas-saff tax-xaħam 1 (f’mm) fl-MFT2.

4.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.

PARTI II

Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM IV)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM IV)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’25 transdjuser ultrasoniċi tal-banda wiesgħa (Frontmatec), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 16,5 mm. Id-data ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu tal-apparat.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formuli li ġejjin:

(a)

għall-majjali nisa u kastrati:

Y = 69,84677591 + (R2P1 × -0,26533522) + (R2P4 × 0,02198992) + (R2P5 × -0,21983787) + (R2P8 × -0,33652390) + (R2P9 × -0,24649355) + (R2P10 × -0,58982872) + (R2P15 × -0,05016562) + (R4P3 × 0,10929868) + (R4P6 × -0,03863696);

(b)

għall-majjali rġiel sħaħ:

Y = 74,44553377 + (R2P1 × -0,38670790) + (R2P4 × -0,30489132) + (R2P5 × -0,59474907) + (R2P8 × -0,08150558) + (R2P9 × -0,60928997) + (R2P10 × -0,33877660) + (R2P15 × -0,44580592) + (R4P3 × 0,18532086) + (R4P6 × 0,12614701)

fejn:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa;

R2P1

=

il-ħxuna medja tal-ġilda (f’mm);

R2P4

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar mingħajr ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R2P5

=

il-ħxuna tal-ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R2P8

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar mingħajr ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2;

R2P9

=

il-ħxuna tal-ġilda (f’mm) imkejla fl-MFT2;

R2P10

=

il-ħxuna minima tax-xaħam mingħajr ġilda (f’mm) fl-MFT1;

R2P15

=

il-ħxuna medja tax-xaħam bil-ġilda (f’mm) taż-żewġ muskoli tal-lojn imkejla fl-MFT1 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R4P3

=

il-ħxuna tas-saff tax-xaħam 1 (f’mm) imkejla fl-MFT2 lonġitudinali, 70 mm miċ-ċentru tas-sinsla;

R4P6

=

il-ħxuna tas-saff tax-xaħam 1 (f’mm) fl-MFT2.

4.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.

PARTI III

Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)”.

2.

L-apparat huwa tagħmir tat-tip ta’ sonda manwali u għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 6 mm li jkun fiha fotodetettur u li jkollha distanza operatorja ta’ bejn 1 u 94 mm.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Y = 69,3882 + (S1 × -0,5673) + (S2 × -0,3282) + (S3 × 0,0397)

fejn:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa;

S1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluż il-ġilda ta’ barra) f’mm, imkejla 8 cm ’l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ vertebra tal-ġenbejn tal-aħħar;

S2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra) f’mm, imkejla 6 cm ’l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar;

S3

=

il-ħxuna tal-muskolu f’mm, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal S2.

4.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.

PARTI IV

Fat-O-Meater II (FOM II)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “Fat-o-Meater II (FOM II)”.

2.

L-apparat huwa tagħmir tat-tip Fat-O-Meater u għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 6 mm li jkun fiha fotodetettur (Siemens tat-tip SFH 960 — BP 103 jew simili) u li jkollha fond operatorju sa 125 mm. Il-ġbir u l-analiżijiet kollha li jkunu legalment rilevanti jinżammu fil-pistola tal-FOM II.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Y = 69,2265+ (S1 × -0,5564) + (S2 × -0,3550) + (S3 × 0,0408)

fejn:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa;

S1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluż il-ġilda ta’ barra) f’mm, imkejla 8 cm ’l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ vertebra tal-ġenbejn tal-aħħar;

S2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’mm, imkejla b’mod perpendikulari sad-dahar tal-karkassa, 6 cm ’l bogħod mil-linja tal-qsim bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar;

S3

=

il-ħxuna tal-muskolu Longissimus dorsi f’mm, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal S2.

4.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.

PARTI V

Manual method (ZP)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-kejl “Manual method (ZP)” b’riga.

2.

Dan il-metodu jista’ jiġi implimentat permezz ta’ riga, u l-klassifikazzjoni tiġi ddeterminata abbażi ta’ ekwazzjoni ta’ tbassir. Huwa bbażat fuq il-kejl manwali fil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam u tal-ħxuna tal-muskolu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Y = 60,3129 + (G × -0,4788) + (M × 0,0671)

fejn:

Y

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa;

G

=

il-ħxuna tax-xaħam definita bħala l-kejl qasir tax-xaħam flimkien mal-ħxuna tal-ġilda fuq il-muskolu Gluteus medius;

M

=

il-ħxuna tal-muskolu definita bħala d-distanza minima mill-kanal vertebrali sat-tarf kranjali tal-muskolu Gluteus medius.

4.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.