13.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/106


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/735

tal-12 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200 sabiex jitmexxa ’l quddiem it-tmiem tal-mandat tal-President attwali tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea u biex titmexxa ’l quddiem il-ħatra tal-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat Militari”) għandu jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. Skont l-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-mandat tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta’ tliet snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/297 (2), il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari għal perijodu ta’ tliet snin u nofs, mis-6 ta’ Novembru 2018. Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200 (3), il-Kunsill estenda l-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari sal-31 ta’ Mejju 2022.

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021, il-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Robert BRIEGER jinħatar President tal-Kumitat Militari, bħala s-suċċessur tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO, għal perjodu ta’ tliet snin.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200, il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Robert BRIEGER President tal-Kumitat Militari mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025.

(5)

Fil-25 ta’ April 2022, il-Ġeneral Claudio GRAZIANO informa lill-Coreper li huwa għandu jieqaf mid-dmirijiet tiegħu bħala President tal-Kumitat Militari fil-15 ta’ Mejju 2022.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li t-tmiem tal-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari jitmexxa ’l quddiem għall-15 ta’ Mejju 2022, u l-ħatra tal-Ġeneral Robert BRIEGER bħala President tal-Kumitat Militari jenħtieġ li titmexxa ’l quddiem għas-16 ta’ Mejju 2022.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1200 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea huwa b’dan estiż sal-15 ta’ Mejju 2022.”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-Ġeneral Robert BRIEGER huwa b’dan maħtur President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea mis-16 ta’ Mejju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-12 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)   ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/297 tal-20 ta’ Frar 2018 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 28.2.2018, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1200 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea u li taħtar il-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 259, 21.7.2021, p. 6).