8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/387

tat-3 ta’ Marzu 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 9, 10, 13, 39, 46, 51, 53, 55, 63, 78, 79, 90, 107, 108, 109, 116, 117, 121, 125, 141, 142, 148, 149, 152, 154, 155, 160, 161, 162 u 163, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar it-tajers bl-istuds, fir-rigward tal-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi elettriċi, fir-rigward tal-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5, fir-rigward tal-proposta għall-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ emenda 4 tal-GTR Nru 3 tan-NU, u fir-rigward tal-proposta għall-awtorizzazzjoni biex jiġi żviluppat Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (id-WP.29 tan-NU/KEE) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU, għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (GTRs tan-NU) u għar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal Regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u Riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NU/KEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

(5)

Fil-186 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn it-8 u l-11 ta’ Marzu 2022, id-WP.29 tan-NU/KEE għandu l-intenzjoni li jadotta l-proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 9, 10, 13, 39, 46, 51, 53, 55, 63, 78, 79, 90, 107, 108, 109, 116, 117, 121, 125, 141, 142, 148, 149, 152, 154, 155, 160, 161, 162 u 163, il-proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar it-tajers bl-istuds, il-proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi elettriċi u l-proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5. Barra minn hekk, id-WP.29 tan-NU/KEE għandu l-intenzjoni li jadotta l-proposta għall-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata emenda 4 tal-GTR tan-NU Nru 3 dwar is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi u l-proposta għall-awtorizzazzjoni biex jiġi żviluppat GTR ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 tan-NU/KEE, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, minħabba li r-Regolamenti tan-NU ser jorbtu lill-Unjoni u, flimkien mal-GTRs tan-NU u mar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(7)

Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, hemm bżonn li r-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti Nri 0, 9, 10, 13, 39, 46, 51, 53, 55, 63, 78, 79, 90, 107, 108, 109, 116, 117, 121, 125, 141, 142, 148, 149, 152, 154, 155, 160, 161, 162 u 163 tan-NU jiġu emendati, korretti, jew issupplimentati.

(8)

Sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku u sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-vetturi u titnaqqas l-impronta ambjentali, hemm bżonn li jiġu adottati Regolament ġdid tan-NU dwar it-tajers bl-istuds u GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi elettriċi.

(9)

Barra minn hekk, hemm bżonn li ċerti dispożizzjonijiet fir-Riżoluzzjoni R.E.5 tan-NU dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl jiġu emendati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-186 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li ser issir bejn it-8 u l-11 ta’ Marzu 2022 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DARMANIN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS

Regolament Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument (1)

0

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 0 tan-NU (IWTVA) ECE/TRANS/WP.29/1161, para. 64, abbażi ta’ WP.29-185-10

ECE/TRANS/WP.29/2022/2

9

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 9 tan-NU (L-istorbju mill-vetturi bi tliet roti) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/23 kif emendat permezz ta’ GRBP-74-43

ECE/TRANS/WP.29/2022/3

10

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 10 tan-NU (Il-kompatibbiltà elettromanjetika) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/10 kif emendat permezz ta’ GRE-85-06)

ECE/TRANS/WP.29/2022/33

13

Proposta għas-serje 12 ġdida ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 91, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/25

ECE/TRANS/WP.29/2022/12

39

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 39 tan-NU (L-ispidometru u l-Odometru) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 56, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/20/Rev.1)

ECE/TRANS/WP.29/2022/21

46

Proposta għas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 46 tan-NU (L-apparat għall-viżjoni indiretta) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/101, para. 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/18 kif emendat permezz ta’ GRSG-122-08

ECE/TRANS/WP.29/2022/52

51

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (L-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 5, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/22 u para. 5 tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/4

53

Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 53 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 37, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/23 kif emendat permezz ta’ GRE-85-27

ECE/TRANS/WP.29/2022/34

53

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 53 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 37, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/23 kif emendat permezz ta’ GRE-85-27)

ECE/TRANS/WP.29/2022/35

53

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 53 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 37, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/23 kif emendat permezz ta’ GRE-85-27)

ECE/TRANS/WP.29/2022/36

55

Proposta għar-Rettifika 2 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 55 tan-NU (L-akkoppjamenti mekkaniċi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 58, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/21)

ECE/TRANS/WP.29/2022/39

55

Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 55 tan-NU (L-akkoppjamenti mekkaniċi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 58, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/21)

ECE/TRANS/WP.29/2022/40

63

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 63 tan-NU (L-emissjonijiet tal-ħoss tal-mopeds) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/24

ECE/TRANS/WP.29/2022/5

78

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/26 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-22 (L-Anness V tar-rapport) u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/27

ECE/TRANS/WP.29/2022/13

78

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/26 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-22 (L-Anness V tar-rapport) u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/27

ECE/TRANS/WP.29/2022/48

78

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 78 tan-NU (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/26 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-22 (L-Anness V tar-rapport) u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/27

ECE/TRANS/WP.29/2022/49

79

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (It-tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 72, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/8 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-17 (L-Anness III tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2022/14

79

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (It-tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 72, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/8 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-17 (L-Anness III tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2022/15

79

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (It-tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 72, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/8 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-17 (L-Anness III tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2022/16

90

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 90 tan-NU (Il-parts ta' sostituzzjoni tal-brejkijiet) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 101, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/28

ECE/TRANS/WP.29/2022/17

107

Proposta għas-serje 10 ta’ emendi għar-Regolament Nru 107 tan-NU (Il-vetturi M2 u M3) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 7, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/17 kif emendat permezz ta’ GRSG-122-05

ECE/TRANS/WP.29/2022/53

108

Proposta għas-Suppliment 6 għar-Regolament tan-NU Nru 108 (It-tajers b’wiċċ ġdid għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/15 kif emendat bl-Anness III tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/6

109

Proposta għas-Suppliment 11 għar-Regolament Nru 109 tan-NU (It-tajers b’wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/18 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/16 kif emendat bl-Anness IV tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/7

116

Proposta għas-Suppliment 9 għall-verżjoni oriġinali għar-Regolament tan-NU Nru 116 (Is-sistemi ta’ allarm u ta’ kontra s-serq) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para.71, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/27

ECE/TRANS/WP.29/2022/50

117

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 21, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/17 kif emendat permezz ta’ GRBP-74-31-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2022/8

121

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 121 tan-NU (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, l-indikaturi operatorji u l-indikaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 90, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/30)

ECE/TRANS/WP.29/2022/22

125

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Il-Kamp Viżiv fuq Quddiem tas-Sewwieq) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 97, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2020/11)

ECE/TRANS/WP.29/2022/23

125

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Il-Kamp Viżiv fuq Quddiem tas-Sewwieq) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 99, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/31)

ECE/TRANS/WP.29/2022/24

141

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 141 tan-NU (Is-sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/19 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/20, kif emendat permezz ta’ GRBP-74-37

ECE/TRANS/WP.29/2022/9

142

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 142 tan-NU (L-installazzjoni tat-tajers) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/21

ECE/TRANS/WP.29/2022/10

148

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 148 tan-NU (L-apparat għas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/11 kif emendat permezz ta’ GRE-85-11)

ECE/TRANS/WP.29/2022/37

149

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (L-apparat għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/12)

ECE/TRANS/WP.29/2022/38

152

Proposta għas-Suppliment 5 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 152 tan-NU (L-AEBS għall-M1 u l-N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 78, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/22 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-40 (L-Anness IV tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2022/18, WP.29-186-05

152

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 152 tan-NU (L-AEBS għall-M1 u l-N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 78, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/22 kif emendat permezz ta’ GRVA-11-40 (L-Anness IV tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2022/19, WP.29-186-05

152

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 152 (L-AEBS għal M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 78 u 80, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/22 kif emendati permezz ta’ GRVA-11–40 (L-Anness IV tar-rapport) u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/23

ECE/TRANS/WP.29/2022/20, WP.29-186-05

154

Proposta għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 154 tan-NU (Il-proċedura internazzjonali ta’ testijiet għall-vetturi ħfief (WLTP)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/84, para. 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/21 kif emendat bl-Addendum 2 tar-rapport.)

ECE/TRANS/WP.29/2022/41/Rev.1

154

Proposta għas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 154 tan-NU (Il-proċedura internazzjonali ta’ testijiet għall-vetturi ħfief (WLTP)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/84, para. 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/22 kif emendat permezz tal-Addendum 3 tar-rapport.)

ECE/TRANS/WP.29/2022/42/Rev.1

155

Proposta għas-Suppliment 1 għar-Regolament tan-NU Nru 155 (Iċ-Ċibersigurtà u s-Sistema ta’ Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 45, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/2)

ECE/TRANS/WP.29/2022/54

160

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 160 tan-NU (Ir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 109, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/33, kif emendat permezz ta’ GRSG-122-36)

ECE/TRANS/WP.29/2022/25/Rev.1

160

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 160 tan-NU (Ir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 109, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/34, kif emendat permezz ta’ GRSG-122-37)

ECE/TRANS/WP.29/2022/26

161

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 161 tan-NU (L-apparat għall-protezzjoni kontra użu mhux awtorizzat) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 76, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/24, kif emendat bi GRSG-122-13)

ECE/TRANS/WP.29/2022/27

161

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 161 tan-NU (L-apparat għall-protezzjoni kontra użu mhux awtorizzat) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 78, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/28)

ECE/TRANS/WP.29/2022/28

162

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 162 tan-NU (L-immobilizzaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 82, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/25, kif emendat bi GRSG-122-13)

ECE/TRANS/WP.29/2022/29

162

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 162 tan-NU (L-immobilizzaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 82, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/29)

ECE/TRANS/WP.29/2022/30

163

Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 163 tan-NU (Is-sistemi ta’ allarm tal-vetturi) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/101, para. 86, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/26

ECE/TRANS/WP.29/2022/51

Regolament Ġdid [164]

Proposta għal Regolament ġdid [164] tan-NU dwar tajers bl-istuds ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/5/Rev.1 kif emendat minn GRBP-74–32

ECE/TRANS/WP.29/2022/43


Regolament Tekniku Globali Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

GTR ġdid

Proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi elettrifikati (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/84, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/18, kif emendata bl-Addendum 1

ECE/TRANS/WP.29/2022/45

Proposta għal rapport finali dwar l-istatus dwar l-iżvilupp ta’ Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar id-Durabbiltà tal-Batteriji fil-Vetturi Elettrifikati (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/84, para. 10, abbażi ta’ GRPE-84-02 kif emendat bl-Anness IV)

ECE/TRANS/WP.29/2022/46


Mixxellanja

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

Riżoluzzjoni Konsolidata

Proposta għall-emenda 8 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl (R.E.5) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, para. 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/24)

ECE/TRANS/WP.29/2022/44

Awtorizzazzjoni

Talba għal awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata l-emenda 4 għall-GTR Nru 3 tan-NU (Is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2022/47

Awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ GTR ġdid tan-NU dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/59

Dokument ta’ interpretazzjoni

Dokument ta’ interpretazzjoni għar-Regolament tan-NU Nru 155: Proposta għal emendi ta’ ECE/TRANS/WP.29/2021/59 (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/11, para. 45, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/21)

ECE/TRANS/WP.29/2022/55


(1)  Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: https://unece.org/info/Transport/Vehicle-Regulations/events/363011