10.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/70


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/910

tad-9 ta’ Ġunju 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika ta’ swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis, u għall-provvista esterna tal-enerġija għall-mowbajls

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jikkonforma mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, kopert b’dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-Cenelec irreveda l-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2009 u l-emenda tiegħu, EN IEC 60947-3:2009/A1:2012, għal swiċċijiet b’vultaġġ baxx, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi, u unitajiet kombinati bi fjusis, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 246/01) (4).

(4)

Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2021 għall-kommutaturi u t-tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx: swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-Cenelec, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2021 jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641.

(6)

L-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2021 jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali li għandu l-għan ikopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għaldaqstant, ir-referenza ta’ dak l-istandard jixraq tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/30/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2021 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness.

(8)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2009 u tal-emenda tiegħu EN IEC 60947-3:2009/A1:2012 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

B’ittra tal-15 ta’ Novembru 2021, l-ETSI informa lill-Kummissjoni li l-istandard armonizzat EN 61204-3:2000 dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika tal-provvisti tal-enerġija b’vultaġġ baxx, output d.c., li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata fil-Komunikazzjoni (2018/C 246/01), ikopri ċ-ċarġers li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 301 489-34 V1.4.1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat li l-istandard armonizzat EN 61204-3:2000 jista’ jintuża minflok l-istandard armonizzat EN 301 489-34 V1.4.1, għax ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni addizzjonali fl-istandard EN 301 489-34 V1.4.1 għall-protezzjoni taċ-ċarġer minn kampijiet iġġenerati mill-mowbajl, ma għadhomx meħtieġa.

(10)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandard armonizzat EN 301 489-34 V1.4.1 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2009 u tal-emenda tiegħu EN IEC 60947-3:2009/A1:2012 u tal-istandard armonizzat EN 301 489-34 V1.4.1 jixraq jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(12)

Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2021, l-irtirar tar-referenzi tal-istandard armonizzat EN IEC 60947-3:2009 u tal-emenda tiegħu EN IEC 60947-3:2009/A1:2012 jeħtieġ jiġi differit.

(13)

Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 61204-3:2000 minflok l-istandard armonizzat EN 301 489-34 V1.4.1, l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat jeħtieġ jiġi differit.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7641 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 27).


ANNESS I

Fl-Anness I, tiżdied din l-entrata:

Nru

Referenza għall-istandard

“21.

EN IEC 60947-3:2021

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx – Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis”.


ANNESS II

Fl-Anness II, jiżdiedu dawn l-entrati:

Nru

Referenza għall-istandard

Data tal-irtirar

“18.

EN IEC 60947-3:2009

Kommutaturi u tagħmir ta’ kontroll ta’ vultaġġ baxx – Parti 3: Swiċċijiet, skonnetturi, swiċċijiet skonnetturi u unitajiet kombinati bi fjusis

EN IEC 60947-3:2009/A1:2012

l-10 ta’ Diċembru 2023

19.

EN 301 489 -34 V1.4.1

Kompatibbiltà elettromanjetika u Materji tal-Ispettru tal-Frekwenzi tar-Radju (ERM); Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 34: Kundizzjonijiet speċifiċi għall-Provvista Esterna tal-Enerġija (EPS) għall-mowbajls

l-10 ta’ Diċembru 2023”.