30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 147/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/837

tat-30 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaeda, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, żewġ persuni u grupp wieħed jenħtieġ li jinżdiedu mal-listi ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”:

“10.

Faruq AL-SURI (magħruf ukoll bħala Samir Hijazi, Samir ‘Abd al-Latif Hijazi, Abu Hammam Al-Shami, Abu Humam Al-Shami Abu Hammam Al-’Askari); data tat-twelid: 1977; post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; sess: raġel; nazzjonalità: Sirjana (preżunta).

11.

Sami AL-ARIDI (magħruf ukoll bħala Abu Mohammad Al-Shami, Abu Mahmud Al-Sham, Abu Mahmud Al-Shami, Sami Al-Oride, Sami Al-Oraidi, Sami Al-Oraydi, Sheikh Dr. Sami Al-Uraydi); data tat-twelid: 1973; sess: raġel; nazzjonalità: Ġordaniża (preżunta).”;

(2)

l-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3”:

“3.

Hurras AL-DIN (HaD) (magħruf ukoll bħala Hurras al-Deen, Huras-al-Din, Guardians of Religion, Tanzim Hurras Al-Din, Tandhim Hurras Al-Deen, Sham Al-Ribat, Al-Qaida fis-Sirja, AQ-S).”.