|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/405
tat-3 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-pjanċi tal-kisi u għat-tejps tal-kisi, għall-apparati ta’ illuminazzjoni jew luminarji, għall-aċċessorji elettriċi, għas-sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat, għas-salvaviti, għall-apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju u għal tagħmir ta’ wweldjar reżistenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat, EN IEC 61010-2-034:2021 u l-emenda għalih EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021 għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (3): EN 50520:2009 għall-pjanċi u tejps għall-protezzjoni, EN 60898-2:2006 għas-salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c., EN 61010-2-051:2015 għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid u EN 61010-2-030:2010 għal apparat għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN 50520:2020 u EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 u EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; kif ukoll EN IEC 61010-2-030:2021 u EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021. Abbażi ta’ dik it-talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew ukoll l-istandard armonizzat EN 61010-2-061:2015 għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-061:2021 u l-emenda għalih EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw u kkoreġew ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03): EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006 għall-apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; EN 61534-21:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; EN 61534-22:2014 għal sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat; u EN 62135-1:2015 għal tagħmir ta’ wweldjar reżistenti. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin u ta’ korrezzjoni: EN 60598-2-13:2006/A11:2021; EN 61534-1:2011/A11:2021; EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014/A11:2021; EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014/A11:2021; EN 61534-22:2014/A1:2021; u EN 62135-1:2015/AC:2016. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-034:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021; EN 50520:2020 kif emendat b’EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-061:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-030:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021; EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u EN 60598-2-13:2006/A11:2021 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014, EN 61534-1:2011/A11:2021 u EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014 kif emendat b’EN 61534-21:2014/A11:2021 u EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014 kif emendat b’EN 61534-22:2014/A11:2021 u EN 61534-22:2014/A1:2021; u EN 62135-1:2015 kif ikkoreġut b’EN 62135-1:2015/AC:2016 jissodisfaw l-għanijiet ta’ sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta’ dawk l-istandards, kif ukoll ir-referenzi tal-emendi u tal-korrezzjonijiet għalihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 50520:2009; EN 60898-2:2006; EN 61010-2-051:2015; EN 61010-2-061:2015; EN 61010-2-030:2010; EN 60598-2-13:2006; EN 61534-1:2011; EN 61534-21:2014; EN 61534-22:2014 u EN 62135-1:2015. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. Madankollu, minħabba li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-061:2015 hija ppubblikata fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jeħtieġ li dik ir-referenza titħassar minn dak l-Anness. |
|
(11) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 50520:2020 kif emendat b’EN 50520:2020/A1:2021; EN 60898-2:2021; EN IEC 61010-2-051:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-061:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-030:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021; EN 60598-2-13:2006 kif emendat b’EN 60598-2-13:2006/A1:2012 u EN 60598-2-13:2006/A11:2021 u kif ikkoreġut b’EN 60598-2-13:2006/AC:2006; EN 61534-1:2011 kif emendat b’EN 61534-1:2011/A1:2014, EN 61534-1:2011/A11:2021 u EN 61534-1:2011/A2:2021; EN 61534-21:2014 kif emendat b’EN 61534-21:2014/A11:2021 u EN 61534-21:2014/A1:2021; EN 61534-22:2014 kif emendat b’EN 61534-22:2014/A11:2021 u EN 61534-22:2014/A1:2021 u EN 62135-1:2015 kif ikkoreġut b’EN 62135-1:2015/AC:2016, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 50520:2009; EN 60898-2:2006; EN 61010-2-051:2015; EN 61010-2-061:2015; EN 61010-2-030:2010; EN 60598-2-13:2006; EN 61534-1:2011; EN 61534-21:2014; EN 61534-22:2014 u EN 62135-1:2015. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-għanijiet tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
l-Anness IB huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (b) tal-Artiklu 1 għandu japplika mill-10 ta’ Settembru 2023.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“101. |
EN IEC 61010-2-034:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-034: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir li jkejjel ir-reżistenza tal-iżolament u għal tagħmir tal-ittestjar għall-qawwa elettrika EN IEC 61010-2-034:2021/A11:2021 |
|
102. |
EN 50520:2020 Pjanċi u tejps għall-protezzjoni u twissija dwar il-post fejn jinsabu l-kejbils midfunin jew il-kondjuwits midfunin f’installazzjonijiet taħt l-art EN 50520:2020/A1:2021 |
|
103. |
EN 60898-2:2021 Aċċessorji elettriċi — Salvaviti għall-protezzjoni ta’ kurrenti ogħla min-normal għal installazzjonijiet fid-djar u installazzjonijiet simili — Parti 2: Salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c. |
|
104. |
EN IEC 61010-2-051:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-051: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid EN IEC 61010-2-051:2021/A11:2021 |
|
105. |
EN IEC 61010-2-061:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għall-kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-061: Rekwiżiti partikolari għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika EN IEC 61010-2-061:2021/A11:2021 |
|
106. |
EN IEC 61010-2-030:2021 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-030: Rekwiżiti partikolari għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti EN IEC 61010-2-030:2021/A11:2021 |
|
107. |
EN 60598-2-13:2006 Apparati ta’ illuminazzjoni — Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari — Apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art EN 60598-2-13:2006/A1:2012 EN 60598-2-13:2006/A11:2021 EN 60598-2-13:2006/AC:2006; |
|
108. |
EN 61534-1:2011 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 61534-1:2011/A1:2014 EN 61534-1:2011/A11:2021 EN 61534-1:2011/A2:2021 |
|
109. |
EN 61534-21:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 21: Rekwiżiti partikolari għal sistemi binarju elettrifikat maħsubin għal immuntar ma’ ħitan u soqfa EN 61534-21:2014/A11:2021 EN 61534-21:2014/A1:2021; |
|
110. |
EN 61534-22:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 22: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ binarji elettrifikati maħsubin għal installazzjoni fuq jew taħt il-madum tal-art EN 61534-22:2014/A11:2021 EN 61534-22:2014/A1:2021 |
|
111. |
EN 62135-1:2015 Tagħmir ta’ wweldjar reżistenti — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn, manifattura u installazzjoni EN 62135-1:2015/AC:2016” |
ANNESS II
Ir-ringiela 29 tal-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 titħassar.
ANNESS III
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“96. |
EN 50520:2009 Pjanċi u tejps għall-protezzjoni u twissija ta’ lokazzjoni ta’ kejbils midfunin jew kondjuwits midfunin f’installazzjonijiet taħt l-art |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
97. |
EN 60898-2:2006 Aċċessorji elettriċi — Salvaviti għall-protezzjoni ta’ kurrenti ogħla min-normal għal installazzjoni fid-djar u installazzjonijiet simili — Parti 2: Salvaviti għal operazzjonijiet a.c u d.c. |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
98. |
EN 61010-2-051:2015 Rekwiżiti għas-sigurtà ta’ tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-051: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir tal-laboratorju għat-taħlit u tħawwid |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
99. |
EN 61010-2-030:2010 Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-030: Rekwiżiti partikolari għall-ittestjar u kejl ta’ ċirkuwiti |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
100. |
EN 60598-2-13:2006 Apparati ta’ illuminazzjoni — Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari — Apparati ta’ illuminazzjoni mdaħħlin ’il ġewwa fl-art EN 60598-2-13:2006/A1:2012 EN 60598-2-13:2006/AC:2006 |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
101. |
EN 61534-1:2011 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali EN 61534-1:2011/A1:2014 |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
102. |
EN 61534-21:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 21: Rekwiżiti partikolari għal sistemi binarju elettrifikat maħsubin għal immuntar ma’ ħitan u soqfa |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
103. |
EN 61534-22:2014 Sistemi ta’ provvista ta’ binarju elettrifikat — Parti 22: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ binarji elettrifikati maħsubin għal installazzjoni fuq jew taħt il-madum tal-art |
L-10 ta’ Settembru 2023 |
|
104. |
EN 62135-1:2015 Tagħmir ta’ wweldjar reżistenti — Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn, manifattura u installazzjoni |
L-10 ta’ Settembru 2023”. |