|
30.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/507
tad-29 ta’ Marzu 2022
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta mir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1),
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Frar 2022, l-Irlanda nnotifikat formalment ix-xewqa tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2021/1147. |
|
(2) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147. |
|
(3) |
Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2021/1147 hija kkonfermata.
2. Ir-Regolament (UE) 2021/1147 għandu japplika għall-Irlanda skont din id-Deċiżjoni mis-7 Ta’ Frar 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN