25.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/108


DEĊIŻJONI (UE) 2022/485 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/624/UE dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja

(BĊE/2022/11)

Il-KUNSILL GOVERNATTIV tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 122(2) u 132(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 u l-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-depożiti miżmuma mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kif previst fid-Deċiżjoni 2010/624/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/17) (2) għandhom jiġu rremunerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (3), sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti komparabbli madwar l-Eurosistema.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/624/UE (BĊE/2010/17) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 4 tad-Decizjoni 2010/624/UE (BCE/2010/17) huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu rremunerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (*1).

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Marzu 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni 2010/624/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17) (ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).