24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/285

tat-22 ta’ Frar 2022

li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika ta’ Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Malti,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Joseph CORDINA u s-Sur Paul FARRUGIA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni kien ilu vakanti mis-26 ta’ Jannar 2020.

(5)

Il-Gvern Malti ppropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Paul FARRUGIA, Reġjun Port – President, u s-Sur Mark GRECH, Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar – Kunsillier Lokali.

(6)

Il-Gvern Malti ppropona wkoll lis-Sur Stephen SULTANA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Kunsill Lokali Santa Venera – Sindku, bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, fir-rigward tas-siġġu vakanti msemmi hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Paul FARRUGIA, Reġjun Port – President (bidla fil-mandat),

Is-Sur Mark GRECH, Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar – Kunsillier Lokali,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Stephen SULTANA, Kunsill Lokali Santa Venera – Sindku.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).