|
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/356
tat-2 ta' Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
|
(2) |
Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna, inkluż mit-territorju tal-Belarussja. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Permezz tal-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b'mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa wkoll l-involviment tal-Belarussja f'dik l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u appellalha biex toqgħod lura minn tali azzjoni u biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha. Huwa appella għat-tħejjija u l-adozzjoni urġenti ta' pakkett ta' sanzjonijiet individwali u ekonomiċi ulterjuri li jkopri wkoll lill-Belarussja. |
|
(4) |
Bil-ħsieb tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b'rispons għall-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġi emendat it-titlu tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u biex jiġu introdotti miżuri restrittivi oħra. |
|
(5) |
B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti użati għall-produzzjoni jew il-manifattura ta' prodotti tat-tabakk, fjuwils minerali, sustanzi bituminużi u prodotti tal-idrokarbur gassuż, prodotti tal-klorur tal-potassju ("potash"), prodotti tal-injam, prodotti tas-siment, prodotti tal-ħadid u tal-azzar u prodotti tal-gomma. Huwa xieraq ukoll li jiġu imposti aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u fuq l-għoti ta' servizzi relatati, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta' ċerti oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp militari, teknoloġiku, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Belarussja, flimkien ma' restrizzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi relatati. |
|
(6) |
Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati. |
|
(7) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna"; |
|
(2) |
L-Artikolu 2c huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2c 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2b ta’ din id-Deċiżjoni, il-bejgħ dirett jew indirett, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija kollha b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja minn nazzjonali tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew li jużaw bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn jekk tali oġġetti jew teknoloġija joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jiġi pprojbit:
3. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu, u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni. 4. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:
5. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew tali assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti b'konformità ma' kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022. 6. L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. 7. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:
8. L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li hija tkun tat skont il-paragrafi 4 u 5 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni. 9. Il-pajjiżi sħab kif imsemmija fil-punti 4(f) u (g) ta’ dan l-Artikolu u fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 2d(4), u li japplikaw miżuri ta' kontroll tal-esportazzjoni sostanzjalment ekwivalenti, huma elenkati fl-Anness IV. (*1) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021. p. 1).";" |
|
(3) |
L-Artikolu 2d huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2d 1. Għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti u t-teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja. 2. Għandu jiġi pprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni. 4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tiddetermina li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:
5. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti taħt kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022. 6. L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. 7. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:
8. L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tkun tat skont il-paragrafi 4 u 5 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni. 9. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu."; |
|
(4) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 2d: "Artikolu 2da 1. Fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II, permezz ta' deroga mill-Artikolu 2c(1) u (2) u mill-Artikolu 2d(1) u (2), u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza biss il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u l-oġġetti u teknoloġija imsemmijin fl-Artikolu 2d, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu:
2. L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. 3. L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tkun tat skont il-paragrafu 1 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni."; |
|
(5) |
l-Artikolu 2e huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 2f huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 2g huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 2i, il-paragrafu 4 jitħassar; |
|
(9) |
fl-Artikolu 2j, il-paragrafu 3 jitħassar; |
|
(10) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 2o 1. Għandhom jiġu pprojbiti:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu. Artikolu 2p 1. Għandhom jiġu pprojbiti:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu. Artikolu 2q 1. Għandhom jiġu pprojbiti:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu. Artikolu 2r 1. Għandhom jiġu pprojbiti:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu. Artikolu 2s 1. Għandhom jiġu pprojbiti:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju msemmi fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 4. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li jkunu koperti minn dan l-Artikolu."; |
|
(11) |
l-Annessi għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
ANNESS
|
(1) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej: "ANNESS II LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2d Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja |
|
(2) |
jinżdied l-Anness li ġej: "ANNESS IV LISTA TA' PAJJIŻI SĦAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2C(9)".
|