18.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/197


DEĊIŻJONI (UE) 2022/447 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/15/UE li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2022/10)

Il-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-depożiti miżmuma mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kif previst fid-Deċiżjoni 2011/15/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/31) (1) għandhom jiġu rremunerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (2), sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti komparabbli madwar l-Eurosistema.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2011/15/UE (BĊE/2010/31) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/15/UE (BĊE/2010/31) huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Remunerazzjoni

Il-kont ta' flus kontanti ta’ BĊN għandu jiġi rremunerat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (*1).

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Marzu 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni 2011/15/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2010/31) (ĠU L 10, 14.1.2011, p.7).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).