21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/453

tal-15 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta’ Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni u l-Vatikan (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

(2)

L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim jirrekjedi li l-Vatikan jimplimenta l-atti u r-regoli ġuridiċi tal-Unjoni dwar il-karti u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra; midalji u tokens u rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika. Dawk l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti ġuridiċi u r-regoli l-ġodda rilevanti tal-Unjoni u l-emendi ta’ dawk eżistenti.

(4)

Xi atti legali u regoli tal-Unjoni ma għadhomx rilevanti u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mill-Anness, filwaqt li ġew adottati jew emendati atti legali u regoli rilevanti oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness.

(5)

Għalhekk, l-Anness tal-Ftehim Monetarju jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU C 28, 4.2.2010, p. 13.


ANNESS

“ANNESS

 

Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implimentazzjoni

 

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

 

1

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

 

2

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

3

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2017 (3)

4

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

il-31 ta’ Diċembru 2017 (3)

 

Emendata bi:

 

5

Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43)

il-31 ta’ Marzu 2020 (6)

 

Issupplimentata minn:

 

6

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2017 (5)

 

Emendat bi:

 

7

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1)

il-31 ta’ Marzu 2019 (6)

8

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4)

il-31 ta’ Marzu 2019 (6)

9

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2019 (7)

10

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/855 tas-7 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-inklużjoni tal-Bahamas, il-Barbados, il-Botswana, il-Kambodja, il-Ghana, il-Ġamajka, il-Mauritius, il-Mongolja, il-Myanmar/Burma, in-Nikaragwa, il-Panama u ż-Żimbabwe fit-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tneħħija tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-Etjopja, il-Guyana, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, is-Sri Lanka u t-Tuneżija minn din it-tabella (ĠU L 195, 19.6.2020, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (9)

11

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/37 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tneħħija tal-Mongolja mit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 14, 18.1.2021, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2023 (9)

12

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4)

il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

13

Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6)

il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

14

Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali. (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22)

il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

 

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

 

15

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

fil-31 ta’ Diċembru 2010.

 

Emendat bi:

 

16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

17

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

fil-31 ta’ Diċembru 2010.

 

Emendat bi:

 

18

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

 

19

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

20

Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18)

il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

 

Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

 

21

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

fil-31 ta’ Diċembru 2010.

22

Il-Linja ta’ gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20).

fil-31 ta’ Diċembru 2010.

 

Emendat bi:

 

23

Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

il-31 ta’ Diċembru 2014 (1)

24

Il-Linja Gwida (UE) 2020/2091 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2020/61) (ĠU L 423, 15.12.2020, p. 65)

it-30 ta’ Settembru 2022 (9)

25

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

 

Emendat bi:

 

26

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

il-31 ta’ Diċembru 2013 (1)

27

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 91)

il-31 ta’ Diċembru 2021 (8)

28

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

29

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

il-31 ta’ Diċembru 2013 (1)

30

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

il-31 ta’ Diċembru 2014 (1)

 

Emendat bi:

 

31

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6)

il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

32

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/2090 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, l-speċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2020/60) (ĠU L 423, 15.12.2020, p. 62)

it-30 ta’ Settembru 2022 (9)

33

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2013 (2)


Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju f’konformità mal-ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli relevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet fuq bażi professjonali

 

Il-partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin

Skadenza għall-implimentazzjoni

34

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2016 (11)

 

Emendat bi:

 

35

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

 

36

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

 

37

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

 

38

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

il-31 ta’ Diċembru 2017 (11)

 

Emendata bi:

 

39

Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta’ pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 14)

il-31 ta’ Diċembru 2023 (18)

40

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati kif xieraq

il-31 ta’ Diċembru 2017 (11)

 

Emendat bi:

 

41

Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27)

it-30 ta’ Ġunju 2019 (15)

42

Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1)

il-31 ta’ Marzu 2020 (15)

43

Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4)

il-31 ta’ Diċembru 2020 (16)

44

Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2023 (17)

45

Ir-Regolament (UE) 2020/873 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 204, 26.6.2020, p. 4)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(4) - il-31 ta’ Diċembru 2023) (18)

46

Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 25)

il-31 ta’ Diċembru 2023 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2) u (4) - il-31 ta’ Diċembru 2024) (18)

47

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati kif xieraq

it-30 ta’ Settembru 2018 (13)

 

Emendat bi:

 

48

Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1)

it-30 ta’ Settembru 2018 (14)

49

Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179)

it-30 ta’ Settembru 2018 (13)

 

Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika  (*1)

 

50

Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34)

il-31 ta’ Diċembru 2016 (11)

 

Emendat bi:

 

51

Il-Linja Gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36)

il-31 ta’ Marzu 2017 (13)

52

Il-Linja Gwida (UE) 2020/1553 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2020/51) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 24)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (18)

53

Il-Linja Gwida (UE) 2021/827 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2021/20) (ĠU L 184, 25.5.2021, p. 4)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (18)

54

Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16) (9)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (18)

55

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

il-31 ta’ Diċembru 2016 (11)

 

Emendat bi:

 

56

Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ mgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14)

 

57

Il-Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 1)

il-31 ta’ Diċembru 2022 (18)

”.

(1)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.

(2)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

(3)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

(4)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016.

(5)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017.

(6)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018.

(7)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019.

(8)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2020.

(9)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2021.

(10)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.

(11)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

(12)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

(13)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016.

(14)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017.

(15)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018.

(16)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019.

(17)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2020.

(18)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2021.

(*1)  Kif miftiehem skont il-mudell dwar ir-rappurtar statistiku ssimplifikat