11.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/56 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1187
tas-7 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 fir-rigward tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023
(notifikata bid-dokument C(2022) 4873)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (“l-iskema għall-iskejjel”), għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jkun imiss, u jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali. |
(2) |
Abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri nnotifikaw sal-31 ta’ Jannar 2022, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/493 (3) stabbiliet l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023. |
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/861 (4), l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw it-tieni talba lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ġunju 2022 għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023, marbuta mal-ħtieġa li jipprovdu għat-tfal spostati mill-Ukrajna li huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-iskejjel. |
(4) |
Fit-tieni talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija u s-Slovenja indikaw ir-rieda tagħhom li ma jużawx l-ammont sħiħ tal-allokazzjoni definittiva tagħhom tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja nnotifikaw ir-rieda tagħhom li jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva tagħhom tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493. Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja ma ppreżentawx it-tieni talba għall-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel u għalhekk jitqiesu li kkonfermaw l-allokazzjonijiet definittivi tagħhom stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493. |
(5) |
Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli u jiġu indirizzati d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel minħabba l-ispostament tat-tfal mill-Ukrajna wara l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022, huwa xieraq li tiġi riveduta l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023. Ir-riallokazzjoni tal-ammonti mhux mitluba ta’ allokazzjonijiet definittivi tal-għajnuna tal-Unjoni jenħtieġ li tqis it-tieni talba tal-Istati Membri għall-għajnuna tal-Unjoni u trid tkun ibbażata fuq l-għadd ta’ tfal fl-Istati Membri ta’ bejn is-sitta u l-għaxar snin, f’konformità mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/493 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/462 (ĠU L 100, 28.3.2022, p. 55).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/861 tal-1 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi regoli eċċezzjonali għat-tieni talbiet tal-Istati Membri għall-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel u li jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni, għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Lulju 2023 (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 42).
ANNESS
“ANNESS I
Sena skolastika 2022/2023
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel f’EUR |
Il-Belġju |
3 405 460 |
1 613 199 |
Il-Bulgarija |
2 145 826 |
1 030 342 |
Iċ-Ċekja |
3 515 512 |
1 784 619 |
Id-Danimarka |
1 855 060 |
1 460 645 |
Il-Ġermanja |
20 810 417 |
9 696 041 |
L-Estonja |
520 903 |
751 337 |
L-Irlanda |
1 811 303 |
900 398 |
Il-Greċja |
3 221 670 |
1 550 685 |
Spanja |
13 292 411 |
6 302 784 |
Franza |
16 271 478 |
16 146 588 |
Il-Kroazja |
1 390 541 |
800 354 |
L-Italja |
17 117 780 |
8 003 535 |
Ċipru |
390 044 |
400 177 |
Il-Latvja |
658 180 |
711 207 |
Il-Litwanja |
966 451 |
1 081 456 |
Il-Lussemburgu |
295 111 |
193 000 |
L-Ungerija |
3 122 448 |
1 772 817 |
Malta |
293 504 |
193 000 |
In-Netherlands |
5 570 944 |
2 177 837 |
L-Awstrija |
2 301 768 |
1 044 680 |
Il-Polonja |
12 494 071 |
10 739 507 |
Il-Portugall |
3 283 397 |
2 220 981 |
Ir-Rumanija |
6 900 318 |
10 455 944 |
Is-Slovenja |
570 823 |
311 770 |
Is-Slovakkja |
1 872 965 |
960 398 |
Il-Finlandja |
1 599 047 |
3 824 689 |
L-Iżvezja |
0 |
8 998 717 |
Totali |
125 677 429 |
95 126 707 |