25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/327
tal-25 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill Ewropew appella lir-Russja biex tassumi bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħha fl-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta’ Minsk bħala l-kondizzjoni ewlenija għal kwalunkwe bidla sostanzjali fil-pożizzjoni tal-Unjoni. Huwa enfasizza l-ħtieġa għal rispons sod u koordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għal kwalunkwe attività malizzjuża, illegali u ta’ tfixkil mir-Russja, bl-użu sħiħ tal-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, u l-iżgurar ta’ koordinazzjoni mas-sħab. Għal dak il-għan, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) biex jippreżentaw opzjonijiet għal miżuri restrittivi addizzjonali, inkluż sanzjonijiet ekonomiċi. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti li r-Russja tnaqqas it-tensjoni kkawżata miż-żieda fil-preżenza militari tul il-fruntiera tagħha mal-Ukrajna u r-retorika aggressiva tagħha. Huwa tenna l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Filwaqt li jinkoraġġixxi sforzi diplomatiċi u jappoġġa l-format tan-Normandija fil-kisba tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill Ewropew iddikjara li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri kontra l-Ukrajna jkollha konsegwenzi enormi u gravi bħala rispons, inkluż miżuri restrittivi koordinati mas-sħab. |
(4) |
Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kunsill approva konklużjonijiet li fihom ikkundanna l-azzjonijiet aggressivi u t-theddid kontinwi tar-Russja kontra l-Ukrajna, u appella lir-Russja biex tnaqqas it-tensjoni, tirrispetta d-dritt internazzjonali u timpenja ruħha b’mod kostruttiv fi djalogu permezz tal-mekkaniżmi internazzjonali stabbiliti. Il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-Unjoni għall-prinċipji ewlenin li fuqhom hija mibnija s-sigurtà Ewropea, minquxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u d-dokumenti kostituttivi tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, inkluż l-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Karta ta’ Pariġi. Dawn il-prinċipji fundamentali jinkludu, b’mod partikolari, l-ugwaljanza sovrana u l-integrità territorjali tal-Istati, l-invjolabbiltà tal-fruntieri, l-astensjoni mit-theddida jew l-użu tal-forza, u l-libertà tal-Istati li jagħżlu jew jibdlu l-arranġamenti tas-sigurtà tagħhom stess. Il-Kunsill iddikjara li dawk il-prinċipji la huma negozjabbli u lanqas soġġetti għal reviżjoni jew interpretazzjoni mill-ġdid u li l-ksur tagħhom mir-Russja huwa ostaklu għal spazju ta’ sigurtà komuni u indiviżibbli fl-Ewropa u jhedded il-paċi u l-istabbiltà fil-kontinent Ewropew. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill tenna li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri mir-Russja kontra l-Ukrajna jkollha konsegwenzi enormi u kost kbir, inkluż firxa wiesgħa ta’ miżuri restrittivi settorjali u individwali li jiġu adottati f’koordinazzjoni mas-sħab. |
(5) |
Fid-19 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tesprimi tħassib dwar l-akkumulazzjoni massiva tal-forzi armati Russi fl-Ukrajna u madwarha, u ħeġġet lir-Russja biex tinvolvi ruħha fi djalogu sinifikattiv u diplomazija, iżżomm lura u tnaqqas it-tensjoni billi tirtira sostanzjalment il-forzi militari mill-viċinanza tal-fruntieri tal-Ukrajna. |
(6) |
Fil-21 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ffirma digriet li jirrikonoxxi l-“indipendenza u s-sovranità” taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk, u ordna lill-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni. |
(7) |
Fit-22 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna dak l-att illegali, li jkompli jdgħajjef is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u huwa ksur serju tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali, inkluż il-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Ħelsinki, il-Karta ta’ Pariġi u l-Memorandum ta’ Budapest, kif ukoll tal-Ftehimiet ta’ Minsk u tar-Riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Ir-Rappreżentant Għoli ħeġġeġ lir-Russja, bħala parti fil-konflitt, biex treġġa’ lura dak ir-rikonoxximent, tonora l-impenji tagħha, tirrispetta d-dritt internazzjonali u terġa’ lura għad-diskussjonijiet fil-format tan-Normandija u l-Grupp ta’ Kuntatt Trilaterali. Huwa ħabbar li l-Unjoni ser twieġeb għal dan l-aħħar ksur mir-Russja billi tadotta miżuri restrittivi addizzjonali b’urġenza. |
(8) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(9) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bl-aktar termini ħorox possibbli l-invażjoni mhux provokata tal-Ukranja mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u l-involviment tal-Belarussja fl-agressjoni kontra l-Ukranja. Ir-Rappreżentant Għoli indika li r-risposta tal-Unjoni ser tinkludi miżuri restrittivi kemm settorjali kif ukoll individwali. |
(10) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’risposta tal-azzjonijiet tar-Russja li jistabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukranja, huwa xieraq li jiddaħħlu aktar miżuri restrittivi relatati mas-setturi tal-finanzi, tad-difiża, tal-enerġija, tal-avjazzjoni u tal-ispazju. |
(11) |
Ir-restrizzjonijiet finanzjarji attwali, b’mod partikolari dawk dwar l-aċċess għas-swieq kapitali minn ċertu entitajiet Russi ser jiġu estiżi. L-elenkar u l-forniment ta’ servizzi fir-rigward ta’ ishma ta’ entitajiet statali Russi f’ċentri tan-negozjar tal-Unjoni għandu jiġi pprojbit ukoll. Huwa meħtieġ ukoll li jiddaħħlu miżuri ġodda li jillimitaw b’mod sinifikanti l-influssi finanzjarji mir-Russja lejn l-Unjoni billi tiġi pprojbita l-aċċettazzjoni ta’ depożiti li jaqbżu ċertu valuri mingħand nazzjonali jew residenti Russi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ klijenti Russi mid-depożitarji ċentrali tat-titoli tal-Unjoni kif ukoll il-bejgħ ta’ titoli ddenominati f’euro lil klijenti Russi. |
(12) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu imposti aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti u teknoloġija b’użu doppju u fuq il-forniment ta’ servizzi relatati, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ teknoloġiku tar-Russja fis-settur tad-difiża u tas-sigurtà tagħha, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ servizzi relatati. Huma previsti eżenzjonijiet limitati fir-rigward ta’ tali restrizzjonijiet għal finijiet leġittimi u predeterminati biss. |
(13) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn ir-Russja ta’ prodotti u teknoloġiji speċifiċi għall-użu fir-raffinar taż-żejt, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ servizzi relatati. |
(14) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li tiddaħħal projbizzjoni fuq l-esportazzjoni li tkopri prodotti u teknoloġija adattati għall-użu fl-avjazzjoni u fl-industrija spazjali, kif ukoll jiġi pprojbit il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u ta’ manutenzjoni fir-rigward ta’ dawk il-prodotti u t-teknoloġija. Jenħtieġ li jiġi pprojbit ukoll il-forniment ta’ assistenza teknika u servizzi relatati oħra kif ukoll il-finanzjament u l-assistenza finanzjarja fir-rigward tal-prodotti u t-teknoloġija soġġetti għal din il-projbizzjoni. |
(15) |
Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati. |
(16) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew assistenza fil-ħruġ ta’ bonds, ekwità jew strumenti finanzjarji simili, jew kull negozjar ieħor fihom, b’maturità li taqbeż id-90 jum, maħruġa wara l-1 ta’ Awwissu 2014 sat-12 ta’ Settembru 2014, jew b’maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta’ Settembru 2014 sat-12 ta’ April 2022 jew kwalunkwe titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 minn:
2. Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament, jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew assistenza fil-ħruġ, jew li b’xi mod ieħor jiġu nnegozjati titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 minn:
3. Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew assistenza fil-ħruġ ta’, jew li b’xi mod ieħor jiġu nnegozjati titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus b’maturità li taqbeż it-30 jum, maħruġa wara t-12 ta’ Settembru 2014 sat-12 ta’ April 2022 jew kwalunkwe titolu trasferibbli u strument tas-suq tal-flus maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 minn:
4. Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew assistenza fil-ħruġ ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 minn:
5. Għandu jkun ipprojbit li jiġu elenkati u pprovduti servizzi mit-12 ta’ April 2022 f’ċentri tan-negozjar irreġistrati jew rikonoxxuti fl-Unjoni għat-titoli trasferibbli ta’ kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja u b’aktar minn 50 % sjieda pubblika. 6. Għandu jkun ipprojbit li direttament jew indirettament issir jew tkun parti minn kwalunkwe arranġament li jsir:
Il-projbizzjoni ma tapplikax għal:
7. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 6 ma għandhiex tapplika għal użu ta’ kreditu disponibbli jew ħlasijiet magħmulin skont kuntratt konkluż qabel is-26 ta’ Frar 2022, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
It-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu ta’ kreditu disponibbli u żborżi msemmijin fil-punt (a) jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tul tal-perijodu tar-rimborż għal kull użu ta’ kreditu disponibbli jew żborż, ir-rata ta’ imgħax applikata jew il-metodu tal-kalkolu tar-rata ta’ imgħax, u l-ammont massimu.”; |
(2) |
l-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 1a: “Artikolu 1b 1. Għandu jkun ipprojbit li jiġi aċċettat kwalunkwe depożitu minn nazzjonali Russi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja, jekk il-valur totali tad-depożiti tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għal kull istituzzjoni ta’ kreditu jaqbeż EUR 100 000. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nazzjonali ta’ Stat Membru jew persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal depożiti li huma meħtieġa għal kummerċ transfruntier mhux ipprojbit fi prodotti u servizzi bejn l-Unjoni u r-Russja. 4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu hija:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. 5. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu hija:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 1c 1. Għandu jkun ipprojbit li depożitorji tat-titoli ċentrali tal-Unjoni jipprovdu kwalunkwe servizz kif definit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għal titoli trasferibbli maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 lil kwalunkwe ċittadin Russu jew persuna fiżika li tirrisjedi fir-Russja jew kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja. 2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal persuni fiżiċi li huma nazzjonali ta’ Stat Membru jew li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru. Artikolu 1d 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ ta’ titoli trasferibbli denominati f’euro maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 jew unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv li jipprovdu skopertura għal tali titoli, lil kwalunkwe nazzjonal Russu jew persuna fiżika li tirrisjedi fir-Russja jew kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nazzjonali ta’ Stat Membru jew persuni fiżiċi li għandhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;" |
(3) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Il-bejgħ dirett jew indirett, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u t-teknoloġija kollha b’użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja minn nazzjonali tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew li jużaw bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandu jkun projbit irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jiġi pprojbit:
3. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew għall-forniment relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g) ta’ dan il-paragrafu, fid-dikjarazzjoni doganali l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f’dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbiliment tal-esportatur dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum mid-data meta sseħħ l-ewwel esportazzjoni. 4. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jkunu ddeterminaw li tali prodotti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma:
5. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija b’użu doppju jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jkunu ddeterminaw li tali prodotti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti b’konformità ma’ kuntratti konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, dment li l-awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022. 6. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha. 7. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar talbiet għall-awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk kemm-il darba jkollhom raġunijiet validi biex jaħsbu li:
8. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni li jkunu taw skont il-paragrafi 4 u 5 jekk iqisu li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Deċiżjoni. 9. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-pajjiżi sħab imsemmija f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 3a u 3c.”; (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni) (ĠU L 206, 11.6.2021. p. 1)." |
(4) |
L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-prodotti u t-teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tar-Russja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja. 2. Għandu jiġi pprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-forniment relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:
Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g) hawn fuq, fid-dikjarazzjoni doganali l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f’dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbiliment tal-esportatur dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum mid-data meta sseħħ l-ewwel esportazzjoni. 4. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jiddeterminaw li tali prodotti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma:
5. Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li jkunu ddeterminaw li tali prodotti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti b’konformità ma’ kuntratti konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, dment li l-awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022. 6. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha. 7. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar talbiet għall-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 4 u 5, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk kemm-il darba jkollhom raġunijiet validi biex jaħsbu li:
8. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni, li jkunu taw skont il-paragrafi 4 u 5 jekk iqisu li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Deċiżjoni. 9. Il-pajjiżi sħab kif imsemmija f’dan l-Artikolu u fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 3a(4), u li japplikaw miżuri restrittivi sostanzjalment ekwivalenti, huma inklużi fl-Anness VII. |
(5) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 3a: “Artikolu 3b 1. Fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness IV, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 3 u 3a, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija b’użu doppju u l-prodotti u teknoloġija imsemmijin fl-Artikolu 3a, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata wara li jkunu ddeterminaw:
2. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni li jkunu taw skont il-paragrafu 1 jekk iqisu li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
(6) |
l-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 4a: “Artikolu 4b 1. Għandu jkun ipprojbit li jingħataw finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja għall-kummerċ jew għall-investiment fir-Russja. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:
Artikolu 4c 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ prodotti u teknoloġija adattati għall-użu fir-raffinar taż-żejt, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fir-Russja jew għall-użu fir-Russja. 2. Għandu jiġi pprojbit li:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sas-27 ta’ Mejju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li jkunu ddeterminaw li tali prodotti jew teknoloġija jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent. F’każijiet debitament ġustifikati ta’ emerġenza, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni jistgħu jipproċedu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm l-esportatur jinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jkunu saru l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, filwaqt li jagħti dettalji dwar il-ġustifikazzjoni rilevanti għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. 5. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu. Artikolu 4d 1. Għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, tal-prodotti u t-teknoloġija adattati għall-użu fl-avjazzjoni jew fl-industrija spazjali, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp Russu jew għall-użu fir-Russja. 2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, direttament jew indirettament, fir-rigward ta’ prodotti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja. 3. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom: reviżjoni, tiswija, spezzjoni, sostituzzjoni, modifika jew rettifika ta’ difett ta’ inġenju tal-ajru jew komponent, bl-eċċezzjoni ta’ spezzjoni ta’ qabel it-titjira, fir-rigward tal-prodotti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja. 4. Għandu jiġi pprojbit li:
5. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sat-28 ta’ Marzu 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 6. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”; |
(7) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk dawn isiru minn:
2. F’kull proċediment għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat il-fatt li l-ilqugħ tat-talba ma jkunx ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna li tkun qed titlob l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni. 3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità li ma jintlaħqux l-obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.”; |
(8) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja jew intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 4d, inkluż billi jaġixxu bħala sostitut għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet jew billi jaġixxu għall-benefiċċju tagħhom billi jużaw l-eċċezzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.”; |
(9) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8a 1. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari għat-tħejjija u l-emendar ta’ din id-Deċiżjoni u l-Annessi tagħha. 2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma ddeżinjati bħala “kontrolluri” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), fir-rigward tal-attivitajiet ta’ pproċessar meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.” (*3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).;" |
(10) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika l-31 ta’ Lulju 2022. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux”. |
(11) |
l-Annessi huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
ANNESS
(1) |
It-titolu tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) |
(2) |
It-titolu tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS II Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) |
(3) |
It-titolu tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS III Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1(3)(b) |
(4) |
L-Anness IV għad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IV Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3(7), 3a(7) u 3b(1)
Communication center of the Ministry of Defense
|
(5) |
Jiżdiedu l-Anness li ġejjin: “ANNESS V Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)
ANNESS VI Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1(4)(a)
ANNESS VII Lista ta’ pajjiżi sħab imsemmija fl-Artikolu 3(9) L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA |