30.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/505

tat-23 ta’ Marzu 2022

dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument C(2022) 1693)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ biċikletti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

Wara li informat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97.

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5).

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/403 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni kienet adottata fit-3 ta’ Marzu 2022.

(7)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(8)

Bejn id-29 ta’ Awwissu 2019 u l-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(9)

Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

(10)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet rispettivi tagħhom ’il quddiem.

2.   L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI

(11)

L-eżami tal-mertu tat-talba mill-Parti elenkata fit-Tabella 1 ġiet konkluża.

Tabella 1

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C527

FIRMA ADAM Adam Ziętek

Muchy 56, 63-524 Czajków, il-Polonja

(12)

Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxi anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha mmuntati mill-parti elenkata fit-Tabella 1.

(13)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ FIRMA ADAM Adam Ziętek jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(14)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-parti elenkata fit-Tabella 1 issodisfat il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talba ’l quddiem. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-parti li qed titlob eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data.

(16)

Il-parti interessata ġiet infurmata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-mertu tat-talba tagħha u ngħatat opportunità biex tikkummenta fuqhom.

(17)

Peress li l-eżenzjoni tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-parti eżentata tinnotifika lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil f’din l-eżenzjoni (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara lil jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar).

(18)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(19)

L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż għal dawn il-partijiet huwa sospiż.

(20)

Billi s-sospensjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar).

(21)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali partijiet.

Tabella 2

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C557

Berria Bike SL

Calle Blasco de Garay 19, 02600 Villarrobledo, Spanja

C559

Northtec sp. z.o.o.

ul. Dworcowa 15a, 43-502 Czechowice-Dziedzice, il-Polonja

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos utca 1, 3200 Gyöngyös, l-Ungerija

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36 3750-870 Borralha/Águeda, il-Portugall

C609

Nextbike GmbH

Erich Zeigner Allee 69-73 04229 Leipzig, il-Ġermanja

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39, 88267 Vogt, il-Ġermanja

4.   AĠĠORNAMENT TA’ REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI JEW SOSPIŻI

(22)

Bejn il-31 ta’ Marzu 2021 u s-7 ta’ Mejju 2021, il-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella 3 nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fir-referenzi tagħhom (ismijiet, forom ġuridiċi u/jew indirizzi). Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni.

(23)

Filwaqt li l-eżenzjoni jew is-sospensjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 5(1) jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

Tabella 3

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-referenza ta’ qabel

Bidla

A168

EGC S.r.l.

Via Fontana 18,

45021 Milano, l-Italja

L-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Corso Ventidue Marzo 32/1

20135 Milano (MI), l-Italja

8085

Oxyprod S.r.l.

Via G. Morone 4

20121 Milano (MI). L-Italja

L-isem u l-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidlu għal:

Decathlon Produzione Italia S.r.l.

Via Buonarroti 39

20145 Milano (MI), l-Italja

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1° Esq.,

3840-453 Vagos, il-Portugall

Il-forma ġuridika u l-indirizz ta’ din il-parti sospiża nbidlu għal:

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36

3750-870 Borralha/Águeda, il-Portugall

5.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI DDIKJARATI INAMMISSIBBLI

(24)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ressqu talbiet għal eżenzjoni li nstab li kienu inammissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, minħabba li ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 4(2).

Tabella 4

Isem

Indirizz

Bicicletas Mendiz S.A.

Zuazobidea 22, (P.I. Jundiz) - 01015 Vitoria-Gasteiz, Spanja

MK Bicycles GmbH

Krugbäckerstrasse 16 - 56424 Mogendorf, il-Ġermanja

Smart Urban Mobility B.V.

Contactweg 26, 1014BH Amsterdam, in-Netherlands

UW Werkmaatschappij B.V.

Postbus 9255, 3506GG Utrecht, in-Netherlands

(25)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom.

(26)

Ma wasal l-ebda kumment mingħand UW Werkmaatschappij B.V. u Smart Urban Mobility B.V. dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(27)

Bicicletas Mendiz SA u MK Bicycles GmbH ikkummentaw billi talbu lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid ir-rifjut fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni u tal-argumenti addizzjonali li pprovdew.

(28)

Il-Kummissjoni, wara li vvalutat b’mod dovut id-dokumenti u l-argumenti rispettivi, ikkonkludiet li s-sottomissjonijiet addizzjonali ma kinux jappoġġaw it-talba biex jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-konklużjonijiet żvelati preċedentement. Għaldaqstant, l-inammissibbiltà tat-talbiet għal eżenzjoni ġiet ikkonfermata.

(29)

Il-partijiet ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment ieħor dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

6.   PARTIJIET LI GĦALIHOM L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA RTIRATA

(30)

Bejn il-25 ta’ Marzu 2021 u t-28 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ġiet innotifikata li ż-żewġ partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 ġew stralċjati u temmew l-attivitajiet tagħhom.

(31)

Sachsenring Bike Manufaktur GmbH ġiet stralċjata u temmet l-attività tagħha fit-12 ta’ Jannar 2021 wara falliment, mentri Cicli Cinzia srl ġiet stralċjata u temmet l-attività tagħha fis-27 ta’ Jannar 2021.

(32)

B’konsegwenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija lil Sachsenring Bike Manufaktur GmbH jenħtieġ li tkun irtirata mit-12 ta’ Jannar 2021 u l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mogħtija lil Cicli Cinzia srl jenħtieġ li tkun irtirata mis-27 ta’ Jannar 2021, f’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(33)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 5 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom.

(34)

L-ebda kumment ma wasal mingħand Sachsenring Bike Manufaktur GmbH dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(35)

Cicli Cinzia srl ikkummentat billi talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni tagħha.

(36)

Il-Kummissjoni, wara li vvalutat b’mod dovut it-talba, ikkonkludiet li ma tressaq l-ebda argument ġdid insostenn ta’ rivalutazzjoni tal-konklużjonijiet żvelati preċedentement. Għaldaqstant, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni ġie kkonfermat u l-parti ġiet informata b’mod xieraq,

Tabella 5

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

8009

Sachsenring Bike Manufaktur GmbH

Kyselhäuser Strasse 23

06526 Sangerhausen, il-Ġermanja

8066

Cicli Cinzia srl

Via Lombardia 48, Osteria Grande

40060 Castel San Pietro Terme, l-Italja

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu hija b’dan eżentata mill-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (9) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba tal-parti ’l quddiem. Din id-data hija mogħtija fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-parti eżentata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz, waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.

Il-parti eżentata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C527

FIRMA ADAM Adam Ziętek

Muchy 56

63-524 Czajków, il-Polonja

29.8.2019

Artikolu 2

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi ’l quddiem. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu, iżda mhumiex limitati, xi bidliet fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C557

Berria Bike SL

Calle Blasco de Garay 19,

02600 Villarrobledo – Spanja

27.7.2020

C559

Northtec sp. z.o.o.

ul. Dworcowa 15a,

43-502 Czechowice-Dziedzice – il-Polonja

27.7.2020

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos utca 1,

3200 Gyöngyös – l-Ungerija

15.7.2020

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36

3750-870 Borralha/Águeda, il-Portugall

25.9.2020

C609

Nextbike GmbH

Erich Zeigner Allee 69-73

04229 Leipzig, il-Ġermanja

25.11.2020

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39,

88267 Vogt, il-Ġermanja

1.7.2021

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati jew sospiżi kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-referenza ta’ qabel

Referenza ġdida

Id-data tad-dħul fis-seħħ

8085

Oxyprod S.r.l.

Via G. Morone 4

20121 Milano (MI), l-Italja

Decathlon Produzione Italia S.r.l.

Via Buonarroti 39

20145 Milano (MI), l-Italja

it-3.6.2015 għall-bdil tal-isem;

l-20.4.2021 għall-bdil tal-indirizz

A168

EGC S.r.l.

Via Fontana 18,

Milano 45021 (MI), l-Italja

EGC S.r.l.

Corso Ventidue Marzo 32/1

20135 Milano (MI), l-Italja

31.3.2021

C492

MOTOKIT Veiculos e Acessórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1° Esq.,

3840-453 Vagos, il-Portugall

MOTOKIT Veiculos e Acessórios Lda

Rua Alto do Vale do Grou 36

3750-870 Borralha/Águeda, il-Portugall

7.5.2021

Artikolu 4

It-talbiet għal eżenzjoni ppreżentati mill-partijiet elenkati fit-Tabella ta’ dan l-Artikolu rispettivament huma inammissibbli u għalhekk miċħuda f’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Dawn ir-rifjuti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Partijiet li għalihom it-talba ta’ eżenzjoni ġiet miċħuda

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

Bicicletas Mendiz SA

Zuazobidea 22, (P.I. Jundiz) - 01015 Vitoria-Gasteiz, Spanja

5.5.2021

MK Bicycles GmbH

Krugbäckerstrasse 16 - 56424 Mogendorf, il-Ġermanja

14.6.2021

Smart Urban Mobility BV

Contactweg 26, 1014BH Amsterdam, in-Netherlands

17.6.2021

UW Werkmaatschappij B.V.

Postbus 9255, 3506GG Utrecht, in-Netherlands

12.11.2021

Artikolu 5

L-awtorizzazzjoni tal-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan irtirata għall-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Dan l-irtirar għandu jidħol fis-seħħ fid-data prevista fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Partijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija rtirata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

8009

Sachsenring Bike Manufaktur GmbH

Kyselhäuser Strasse 23,

06526 Sangerhausen, il-Ġermanja

12.1.2021

8066

Cicli Cinzia srl

Via Lombardia 48, Osteria Grande

40060 Castel San Pietro Terme, l-Italja

27.1.2021

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 5 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)   ĠU L 16, 21.1.2020, p. 7.

(4)   ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(5)   ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74, ĠU L 140, 23.4.2021, p. 1, ĠU L 83, 10.3.2022, p. 39.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/403 tat-3 ta’ Marzu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 83, 10.3.2022, p. 39).

(7)  Il-Parti hija mogħtija l-parir tuża l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(8)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).