7.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/162
tal-4 ta’ Frar 2022
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, il-verifika u r-rapportar dwar it-tnaqqis fil-konsum ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiksbu t-tali tnaqqis
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu miżuri biex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness ta’ dik id-Direttiva (“prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss”). Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika ta’ dak it-tnaqqis fil-konsum. |
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi wkoll obbligu fuq l-Istati Membri li jirrapportaw, lill-Kummissjoni, id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkunu tqiegħdu fis-suq kull sena u informazzjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum ta’ tali prodotti, inkluż rapport ta’ verifika tal-kwalità. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format għal dak ir-rapportar. |
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2019/904 tagħti lill-Istati Membri marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jiddeċiedu liema miżuri għandhom jadottaw sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija bl-addoċċ, u għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
(4) |
Il-kejl tat-tnaqqis fil-konsum abbażi tal-piż tal-kontenut tal-plastik fi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq huwa metodu ta’ kejl xieraq billi jirrifletti l-impatt ambjentali tat-tali prodotti f’termini ta’ tniġġis ambjentali mill-iskart tal-plastik. Dak il-metodu jqis ukoll il-metodi ta’ kejl u l-formati tar-rapportar għall-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (2) li huma bbażati fuq il-piż u l-materjal. |
(5) |
Il-kejl tat-tnaqqis fil-konsum abbażi tan-numru ta’ oġġetti ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq huwa wkoll metodoloġija xierqa biex jiġi mmonitorjat l-impatt, fil-livell tal-prodott, tat-tnaqqis tal-konsum fuq il-prevenzjoni tal-iskart u għalhekk it-tnaqqis potenzjali tat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent. |
(6) |
Meta jitqies il-marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri permezz tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/904, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-għażla bejn il-kalkolu tat-tnaqqis tal-konsum abbażi jew tal-piż totali tal-plastik li jinsab fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq jew tan-numru tat-tali prodotti mqiegħda fis-suq. Peress li ż-żewġ metodoloġiji jipprovdu data xierqa għall-monitoraġġ tax-xejriet u l-impatt tal-miżuri meħuda fuq il-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart kif ukoll fuq is-sostituzzjoni tal-prodotti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla li jagħżlu minn dawk iż-żewġ metodoloġiji l-metodoloġija li hija kompatibbli mal-politiki u l-miżuri tagħhom għat-tnaqqis tal-konsum meħuda skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/904. |
(7) |
Meta f’ċertu Stat Membru, l-għadd jew il-piż ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ma jkunx rappreżentattiv għall-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’dak l-Istat Membru minħabba movimenti sinifikanti fi ħdan l-Unjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-livell bl-ingrossa, l-Istat Membru jenħtieġ li jitħalla jaġġusta l-piż jew in-numru sabiex iqis dawn il-movimenti. |
(8) |
Meta Stat Membru jagħżel li japplika l-metodoloġija bbażata fuq il-piż, jenħtieġ li huwa jirrapporta wkoll id-data dwar il-piż totali ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss magħmula parzjalment mill-plastik li tqiegħdu fis-suq, peress li t-tali informazzjoni tikkontribwixxi għall-komparabbiltà tad-data u tagħmilha possibbli li tinkiseb ħarsa ġenerali usa’ tal-impatt tar-rekwiżit tat-tnaqqis tal-konsum stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/904. |
(9) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħarsa ġenerali tal-Kummissjoni lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904, il-format tar-rapportar jenħtieġ li jkun fih lista indikattiva ta’ kategoriji differenti ta’ tali miżuri. Madankollu, l-Istati Membri huma mitluba jirrapportaw il-miżuri kollha meħuda anke jekk ma jkunux imsemmija b’mod espliċitu fil-lista indikattiva. |
(10) |
Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-verifika tad-data, il-format tar-rapportar jenħtieġ li jiżgura li jiġu identifikati l-parametri kollha rilevanti għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għar-rapportar tad-data dwar it-tali prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq u għar-rapportar tal-miżuri meħuda biex jinkiseb it-tnaqqis tal-konsum, u jenħtieġ li tiġi stabbilita l-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis tal-konsum. |
(11) |
Il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904, u l-formati għar-rapportar tad-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva, huma marbuta mill-qrib minħabba s-suġġett tagħhom. Għalhekk ikun xieraq li jiġi adottat dan l-att abbażi ta’ dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli dwar il-kalkolu, il-verifika u r-rapportar tat-tnaqqis tal-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dawk ir-regoli. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss
1. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw it-tnaqqis fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss abbażi ta’ wieħed mill-parametri li ġejjin:
(a) |
il-piż totali ta’ plastik fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja; |
(b) |
In-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw it-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja skont il-formuli stabbiliti fl-Anness I.
3. Meta jkun hemm esportazzjonijiet jew importazzjonijiet jew movimenti oħra sinifikanti fl-Unjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss qabel ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur jew tal-utent finali, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-piż jew in-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex jitqiesu dawn il-movimenti.
Artikolu 2
Rapportar tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq imsemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/904, kif ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, fil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità fir-rigward tad-data u l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu fil-format stabbilit fl-Anness IV.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm, fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità, l-Istat Membru ma jkunx ipprovda rikjesta ġustifikata biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.
5. Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw reġistri elettroniċi biex jiġbru u jirrapportaw id-data lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/665 tas-17 ta’ April 2019 (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 26).
(3) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS I
Formuli għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss
Għal tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“tazzi għax-xorb”):
Għal kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“kontenituri tal-ikel”):
fejn:
CfB tfisser tazzi tax-xorb;
FC tfisser kontenituri tal-ikel;
ConRed tfisser tnaqqis fil-konsum fi Stat Membru għal kull sena kalendarja;
PoMCfB tfisser:
(a) |
il-piż totali tal-plastik (tunnellati) li jinsab fit-tazzi tax-xorb imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum, jew |
(b) |
l-għadd totali ta’ tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn tiġi applikata l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum; |
PoMFC tfisser
(i) |
il-piż totali tal-plastik (tunnellati) li jinsab f’kontenituri tal-ikel imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum, jew |
(ii) |
l-għadd totali ta’ kontenituri tal-ikel mqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum; |
t2022 tfisser is-sena ta’ referenza li hija s-sena kalendarja 2022
t tfisser is-sena ta’ referenza (is-sena li għaliha tinġabar u tiġi rrapportata d-data).
ANNESS II
Format għar-rapportar tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq
|
Piż tal-plastik (1) (tunnellati) |
Piż totali (2) (tunnellati) |
Prodotti (3) (eluf ta’ unitajiet) |
Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt(1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula kompletament mill-plastik |
|
|
|
Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-parti A, il-punt(2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula kompletament mill-plastik |
|
|
|
Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula parzjalment mill-plastik |
|
|
|
Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula parzjalment mill-plastik |
|
|
|
(1) Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b).
(2) Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b).
(3) Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a).
ANNESS III
Format għar-rapportar tal-informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum
1. Miżuri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum tat-tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (SUP CfB)
Miżuri għat-tnaqqis tal-konsum |
Speċifikazzjoni tal-miżura (subkategoriji) |
Deskrizzjoni kwantitattiva/kwalitattiva tal-miżura |
Dħul fis-seħħ tal-miżura |
Natura ġuridika tal-miżura (volontarja/obbligatorja) |
Kopertura tal-miżura (lokali, reġjonali, nazzjonali jew oħrajn) |
Il-grupp fil-mira tal-miżura (produtturi, importaturi, bejjiegħa, konsumaturi) |
||||||||||||
Miri kwantitattivi |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP CfB (inkluż plastik CfB li jista’ jerġa’ jintuża) |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Strumenti ekonomiċi |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904 |
|
|
|
|
|
Is-settur ikkonċernat u l-ammont ta’ atturi li jissottoskrivu għall-ftehimiet |
||||||||||||
Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni [iffukati fuq SUP CfB] |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
Miżuri oħrajn |
Jekk jogħġbok speċifika |
|
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
|
2. Miżuri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum ta’ kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 (SUP FC)
Miżura għat-tnaqqis tal-konsum |
Speċifikazzjoni tal-miżura (subkategoriji) |
Deskrizzjoni kwantitattiva/kwalitattiva tal-miżura |
Dħul fis-seħħ tal-miżura |
Natura ġuridika tal-miżura (volontarja/obbligatorja) |
Kopertura tal-miżura (lokali, reġjonali, nazzjonali jew oħrajn) |
Il-grupp fil-mira tal-miżura (produtturi, importaturi, bejjiegħa, konsumaturi) |
||||||||||
Mira kwantitattiva |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP FC (inkluż plastik li jista’ jerġa’ jintuża) |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Strumenti ekonomiċi |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904 |
|
|
|
|
|
Is-settur ikkonċernat u l-ammont ta’ atturi li jissottoskrivu għall-ftehimiet |
||||||||||
Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni [iffukati fuq SUP FC] |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Miżuri oħrajn |
Jekk jogħġbok speċifika |
|
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
|
ANNESS IV
Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità:
1. Informazzjoni ġenerali
1.1. |
L-Istat Membru: |
1.2. |
Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni: |
1.3. |
Persuna ta’ kuntatt / dettalji ta’ kuntatt: |
1.4. |
Sena ta’ referenza: |
1.5. |
Data tal-konsenja / verżjoni: |
1.6 |
Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm): |
2. Deskrizzjoni tal-partijiet involuti fil-ġbir tad-data:
Isem l-istituzzjoni |
Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin |
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ. |
3. Deskrizzjoni tal-metodi użati.
a. Sorsi ta’ data għall-kalkolu tad-data dwar tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru
Sorsi tad-data |
Sors tad-data użat (iva/le) |
Deskrizzjoni tal-metodi applikati |
Sehem mid-data totali |
Data mill-iskemi ta’ rifużjoni tad-depożitu |
|
|
|
Data tal-iskema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR). Data mill-produtturi, jew minn organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ EPR f’isimhom |
|
|
|
Data mir-reġistri ċentrali dwar tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq |
|
|
|
Data mill-muniċipalitajiet |
|
|
|
Stħarriġ |
|
|
|
Reġistru elettroniku |
|
|
|
Rapportar amministrattiv |
|
|
|
Statistika tal-produzzjoni — kodiċijiet nazzjonali |
|
|
|
Statistika tat-taxxa |
|
|
|
Statistika tal-industrija |
|
|
|
Sorsi oħrajn (speċifika) |
|
|
|
b. Sorsi ta’ data għall-kalkolu tad-data dwar il-kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru.
Sorsi tad-data |
Sors tad-data użat (iva/le) |
Deskrizzjoni tal-metodi applikati |
Sehem mid-data totali |
Data mill-iskemi ta’ rifużjoni tad-depożitu |
|
|
|
Data tal-iskema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR). Data mill-produtturi, jew minn organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ EPR f’isimhom |
|
|
|
Data mir-reġistri ċentrali dwar il-kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq |
|
|
|
Data mill-muniċipalitajiet |
|
|
|
Stħarriġ |
|
|
|
Analiżi tal-kompożizzjoni |
|
|
|
Reġistru elettroniku |
|
|
|
Rapportar amministrattiv |
|
|
|
Statistika tal-produzzjoni — kodiċijiet nazzjonali |
|
|
|
Statistika tat-taxxa |
|
|
|
Statistika tal-industrija |
|
|
|
Sorsi oħrajn (speċifika) |
|
|
|
c. Meta d-data tiġi rrapportata abbażi tal-piż bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), jekk jogħġbok indika jekk intużatx stima għall-piż tal-plastik li jinsab fi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru, u għall-piż totali tat-tali prodotti, fejn il-ġbir tad-data ma jkoprix is-suq kollu. Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-piż miżjud tal-plastik f’% tal-piż totali rrapporat
Kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati |
Deskrizzjoni tal-metodi applikati biex jiġu ddeterminati l-istimi (5) |
% |
|
Opportunisti (1) |
|
|
|
Movimenti privati fi ħdan l-Unjoni, importazzjonijiet/esportazzjonijiet (2) |
|
|
|
Bejgħ online (3) |
|
|
|
Regoli de-minimis (4) |
|
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
|
d. Meta d-data tiġi rrapportata abbażi tan-numru ta’ prodotti bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), jekk jogħġbok indika jekk intużatx stima tan-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru, fejn il-ġbir tad-data ma jkoprix is-suq kollu. Jekk iva, jekk jogħġbok indika n-numru miżjud ta’ prodotti f’% tan-numru totali rrapporat
Kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati |
Deskrizzjoni tal-metodi applikati biex jiġu ddeterminati l-istimi (5) |
% |
Opportunisti (5) |
|
|
Movimenti privati intra-UE, importazzjonijiet/esportazzjonijiet (6) |
|
|
Bejgħ online (7) |
|
|
Regoli de-minimis (8) |
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
4. Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data
a. Verifika tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru
Proċeduri ta’ verifika u ta’ kontroll |
Applikat għad-data rilevanti kollha dwar |
Kummenti addizzjonali, jekk rilevanti |
|
Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le) |
Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le) |
||
Verifiki tal-kompletezza tad-data |
|
|
|
Kontroverifiki |
|
|
|
Verifiki tas-serje kronoloġika |
|
|
|
Verifiki tal-awditi |
|
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
|
b. Deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru
Fatturi li jistgħu jaffettwaw l-affidabbiltà [akkuratezza] tad-data |
Fatturi rilevanti għal kwalunkwe data dwar |
Deskrizzjoni ta’ kif tiġi affettwata l-akkuratezza tad-data u liema metodi jiġu applikati biex jiġi minimizzat impatt bħal dan |
|
Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le) |
Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le) |
||
Erruri tal-kampjunar (9) (eż. koeffiċjenti tal-varjazzjoni) |
|
|
|
Erruri tal-kopertura (10) (eż. regoli de minimis, kopertura reġjonali) |
|
|
|
Erruri tal-kejl (11) |
|
|
|
Strumenti tat-test għall-ġbir tad-data (12) (eż. kwestjonarji) |
|
|
|
Erruri tal-ipproċessar (13) |
|
|
|
Erruri marbuta ma’ nuqqas ta’ tweġib (14) |
|
|
|
Erruri fl-għażla tal-mudell (15) |
|
|
|
Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) |
|
|
|
|
c. Spjegazzjoni tal-ambitu u l-validità tal-istħarriġ biex tinġabar data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru
Żid ir ringieli skont kif meħtieġ. |
d. Differenzi mid-data rrapportata għas-snin ta' rapportar preċedenti
Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu tal-kalkolu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk huwiex meħtieġ break-flag għal sena speċifika).
Żid ir ringieli skont kif meħtieġ. |
e. Meta l-piż tal-plastik li jinsab fi u l-piż totali ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiegħdu fis-suq ta’ Stat Membru jew in-numru tat-tali prodotti mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru jkun żdied b’aktar minn 10 % meta mqabbel mas-sena ta’ rapportar preċedenti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dawk id-differenzi.
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq |
Varjazzjoni (%) |
Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni |
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
5. Kunfidenzjalità
Ġustifikazzjoni biex ma jiġux ippubblikati partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità skont l-Artikolu 2(4) u lista tal-partijiet li huma mitluba biex jinżammu.
Żid ir ringieli skont kif meħtieġ. |
6. Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin
Jekk jogħġbok ipprovdi l-isem u url tas-siti, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet ewlenin relatati ma’ dan il-ġbir ta’ data.
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
(1) Opportunist huwa produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss iżda ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet tal-EPR tiegħu b’mod individwali jew kollettiv ma’ produtturi oħra.
(2) Movimenti fi ħdan l-Unjoni u importazzjonijiet/esportazzjonijiet ta’ prodotti wara li jkunu nbiegħu lill-utenti aħħarija.
(3) Id-data dwar it-tqegħid fis-suq għandha tinkludi l-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.
(4) Regoli de-minimis applikati għar-rapportar dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.
(5) Opportunist huwa produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss iżda ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet tal-EPR tiegħu b’mod individwali jew kollettiv ma’ produtturi oħra.
(6) Movimenti fi ħdan l-Unjoni u importazzjonijiet/esportazzjonijiet ta’ prodotti wara li jkunu nbiegħu lill-utenti aħħarija.
(7) Id-data dwar it-tqegħid fis-suq għandha tinkludi l-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.
(8) Regoli de-minimis applikati għar-rapportar dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.
(9) Iddeskrivi l-koeffiċjenti stmati tal-varjazzjoni u l-metodoloġiji applikati għall-istima tal-varjanza.
(10) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri tal-kopertura.
(11) Iddeskrivi l-istrumenti biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali u jiġu evitati l-erruri.
(12) Iddeskrivi l-istrumenti u l-metodoloġiji applikati biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-istrumenti għall-ġbir tad-data.
(13) Iddeskrivi l-passi tal-ipproċessar bejn il-ġbir tad-data u l-produzzjoni tal-istatistika u elenka l-erruri tal-ipproċessar identifikati u l-firxa tagħhom.
(14) Iddeskrivi r-rati ta’ nuqqas ta’ tweġib għall-varjabbli ewlenin u l-metodi ta’ imputazzjoni (jekk hemm).
(15) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri fl-għażla tal-mudell.