|
16.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 435/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Novembru 2022
li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-modifika tal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra
(2022/C 435/07)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/2369/UE tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (2),
Billi:
|
(1) |
Id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) huwa pendenti. Il-Ftehim japplika b’mod proviżorju fir-rigward tat-tliet stati kollha. |
|
(2) |
Madankollu, l-Artikolu 209 tal-Ftehim jipprevedi l-possibbiltà li tiżdied indikazzjoni ġeografika ġdida mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim wara li tkun tlestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u wara li jkunu ġew eżaminati l-indikazzjonijiet ġeografiċi kif stabbilit fl-Artikolu 208 tiegħu. |
|
(3) |
Il-Kolombja ressqet talba lill-Unjoni biex tiżdied indikazzjoni ġeografika ġdida mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ indikazzjoni ġeografika waħda ġdida tal-Kolombja. |
|
(4) |
Il-Perù ressaq talba lill-Unjoni biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ sitt indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Perù. |
|
(5) |
L-Ekwador ressaq talba lill-Unjoni biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ tliet indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Ekwador. |
|
(6) |
L-Artikolu 257(2) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, stabbilit mill-Partijiet skont l-Artikolu 257(1) tal-Ftehim, għandu r-responsabblità li jivvaluta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 209 tal-Ftehim u li jipproponi lill-Kumitat tal-Kummerċ, stabbilit mill-Partijiet skont l-Artikolu 12(1) tal-Ftehim, il-modifika tal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim. |
|
(7) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali vvaluta l-informazzjoni fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika ġdida tal-Kolombja, is-sitt indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Perù u t-tliet indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Ekwador, u ppropona lill-Kumitat tal-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont dan. |
|
(8) |
L-Artikolu 13(1)(d) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat tal-Kummerċ huwa responsabbli mill-evalwazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 12(4) kwalunkwe deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Parti tal-UE u l-pajjiż Andin firmatarju kkonċernat u għandu jkollha effett biss bejn dawk il-Partijiet. Peress li dawn il-każijiet huma relatati esklussivament mar-relazzjoni bilaterali bejn il-Parti tal-UE u l-Kolombja, il-parti tal-UE u l-Ekwador, il-Parti tal-UE u l-Perù, u ġew diskussi fi tliet sessjonijiet bilaterali tas-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(4). |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi mmodifikat u l-modifiki jenħtieġ li jiġu approvati f’isem l-Unjoni, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-modifiki tal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, stabbiliti fl-abbozzi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ, huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.
L-abbozzi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ huwa stabbilit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ huwa awtorizzat biex japprova d-deċiżjonijiet ta’ dak il-Kumitat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Wara l-adozzjoni tagħhom, id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Kummerċ għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS 1
DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ
ta’ […] 2022
li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ Novembru 2017, il-Kolombja ressqet talba lill-Unjoni biex tiżdied indikazzjoni ġeografika ġdida mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont l-Artikolu 209 tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ indikazzjoni ġeografika waħda ġdida tal-Kolombja. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, skont l-Artikolu 257(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, f’sessjoni bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Kolombja, ivvaluta l-informazzjoni b’rabta mal-indikazzjoni ġeografika u ppropona lill-Kumitat tal-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi mmodifikat. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni biex jiġi mmodifikat l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim tista’ tiġi adottata f’sessjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Kolombja, skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim Kummerċjali, billi tirrigwarda esklużivament ir-relazzjoni bilaterali ta’ bejniethom u ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ Pajjiż Andin firmatarju ieħor, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fit-tabella taħt il-punt (a) “Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Kolombja għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati” fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim, tiżdied l-entrata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Kummerċ li huma awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-modifika tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi,
Għall-Kumitat tal-Kummerċ
Kap tad-Delegazzjoni tal-UE
Kap tad-Delegazzjoni tal-Kolombja
ANNESS
|
|||
|
BOCADILLO VELEÑO |
Pejst tal-frott |
||
ANNESS 2
DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ
ta’ […] 2022
li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2017, il-Perù ressaq talba lill-Unjoni biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont l-Artikolu 209 tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ sitt indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Perù. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, skont l-Artikolu 257(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, f’sessjoni bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Perù, ivvaluta l-informazzjoni b’rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u ppropona lill-Kumitat tal-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont dan. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi mmodifikat. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni biex jiġi mmodifikat l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim tista’ tiġi adottata f’sessjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Perù, skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim Kummerċjali, billi tirrigwarda esklużivament ir-relazzjoni bilaterali ta’ bejniethom u ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ Pajjiż Andin firmatarju ieħor, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fit-tabella taħt il-punt (c) “Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Perù għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati” fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim, jiżdiedu l-entrati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Kummerċ li huma awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-modifika tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi,
Għall-Kumitat tal-Kummerċ
Kap tad-Delegazzjoni tal-UE
Kap tad-Delegazzjoni tal-Perù
ANNESS
|
|||
|
ACEITUNA DE TACNA |
Żebbuġa |
||
|
CACAO AMAZONAS PERÚ |
Kawkaw |
||
|
CAFÉ MACHU PICCHU - HUADQUIÑA |
Kafè |
||
|
CAFÉ VILLA RICA |
Kafè |
||
|
LOCHE DE LAMBYEQUE |
Frott |
||
|
MACA JUNÍN-PASCO |
Prodott tal-Pjanti |
||
|
|
|||
ANNESS 3
DEĊIŻJONI Nru 3/2022 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ
ta’ […] 2022
li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta’ Novembru 2018, l-Ekwador ressaq talba lill-Unjoni biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont l-Artikolu 209 tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ tliet indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Ekwador. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, skont l-Artikolu 257(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, f’sessjoni bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Ekwador, ivvaluta l-informazzjoni b’rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u ppropona lill-Kumitat tal-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont dan. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi mmodifikat. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni biex jiġi mmodifikat l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim tista’ tiġi adottata f’sessjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Ekwador skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim Kummerċjali, billi tirrigwarda esklużivament ir-relazzjoni bilaterali ta’ bejniethom u ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ Pajjiż Andin firmatarju ieħor, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fit-tabella taħt il-punt (d) “Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Ekwador għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati” fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim, jiżdiedu l-entrati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Kummerċ li huma awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-modifika tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi,
Għall-Kumitat tal-Kummerċ
Kap tad-Delegazzjoni tal-UE
Kap tad-Delegazzjoni tal-Ekwador
ANNESS
|
|||
|
|
|
||
|
CAFÉ DE GALAPAGOS |
Kafè |
||
|
MANÍ DE TRANSKUTUKÚ |
Karawett |
||
|
PITAHAYA AMAZÓNICA DE PALORA |
Frott |
||