|
(2)
|
L-entrati li ġejjin huma miżjuda fil-lista li tinsab taħt l-intestatura “B. Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a, paragrafu 1":
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
"1.
|
DIAW, Malick
|
Post tat-twelid: Ségou
Data tat-twelid: 2 ta' Diċembru 1979
Nazzjonalità: Mali
Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13/08/2018
Ġeneru: raġel
Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni), Kurunell
Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO
|
Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné.
Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.
Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-Tranżazzjoni, bħala l-President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020.
Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.
L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni.
Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.
|
4.2.2022
|
|
2.
|
WAGUÉ, Ismaël
|
Post tat-twelid: Bamako
Data tat-twelid: 2. 3. 1975
Nazzjonalità: Mali
Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023
Ġeneru: raġel
Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur
Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO
|
Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u Malick Diaw.
Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (CNSP).
Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.
Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021, huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), u għalhekk ukoll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni.
L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni.
Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali.
|
4.2.2022
|
|
3.
|
MAÏGA, Choguel
|
Post tat-twelid: Tabango, Gao, il-Mali
Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1958
Nazzjonalità: Mali
Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa
Ġeneru: raġel
Pożizzjoni: Prim Ministru
Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO
|
Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021.
Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-"Assises nationales de la refondation" (ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.
Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin.
L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż il-Prim Ministru Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.
|
4.2.2022
|
|
4.
|
MAÏGA, Ibrahim Ikassa
|
Post tat-twelid: Tondibi, reġjun ta' Gao, il-Mali
Data tat-twelid: 05. 2. 1971
Nazzjonalità: Mali
Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali
Ġeneru: raġel
Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni
Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO
|
Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita.
Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-"Assises nationales de la Refondation" (ANR), imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maiga.
Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.
Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin.
L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.
|
4.2.2022
|
|
5.
|
DIARRA, Adama Ben
Magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau
|
Post tat-twelid: Kati, il-Mali
Nazzjonalità: Mali
Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa
Ġeneru: raġel
Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-Tranżizzjoni)
Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO
|
Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021.
Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.
Adama Ben Diarra kien qed jippromwovi u jappoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-Tranżizzjoni waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-"Assises nationales de la Refondation" (ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali.
Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, dawn l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.
|
4.2.2022”
|
|
|
|
|
Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk it-Tranżizzjoni tkun tista' tibqa' fil-poter għal aktar minn ħames snin.
L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.
Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.
|
|
|