1.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/153


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/523

tal-31 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 fir-rigward tal-ispejjeż tal-ġbir u l-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u l-formola għar-rapporti dwar l-ammonti irrekuperabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 13(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Fid-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 (2), xi wħud mill-mudelli użati mill-Istati Membri biex jikkomunikaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu aġġornati u mtejba biex titqies l-esperjenza miksuba f’dawn l-aħħar snin bl-użu ta’ dawk il-mudelli. Għal dak il-għan, il-mudelli fl-Annessi I, II, III u V ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, użati għat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, u r-rapporti dwar ammonti irrekuperabbli li jikkorrispondu għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’mudelli ġodda.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (3) introduċiet rata ta’ tnaqqis ta’ 25 % biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-ġbir ta’ riżorsi proprji “tradizzjonali”. Għalhekk jeħtieġ li dik ir-rata ta’ tnaqqis tiġi riflessa fil-mudelli użati mill-Istati Membri għat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar tal-kont “A” kif stabbilit fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194. Il-mudelli fl-Annessi I u II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jindikaw ukoll b’mod ċar ir-rati differenti li jridu jiġu applikati, skont id-data ta’ skadenza biex l-ammont isir disponibbli għall-baġit tal-Unjoni.

(3)

Wara t-tneħħija gradwali tal-imposti fuq iz-zokkor skont l-Artikolu 124 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (4) huwa possibbli li jiġu ssimplifikati l-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 billi jingħaqdu s-subkategoriji kollha ta’ dawk l-imposti.

(4)

Ir-rapport tal-Anness V imsemmi fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jenħtieġ li jkun fih il-fatti kollha neċessarji biex issir eżaminazzjoni sħiħa tar-raġunijiet, li ostakolaw lill-Istat Membru milli jagħmel disponibbli l-ammonti meqjusa jew iddikjarati irrekuperabbli li jaqbżu EUR 100 000, inkluż il-miżuri ta’ rkupru meħuda mill-Istat Membru. Madankollu, ir-rapporti ppreżentati skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 xi drabi ma jkunux mimlija b’mod korrett jew inkonsistenti ma’ informazzjoni oħra disponibbli u għal dik ir-raġuni jeħtieġ li jsiru talbiet għal informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri kkonċernati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu inklużi diversi kjarifiki fil-formoli eżistenti bħal dwar l-ammonti ta’ korrezzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 609/2014 u l-indikazzjonijiet dwar l-istrumenti legali użati bħala bażi għall-irkupru infurzat skont il-liġi nazzjonali.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għall-emendi introdotti fil-mudelli stabbiliti fl-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194, huwa xieraq li tiġi differita d-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jitħassar;

(2)

L-Annessi I, II u III huma mibdulin bit-test fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(3)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt (2) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 tat-8 ta’ Frar 2018 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta’ riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671)


ANNESS I

“ANNESS I

Stat Membru:

Xahar/Sena:


(munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Referenza referenza (fakultattiv)

Ammonti stabbiliti fix-xahar (2)

Ammonti rkuprati minn kontijiet separati (3)

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti preċedenti (4)

Ammonti gross

Ammonti nett

+

-

(1)

(2)

(3)

(4)

(5) = (1) + (2) + (3) - (4)

(6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta’ antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kompensatorji u ta’ antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kompensatorji u ta’ antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq iz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

— 25 % kostijiet tal-ġbir (5)

— 20 % kostijiet tal-ġbir (6)

— 25 % kostijiet tal-ġbir (7)

— 10 % kostijiet tal-ġbir (8)

 

 

 

 

Total li jrid jitħallas lill-UE

 

 

ANNESS II

Ix-xahar/Is-sena


(munita nazzjonali)

Ammont gross ta’ riżorsi proprji rkuprati

Referenzi għal irregolaritajiet jew dewmien fil-verifiki, entrata fil-kontijiet u fid-disponibbiltà tar-riżorsi proprji nnutati b’riżultat ta’ spezzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni (10)  (11)  (12)

Rata ta’ tnaqqis li għandha tapplika (13)

Ammonti inklużi taħt l-intestatura ‘Total li għandu jitħallas lill-UE’

Informazzjoni oħra (14)

 

 

25 % (mill-1 ta’ Marzu 2021 lil hemm)

20 % (1 ta’ Marzu 2014 - 28 ta’ Frar 2021)

25 % (1 ta’ Marzu 2001 - 28 ta’ Frar 2014)

10 % (qabel it-28 ta’ Frar 2001)

IVA (15)

LE (16)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ voti:

 

ANNESS III

Stat Membru:

Tliet xhur/sena:


(munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Pendenti mit-tliet xhur preċedenti

Stabbilita intitolamenti għat-trimestru kurrenti

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti (l-Artikolu 8) (18)

Ammonti rrekuperabbli li ma jistgħux isiru disponibbli għal raġunijiet ġustifikati (l-Artikolu 13(2)) (20)

Total

(1 + 2 ± 3 – 4)

Ammonti rkuprati għall-baġit tal-UE matul it-trimestru tas-sena kurrenti (21)  (22)

Pendenti fi tmiem il-kwart tas-sena kurrenti il-kwart tas-sena kurrenti

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7) = (5) – (6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta’ antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq iz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

Stima tal-ammonti stabbiliti li għalihom l-irkupru mhuwiex ċert (22)

 


(1)  Inklużi intitolamenti b’riżultat ta’ spezzjonijiet u każijiet ta’ frodi u irregularitajiet.

(2)  Inklużi l-korrezzjonijiet tal-kontabilità.

(3)  Inklużi l-ammonti ddikjarati jew meqjusa bħala irrekuperabbli għal raġunijiet attribwibbli lill-Istati Membri.

(4)  Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti inizjali, b’mod partikolari każijiet ta’ rkupru u ripagament wara l-ikklirjar. Għaz-zokkor, korrezzjonijiet relatati mas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

(5)  Ir-rata ta’ tnaqqis ta’ 25 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli wara t-28 ta’ Frar 2021.

(6)  Ir-rata ta’ tnaqqis ta’ 20 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-28 ta’ Frar 2021.

(7)  Ir-rata ta’ tnaqqis ta’ 25 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli bejn l-1 ta’ Marzu 2001 u t-28 ta’ Frar 2014.

(8)  Ir-rata ta’ tnaqqis ta’ 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli qabel it-28 ta’ Frar 2001.

(9)  L-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 4(6) tat-tielet subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768.

(10)  Ir-referenzi għar-rapporti skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 għandhom jissemmew ukoll f’din il-kolonna.

(11)  Ir-referenzi għall-ittri tal-Kummissjoni u għar-rapporti ta’ spezzjoni għandhom jissemmew ukoll f’din il-kolonna.

(12)  Jekk applikabbli, ir-referenzi speċifiċi segwenti għandhom jissemmew ukoll:

(a)

Ir-referenza OWNRES;

(b)

Referenzi biex ikunu identifikati pagamenti individwali relatati mar-responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri għall-iżbalji amministrattivi;

(c)

Referenzi għad-deċiżjonijiet nazzjonali, kif ukoll inklużi fl-Anness mar-rendikont tal-kont separat (l-Anness IV) f’każijiet fejn l-Istat Membru b’mod awtonomu jqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ma jkunux sodisfati u t-TOR isir disponibbli b’mod volontarju.

(13)  Immarka b’X ir-rata ta’ żamma applikata għall-ammont.

(14)  Inkludi f’din l-intestatura aktar informazzjoni rigward kull ammont imniżżel fl-anness:

(a)

Jekk l-ammont huwa disponibbli separatament mir-rendikont kurrenti ta’ kull xahar u mhux inkluż fit-“total li għandu jithallas fl-UE”, indika hawnhekk id-data ta’ meta jsir disponibbli l-ammont u informazzjoni biex jiġi identifikat l-ammont fir-riskju;

(b)

indika hawnhekk jekk il-pagament hux qed isir taħt riżerva;

(c)

id-data regolari biex dan l-ammont ikun disponibbli.

(15)  Immarka b’X, jekk l-ammont huwa inkluż fir-rendikont ta’ kull xahar.

(16)  Immarka b’X jekk l-ammont sar disponibbli separatament u mhux inkluż f’rendikont preċedenti tal-Anness.

(17)  Il-kont “B” miżmum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, inklużi d-drittijiet stabbiliti b’riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta ’ frodi u irregolaritajiet.

(18)  Il-korrezzjoni tal-istabbilimenti għandha tinftiehem bħala korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta’ verifiki inizjali li ġejjin minn perjodi ta’ kwart ta’ sena preċedenti. Dawn huma differenti fin-natura taghhom minn dawk imniżżlin fil-kolonna (4).

(19)  Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IV li se jintbagħat lura fl-istess żmien ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur. It-total ta’ din il-kolonna (4) u t-total fil-kolonna 2 tal-Anness IV għandu jkun l-istess.

(20)  L-ammont totali għal din il-kolonna għandu jkun l-istess bħall-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont “A” għat-tliet xhur konċernati.

(21)  Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru. Dawn iridu jiddaħħlu fil-kolonna 2 tar-rendikont tal-kont “A” (l-Anness I) u għandhom ukoll jintwerew fil-kolonna 1 tal-Anness IV.

(22)  Obbligatorju għall-aħħar tliet xhur ta’ sena ta’ kull sena. Jekk l-istima tkun żero, għandha tiddaħħal il-kelma “xejn”.


ANNESS II

“ANNESS V

Formola tar-rapport  (1) dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għandha tiġi pprovduta jekk tkun disponibbli u relevanti. L-ammonti kollha għandhom ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru kkonċernat fil-mument tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni.

1.    DATA ĠENERALI

Stat Membru: …

Ir-referenza tar-rapport: …

(il-kodiċi tal-Istat Membru/sena ta’ referenza/numru tas-serje tas-sena ta’ referenza)

Ir-referenza għal formola ta’ informazzjon relatata mibgħuta minn qabel b’mod konformi mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/768: …

Il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta’ referenza għall-formola ta’ informazzjon li ssemmiet qabel:

Il-każ marbut mal-ispezzjoni tal-Unjoni (Iva/Le)

Referenza għal spezzjoni tal-Unjoni relatata: …

Ammont totali irrekuperabbli: …

(Jekk jogħġbok speċifika hawn l-ammont sħiħ irrekuperabbli li jirriżulta mill-istess ċirkostanzi - irregolaritajiet jew frodi li jinvolvu mill-inqas debitur ewlieni komuni wieħed u skoperti bħala riżultat tal-istess clearance jew kontroll ta’ wara r-rilaxx)

L-Awtorità li ddikjarat jew ikkunsidrat l-ammont irrekuperabbli: …

Ir-referenza nazzjonali tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …

(Ara t-tielet kolonna tal-Anness IV)

Id-data tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà: …

Id-data meta l-ammont kellu jkun ikkunsidrat irrekuperabbli: …

2.   DEJN IMĠARRAB

Data jew perjodu li matulu ġġarrab id-dejn: …

Bażi ġuridika għad-dejn imġarrab: …

(Il-bażijiet ġuridiċi li jippreċedu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92  (2) għandhom ikunu indikati billi jintuża l-artikolu rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)

Ir-rappreżentazzjoni indiretta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew prekursuri): (Iva/Le)

Sitwazzjoni doganali: …

(Il-proċedura doganali fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-merkanziji jew it-trattament doganali approvat fil-mument tat-tiġbrib tad-dejn doganali)

Id-dettalji addizzjonali li għandhom ikunu indikati fil-każ ta’ movimenti ta’ tranżitu (għal kull moviment separatament):

Id-data(i) tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali (4): …

L-Istat(i) Membru/i tat-tluq jew tad-dħul fl-Unjoni (Kodiċi ISO): …

L-Istat(i) Membru/i ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ mill-Unjoni (Kodiċi ISO):

MRN (5)(s) tad-dikjarazzjoni(jiet) tat-tranżitu jew tal-operazzjoni(jiet) TIR:

In-numru(i) tal-carnet TIR: …

It-tip ta’ kontroll li wassal għall-istabbiliment tal-intitolament: …

Kontrolli mhux relatati mal-approvazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali: …

Kontrolli waqt l-iżdoganar ta’ dikjarazzjoni doganali inkluż it-teħid ta’ kampjuni:

Kontrolli mwettqa wara l-ikklirjar iżda qabel il-kwittanza tal-proċedura doganali: …

Kontrolli wara r-rilaxx tal-proċedura doganali għall-oġġetti: …

Kontrolli wara l-iżdoganar u rilaxx għall-ċirkolazzjoni ħielsa: …

Id-data(i) tar-rilaxx preżunt tal-proċedura(i) doganali, li għandhom jiġu kkomunikati esklussivament fil-każ ta’ sitwazzjonijiet doganali li jinvolvu arranġamenti sospensivi, skont il-proċeduri speċjali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħal fil-każ ta’ konferma tal-wasla tat-tranżitu frodulenti, inizjalment meqjusa awtentiċi:

Deskrizzjoni konċiża tal-avvenimenti li wasslu għall-istabbiliment tal-intitolament:

(Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom ikunu dejjem indirizzati: Xi skatta l-verifiki jew l-investigazzjonijiet u meta? Meta ntemmu l-verifiki jew l-investigazzjonijiet (agħti d-data tar-rapport)? Liema oġġetti kienu involuti? Agħti dettalji dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom ġie evaż id-dazzju. Il-verifika jew l-investigazzjoni ppermettiet li jsir il-kalkolu ta’ dazji addizzjonali u l-identifikazzjoni tad-debitur(i)? Agħti d-data li fiha d-debituri differenti ġew identifikati u, jekk applikabbli, indika l-partijiet tad-dejn li minħabba fih saru debituri.)

Data meta l-investigazzjoni/l-ispezzjoni doganali/il-kontroll bdew: …

Id-data meta r-rapport ta’ spezzjoni/kontroll doganali kien prodott, li tippermetti li tidentifika d-debitur(i) u l-ammont ta’ dazji addizzjonali…

3.   GĦAJNUNA REĊIPROKA

Il-każ ta’ Għajnuna reċiproka (MA) skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (6) li jinvolvi d-dipartimenti tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Referenza tal-komunikazzjoni tal-AR: …

Data tal-wasla: …

Kummenti (fakultattivi): …

Referenza tal-fajl OLAF (format: LL/ssss/nnnn : …

Referenza tal-Operazzjoni Doganali Konġunta (JCO - Joint Customs Operation)(jekk applikabbli):

Każ relatat mal-Formola ta’ Informazzjoni dwar ir-Riskju (RIF- Risk information Form) jew maż-Żona ta’ Kontroll Prijoritarju Komuni (ŻKPK) (Iva/Le)

Referenza RIF (if applicable): …

Referenza CPCA (jekk applikabbli): …

4.   STABBILIMENT TAL-INTITOLAMENT (l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 (7))

L-uffiċċju ta’ stabbiliment: …

Data tal-istabbiliment: …

Ir-referenza tal-kontabbilità tal-istabbiliment (fakultattiva): …

Id-data ta’ dħul fil-kont B (l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014): …

Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (fakultattiva): …

Entrata fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali sabiex ma tkunx ippreġudikata investigazzjoni kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014)(iva/le)

L-ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti:

(Jekk jogħġbok speċifika hawn l-ammont sħiħ irrekuperabbli li jirriżulta mill-istess ċirkostanzi - irregolaritajiet jew frodi li jinvolvu mill-inqas debitur ewlieni komuni wieħed u skoperti bħala riżultat tal-istess clearance jew kontroll ta’ wara r-rilaxx)

L-ammont ta’ dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping: …

L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping stabbiliti: …

L-ammont stabbilit ta’ levies fuq iz-zokkor: …

L-ammont stabbilit korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (fakultattiv):

L-ammont ta’ korrezzjoni (8) tar-riżorsi proprji tradizzjonali (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali:

L-ammont tal-korrezzjoni stabbilit tad-dazji doganali u agrikoli (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali bl-eċċezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping: …

L-ammont tal-korrezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali: …

L-ammont tal-korrezzjoni marbuta mal-imposti fuq iz-zokkor (żieda jew tnaqqis) imwettqa wara l-istabbiliment inizjali: …

L-ammont korrispondenti tal-korrezzjoni tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (żieda jew tnaqqis) mwettqa wara l-istabbiliment inizjali (fakultattiv): …

Ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li għandhom jiġu rkuprati wara l-korrezzjoni

Ammont totali tas-sigurtà/tal-garanzija (9): …

(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Unjoni u jekk applikabbli, id-dazji nazzjonali. Dan jista’ jkun żero f’każ ta’ eżenzjoni jew f’każ li ma tiġix ippreżentata garanzija. Fil-każ ta’ garanzija komprensiva ta’ inqas minn 100 % tal-ammont ta’ referenza, l-ammont ta’ referenza għandu jkun indikat ukoll)

Il-parti mill-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Unjoni: …

It-tip ta’ garanzija (obbligatorja, fakultattiva, mhux ippjanata): …

Tip ta’ garanzija obbligatorja: …

Spjegazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sigurtà

(Raġuni għaliex ma ġietx ippreżentata garanzija ppjanata, kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 89(4), subparagrafu 3, tar-Regolament (UE) Nru 952/2013,...): …

L-ammont ta’ garanzija disponibbli għall-Unjoni: …

Id-data li fiha l-ammont tal-garanzija sar disponibbli għall-Unjoni: …

5.   PROĊEDURA TA’ RKUPRU

(Jekk ikun hemm diversi debituri għall-istess dejn, din l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull wieħed minnhom)

Kwalità tad-debitur (10): …

Ammont dovut, jekk ikun inqas minn ammont totali stabbilit: …

Data tan-notifika tad-dejn: …

Data(i) ta’ tfakkiriet għall-pagament: …

Stabbiliment soġġett għal proċedura ta’ appell skont it-tifsira tal-Artikolu 243(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew proċedura ta’ remissjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 236, 238 u 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew l-Artikoli 117 sa 120 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (Iva/Le)

Livelli milħuqa fil-proċedura tal-appell/remissjoni: …

Data ta’ meta tressaq l-ewwel appell/remissjoni: …

Id-data tan-notifika tas-sentenza definittiva: …

Kummenti

(Jekk jogħġbok speċifika hawnhekk ukoll, jekk applikabbli, il-perjodi differenti ta’ appell/remissjoni): …

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 222 u 244 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (11) jew l-Artikoli 108(3) u 45 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (Iva/Le)

Id-depożitu ta’ garanzija fil-każ ta’ sospensjoni (Iva/Le)

L-ammont tal-garanzija fil-każ ta’ sospensjoni: …

Ir-raġunijiet għaliex l-ebda garanzija ma ġiet ippreżentata fil-każ ta’ sospensjoni: …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Il-faċilitajiet ta’ pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 229 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ebda talba/talba miċħuda/talba aċċetata)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti dwar faċilitajiet għall-pagament: …

Id-depożitu ta’ garanzija skont ir-regoli dwar il-faċilitajiet ta’ ħlas (Iva/Le)

L-ammont tal-garanzija marbuta mal-faċilitajiet ta’ pagament: …

Ir-raġuni għaliex l-ebda garanzija ma ġiet iddepożitata fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ pagament: …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Data tal-pubblikazzjoni tal-ordni tal-infurzar: …

In-notifika tal-ordni ta’ infurzar (Iva/Le)

Data tan-notifika tal-ordni tal-infurzar: …

Kummenti dwar l-ordni ta’ infurzar (indikazzjoni tal-istrument legali skont il-liġi nazzjonali): …

Data(i) ta’ kwalunkwe pagament(i) (inkluż minn sekwestru u minn proċedimenti ta’ falliment) riċevuti u magħmula disponibbli għall-Unjoni: …

L-ammont(i) korrispondenti ta’ ħlas(ijiet) irċevuti u magħmula disponibbli lill-Unjoni: …

L-ammonti totali mħallsa u magħmula disponibbli: …

Id-data(i) tas-sekwestri: …

Ammont miġbur permezz tas-sekwestru: …

Kummenti dwar l-ordni ta’ sekwestru (fakultattivi): …

Id-data ta’ ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

Id-data tad-dikjarazzjoni tal-kreditu f’dawk il-proċeduri: …

Id-data tal-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

L-ammont tar-riżorsi proprji rkuprati fil-qafas tal-proċedimenti ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza: …

L-assistenza reċiproka għall-irkupru minn Stati Membri oħrajn (id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (12) jew prekursuri) (Iva/Le)

Ir-referenza tal-Assistenza reċiproka għall-irkupru: …

L-Istat Membru kkuntattjat: …

Data tat-talba: …

Ammont irkuprat: …

Data tat-tweġiba: …

Il-kummenti dwar it-tweġiba (b’mod partikolari jekk l-Istat Membru kkuntattjat ikun naqas milli jaġġixxi fuq talba): …

6.   RAĠUNIJIET GĦALIEX L-IRKUPRU KIEN IMPOSSIBBLI GĦALL-AMMONT LI KIEN GĦAD FADAL

(F’din il-parti, l-Istati Membri għandhom jindikaw b’mod ċar pereżempju l-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni konkreti meħuda u r-raġunijiet għaliex fil-każ ta’ proċedura ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza, l-ammont rċevut ma kienx biżżejjed biex ikopri d-dejn jew għaliex ikopri parti biss mid-dejn. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fid-dettall iċ-ċirkostanzi jekk l-entrata fil-kontijiet jew in-notifika ta’ dejn doganali ġew differiti sabiex ma jippreġudikawx investigazzjonijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.)

(L-Istati Membri mhumiex mistennija li jipprovdu informazzjoni li diġà kienu kkomunikaw fil-punti 1 sa 5)

7.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  Imsemmija fl-Artikolu 13(3), it-tieni u t-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Inkluż Carnets TIR.

(5)  L-akronimu internazzjonali għal Numru ta’ Referenza Prinċipali/Numru ta’ Referenza tal-Moviment.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(7)  Dħul fil-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikolu 217(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(8)  Korrezzjoni tal-istabbilimenti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(9)  Garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(10)  Inkluż debituri tar-responsabilità ċivili, rappreżentanti indiretti u garanti.

(11)  Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).”