24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/68 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/288
tat-22 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ kenn tar-rescEU u l-modifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet tat-Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza tat-Tip 3
(notifikata bid-dokument C(2022) 963)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1)(g) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tistabbilixxi l-qafas legali tar-rescEU. Ir-rescEU hija riżerva ta’ kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni li għandha l-għan li tipprovdi assistenza f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza partikolari fejn il-kapaċitajiet eżistenti ġenerali fil-livell nazzjonali u dawk impenjati mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma jkunux jistgħu jiżguraw rispons effettiv għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ddeterminati billi jitqiesu r-riskji identifikati u dawk emerġenti, il-kapaċitajiet ġenerali u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni. Hemm erba’ oqsma li fuqhom jenħtieġ li r-rescEU tiffoka b’mod partikolari, jiġifieri t-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (chemical, biological, radiological and nuclear, “CBRN”), ir-rispons mediku ta’ emerġenza, kif ukoll it-trasport u l-loġistika. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 (2) tistabbilixxi l-kompożizzjoni inizjali tar-rescEU f’termini ta’ kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità tagħha. S’issa, ir-riżerva tar-rescEU tikkonsisti f’kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru, timijiet mediċi ta’ emerġenza, il-ħażna ta’ tagħmir mediku jew tagħmir protettiv personali (“kapaċitajiet ta’ ħażna medika”), jew it-tnejn li huma, kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN u kapaċitajiet ta’ ħażna CBRN. |
(4) |
Analiżi tar-riskji identifikati u emerġenti kif ukoll tal-kapaċitajiet u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni tiżvela l-ħtieġa għal kapaċitajiet ta’ kenn temporanju. |
(5) |
Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni kwalitattivi u kwantitattivi fil-kapaċitajiet ta’ kenn ġiet identifikata f’diversi operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”) matul dawn l-aħħar snin, u kienet riflessa fl-“Evaluation Study of Definitions, Gaps and Cost of Response Capacities for the Union Civil Protection Mechanism” (3) (Studju ta’ Evalwazzjoni ta’ Definizzjonijiet, Lakuni u l-Kost ta’ Kapaċitajiet ta’ Rispons għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili) tal-2019. Barra minn hekk, l-esperjenza operazzjonali mit-terremoti li laqtu lill-Kroazja f’Marzu 2020 u f’Diċembru 2020 ikkonfermat il-lakuna għal kapaċitajiet ta’ kenn minkejja operazzjonijiet ta’ rispons fil-pront fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni li fihom ipparteċipaw diversi Stati Membri. |
(6) |
L-għan ewlieni tal-kapaċità ta’ kenn temporanju tar-rescEU, meta tiġi skjerata matul operazzjoni ta’ rispons fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, huwa li tipprovdi kenn temporanju lill-popolazzjonijiet affettwati, li jinkludi spazju għall-akkomodazzjoni, għall-iġjene u s-sanità, għas-servizzi mediċi bażiċi u għal-laqgħat soċjali. |
(7) |
Jenħtieġ li l-kapaċità ta’ kenn temporanju tar-rescEU tikkonsisti f’riżerva fiżika ta’ assi ta’ kwalità għolja għal rispons rapidu jew riżerva virtwali ta’ assi modifikabbli li jistgħu jiġu skjerati f’fażi sussegwenti meta meħtieġa għal operazzjonijiet ta’ rispons fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jew it-tnejn li huma. |
(8) |
Skont l-Artikolu 12(4) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet ta’ rispons li jiffurmaw parti mir-rescEU għandhom jiġu definiti f’konsultazzjoni mal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-istandards minimi għal kapaċitajiet ta’ kenn temporanju jkunu bbażati fuq l-istandards ta’ kenn fil-kapitlu “Shelter and Settlement” (Kenn u Insedjament) tal-iSphere Handbook (Il-Manwal Sphere) (4). |
(9) |
Jenħtieġ li l-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju jiġu stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, f’konformità mal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3d tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. |
(10) |
Sabiex tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-iżvilupp ta’ dawn il-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju, f’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jenħtieġ li l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti billi jitqiesu l-kategoriji stipulati fl-Anness Ia ta’ din id-Deċiżjoni. |
(11) |
L-inizjattiva tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) reċentement irrevediet l-istandards (5) għall-kapaċitajiet tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment). Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ kwalità għal dan it-tip ta’ Tim Mediku ta’ Emerġenza tar-rescEU jiġu mmodifikati kif xieraq. |
(12) |
Ir-riflessjonijiet fuq it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 komplew juru l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà u modularità tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tar-rescEU. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rescEU jinkludi kapaċitajiet tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tat-tip 2 (Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza) ikkomplementati minn servizzi ta’ kura speċjalizzata, f’konformità mal-istandards tal-inizjattiva tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO. |
(13) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 tiġi emendata kif xieraq. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1a huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3a Il-kostijiet eliġibbli tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru tar-rescEU, tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2 u tat-tip 3, tal-ħażna medika, tad-dekontaminazzjoni CBRN, tal-kapaċitajiet ta’ ħażna CBRN u tal-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness Ia tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost eliġibbli totali tal-kapaċitajiet tar-rescEU.” |
(4) |
fl-Artikolu 3e, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Il-kapaċitajiet tar-rescEU msemmija fl-Artikolu 2(2)(c) sa (i) għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. 4. Meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fl-Artikolu 2(2)(c) sa (i) jiġu skjerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 23(4b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”; |
(5) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Janez LENARČIČ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41).
(3) https://ec.europa.eu/echo/system/files/2020-01/capacities_study_final_report_public.pdf
(4) Ara “Sphere Handbook: Humanitarian Charter and Minimum Standards in Humanitarian Response” (Il-Manwal Sphere: Karta Umanitarja u Standards Minimi fir-Rispons Umanitarju), ir-raba’ edizzjoni, Ġinevra, l-Iżvizzera, 2018.
(5) Ara “Classification and minimum standards for emergency medical teams” (Klassifikazzjoni u standards minimi għat-timijiet mediċi ta’ emerġenza), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2021.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-Taqsima 5 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
Tiżdied it-Taqsima 9 li ġejja:
|
(1) Il-kapaċità ta’ kenn għandha tikkonforma mal-istandards minimi ta’ kenn tal-kapitolu “Shelter and Settlement” (Kenn u Insedjament) tal-“[i]Sphere Handbook: Humanitarian Charter and Minimum Standards in Humanitarian Response” (Il-Manwal Sphere: Karta Umanitarja u Standards Minimi fir-Rispons Umanitarju). Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni vulnerabbli.
(2) Għall-finijiet tal-loġistika tal-faċilitajiet tal-ħażna, “fl-Unjoni” tinkludi t-territorji tal-Istati Membri u tal-Istati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili.”