21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/660
tal-21 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu żewġ individwi mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u talli jibbenefikaw minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“211. |
Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO (Ukren: Сергiй Вiталiйович Курченко; Russu: Сергей Витальевич КУРЧЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 21.9.1985 Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna Nazzjonalità: Ukren |
Is-Sur Serhiy Kurchenko huwa negozjant Ukren. Bl-appoġġ ta’ separatisti favur ir-Russja, ħa l-kontroll ta’ diversi impjanti kbar metallurġiċi, kimiċi u tal-enerġija fiż-żoni ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti. Il-kumpannija tiegħu “Gaz-Alliance” kellha monopolju fl-estrazzjoni tal-faħam f’Donbas wara li l-kompetituri tagħha ġew imġiegħla joħorġu mis-suq, allegatament bl-għajnuna tar-Russja. Huwa organizza u bbenefika mill-iskema illegali ta’ esportazzjoni tal-faħam ta’ Donbas lejn ir-Russja u l-Ewropa minkejja s-sanzjonijiet tal-UE. Il-faħam estratt fil-minjieri tas-Sur Kurchenko ġie rreġistrat mill-ġdid u esportat illegalment permezz tal-portijiet Russi. Is-Sur Kurchenko għen lil kumpanniji Russi kbar u lil azjendi tal-Istat jevitaw il-miżuri restrittivi tal-UE billi aġixxa bħala s-sottokuntrattur tagħhom fit-territorji miżmuma mir-Russja. Huwa kien intermedjarju fl-esportazzjonijiet Russi tal-gass, tal-fjuwil u tal-elettriku lejn il-partijiet ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti, li saħħew il-provvisti indipendenti tagħhom tal-enerġija u dgħajfu l-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa wassal fjuwil lejn il-Peniżola tal-Krimea okkupata illegalment. B’dan il-mod, huwa saħħaħ il-provvisti indipendenti tal-elettriku ta’ dan it-territorju. Huwa s-sid ukoll tal-akbar depożitu taż-żejt fil-Peniżola tal-Krimea. B’hekk huwa bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna, u appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.4.2022 |
234. |
Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN (Евгений Викторович ПРИГОЖИН) |
Data tat-twelid: 1.6.1961 Post tat-Twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa) Funzjoni: negozjant prominenti, b’rabtiet mill-qrib mat-tmexxija politika Russa |
Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant prominenti Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President Putin u l-Ministeru għad-Difiża Russu. Huwa l-finanzjatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja, responsabbli għall-iskjerament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna. Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpannija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, u grupp ta’ kumpanniji oħra b’rabtiet miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja. |
21.4.2022” |
Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm) Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Hu bbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |