25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/816

tat-23 ta’ Mejju 2022

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Daniela BALLICO.

(4)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Luisa PIACENTINI, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Consigliere comunale del Comune di Marano Equo (RM) (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Marano Equo (RM)), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Luisa PIACENTINI, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Consigliere comunale del Comune di Marano Equo (RM) (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Marano Equo (RM)), hija b’dan maħtura bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).