30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Mejju 2022
li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
(2022/C 211/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2020 (2), il-Kunsill ħatar żewġ membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-’’Bord’’) għal mandat ta’ tliet snin mill-1 ta’ Frar 2021. |
(2) |
Wieħed mit-tliet membri tal-Bord maħtur mill-Kunsill, is-Sur Jørgen ELMESKOV, irriżenja qabel ma skada l-mandat tiegħu. |
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord. |
(4) |
L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jgħid li l-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Martine DURAND hija b’dan maħtura membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal mandat ta’ tliet snin.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2020 li taħtar żewġ membri tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 445, 22.12.2020, p. 3).