|
31.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/513
tad-29 ta’ Marzu 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbilixxa u nieda operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Settembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (2), li taħtar il-Komodor Michail MAGKOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Marzu 2022, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kaptan tal-Forza Navali Fabrizio RUTTERI biex jieħu post il-Komodor Michail MAGKOS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ April 2022. Dawk l-awtoritajiet indikaw li l-Kaptan Fabrizio RUTTERI ser jiġi promoss għal Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(5) |
Fis-16 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Taljani. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Fabrizio RUTTERI. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 titħassar. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Fabrizio RUTTERI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ April 2022.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2021) hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2022.
Magħmul f Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1748 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2021) (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 7).