2.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/142

tal-31 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741 fir-rigward tar-rapportar dwar il-volum tal-produzzjoni u li tikkoreġi dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni

(notifikata bid-dokument C(2022) 451)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 (2) tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tar-rapportar annwali tad-data dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti fl-arja, fl-ilma u fl-art u dwar it-trasferimenti tal-iskart barra mis-sit.

(2)

Mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741 jirriżulta li l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw data dwar il-volum tal-produzzjoni għal kull faċilità kkonċernata fir-rigward tas-setturi fejn il-Kummissjoni tkun stabbiliet unitajiet u metriċi għar-rapportar.

(3)

Sabiex tittejjeb l-effettività tar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (E-PRTR) bħala sors komprensiv ta’ informazzjoni ambjentali u l-użu ta’ data rrapportata għall-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni ambjentali tal-faċilitajiet industrijali, hemm bżonn ta’ rapportar obbligatorju dwar il-volum tal-produzzjoni għal kull faċilità kkonċernata u, konsegwentement, li jiġu stabbiliti l-unitajiet u l-metriċi li għandhom jintużaw għal tali rapportar u li jiġi stabbilit f’aktar dettall il-format għar-rapportar dwar il-volum tal-produzzjoni.

(4)

Huwa xieraq li jingħata żmien biżżejjed lill-operaturi tal-faċilitajiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu r-rapportar tal-volum tal-produzzjoni skont il-format il-ġdid. Għalhekk, ir-rekwiżit li tiġi rrapportata tali data jenħtieġ li japplika mis-sena ta’ rapportar 2023.

(5)

In-noti (9) u (10) tat-tabella fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741 jirreferu għan-nota (7) tat-tabella ta’ dak l-Anness, li tikkonċerna n-natura obbligatorja u d-data tal-applikazzjoni tar-rapportar dwar il-volum tal-produzzjoni, filwaqt li kellhom jirreferu għan-nota (8) tat-tabella ta’ dak l-Anness, li tikkonċerna l-pubblikazzjoni ta’ punti ta’ data individwali.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741 jenħtieġ li tiġi emendata u kkoreġuta skont dan.

(7)

Dawn l-isforzi ser jikkontribwixxu għad-dimensjoni ta’ prospettiva u ta’ tbassir tal-Qafas ta’ Monitoraġġ ta’ Tniġġis Żero fl-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija” (3), u b’hekk jgħinu biex jiġu antiċipati l-isfidi ta’ politika u jiġu identifikati l-aktar soluzzjonijiet effettivi u preventivi.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741

L-Artikolu 1, it-tielet subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-informazzjoni amministrattiva stabbilita fit-taqsimiet 1 sa 4 tal-Anness għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara. B’deroga, l-Informazzjoni Amministrattiva stabbilita fl-oqsma 2.12, 2.13 u 2.14 għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara.”

L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1741

Fl-Anness, fit-test tan-noti f’qiegħ il-paġna (9) u (10) tat-tabella, “Nru 7” hija sostitwita b’ “Nru 8”.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 tat-23 ta’ Settembru 2019 li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 3).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM/2021/400 final).


ANNESS

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(1)

Wara t-titolu, jiddaħħal it-test li ġej:

“Parti 1

Informazzjoni amministrattiva u tematika ”;

(2)

It-test tan-nota (7) tat-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)

Fakultattiv għas-snin ta’ rapportar 2019, 2020, 2021 u 2022. Mis-sena ta’ rapportar 2023, il-volum tal-produzzjoni ta’ kull faċilità għandu jiġi rrapportat skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti 2.

(3)

Tiżdied il-Parti 2 li ġejja:

“Parti 2

L-istabbiliment tal-unitajiet u l-metriċi li għandhom jiġu rrapportati mill-Istati Membritaħt il-qasam 2.12 “Volum tal-produzzjoni”

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“tunnellati ta’ prodotti/materjal estratt” tfisser, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-piż tal-metrika ddikjarata, inkluż kwalunkwe kontenut ta’ ndewwa inerenti tal-prodotti jew tal-materjal estratt, iżda eskluż kwalunkwe imballaġġ/konteniment tal-prodott;

(2)

“tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt” tfisser il-produzzjoni ta’ faċilità espressa bħala l-ammont ta’ enerġija rilaxxata billi tinħaraq tunnellata ta’ żejt mhux maħdum, fejn jitqies li l-kontenut ta’ enerġija ta’ tunnellata ta’ żejt mhux maħdum huwa ta’ 42 gigajoules;

(3)

“gigajoules ta’ output ta’ enerġija utli” tfisser l-enerġija effettivament ikkonvertita f’elettriku jew fi sħana espressa f’gigajoules u servuta lill-grilja jew lill-utent finali;

(4)

“tunnellati ta’ skart li jidħol” tfisser il-piż tal-iskart kollu li jidħol, fi żmien sena kalendarja, f’faċilità li jkompli jiġi ttrattat fl-attività ddefinita ta’ rkupru jew rimi mwettqa mill-istess faċilità u li jeskludi l-kwantitajiet ta’ skart trasferiti lejn faċilitajiet oħra mingħajr trattament;

(5)

“metri kubi tal-ilma mormi li jidħol” tfisser il-volum ta’ ilma li jidħol fl-operazzjonijiet ta’ trattament tal-faċilità tat-trattament tal-ilma mormi rilevanti;

(6)

“tunnellati ta’ solvent organiku” tfisser il-piż tal-ammont totali ta’ solventi kkunsmati fl-operazzjonijiet imwettqa fil-faċilità;

(7)

“tunnellati ta’ żebgħa użata u/jew imneħħija” tfisser il-piż taż-żebgħa kkunsmata, l-aħjar stima taż-żebgħa mneħħija, jew, meta jitwettqu attivitajiet ta’ żebgħa u tneħħija ta’ żebgħa fl-istess faċilità, is-somma tat-tnejn;

(8)

Numru ta’ unitajiet ta’ bhejjem (LSU)” tfisser ir-rati ta’ konverżjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1); l-unitajiet ta’ bhejjem għall-annimali li mhumiex koperti b’mod espliċitu minn dan ir-Regolament għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika eż. brojlers 0.007 LSU, nagħma 0.350 LSU.

2.   Regoli ġenerali

(a)

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, id-data dwar il-volum tal-produzzjoni għandha tkopri l-outputs vijabbli totali minn faċilità u għandha tinkludi s-somma tal-outputs kollha matul is-sena li jinbiegħu, jinħażnu fuq il-post, u jintużaw fuq il-post għal aktar ipproċessar. Is-somma tal-outputs li jkunu mħassra, irrifjutati jew mhux skont l-ispeċifikazzjoni għandha tiġi eskluża.

(b)

Il-qasam tal-volum tal-produzzjoni 2.12 tal-Parti 1 għandu multipliċità ta’ “minn wieħed sa ħafna”. Ir-rapportar dwar il-volum tal-produzzjoni għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-faċilità u li jiġu rrapportati lir-Reġistru tal-UE dwar Siti Industrijali (2) b’referenza għall-faċilità rilevanti. Ir-rappurtar għandu jkopri mill-inqas attività waħda.

(c)

Fejn possibbli, id-data dwar il-volum tal-produzzjoni għandha tiġi rrapportata f’konformità mal-metodoloġija Prodcom għall-istatistika nazzjonali dwar il-produzzjoni ta’ oġġetti manifatturati u skont il-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3)

(d)

Id-data li ġejja għandha tiġi rrapportata taħt il-qasam 2.12 tal-Parti 1:

(i)

il-kwantità espressa fl-unità/metrika stabbilita fil-punt 3;

(ii)

kummenti (fakultattivi):

3.   Unitajiet u metriċi

Attività

Unità/metrika

1.

Settur tal-Enerġija

1(a)

Raffineriji ta’ żejt minerali u gass

Tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt

1(b)

Installazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u likwefazzjoni

Tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt

1(c)

Impjanti għall-enerġija termali u installazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni

Gigajoules ta’ output ta’ enerġija utli

1(d)

Fran tal-kokk

Tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt

1(e)

Mtieħen ta’ laminazzjoni għall-faħam

Tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt

1(f)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti tal-faħam u għall-fjuwil solidu li ma jgħamilx duħħan

Tunnellati ta’ prodotti f’ekwivalenti ta’ żejt

2.

Produzzjoni u proċessar ta’ metalli

2(a)

Installazzjonijiet ta’ metalli mhux maħduma (inklużi metalli mhux maħduma tas-sulfidi) għax-xiwi jew sinterizzazzjoni

Tunnellati ta’ prodotti

2(b)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux pur (taħlil primarju jew sekondarju) inkluż l-iffurmar kontinwu

Tunnellati ta’ prodotti

2(c)(i)

Installazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ metalli ferrużi: Mtieħen ta’ laminazzjoni fis-sħana

Tunnellati ta’ prodotti

2(c)(ii)

Installazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ metalli ferrużi: Ferreriji li jaħdmu bil-mazez

Tunnellati ta’ prodotti

2(c)(iii)

Installazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ metalli ferrużi: Applikazzjoni ta’ kisja protettiva bil-metall imdewweb

Tunnellati ta’ prodotti

2(d)

Ferreriji ta’ metalli ferrużi

Tunnellati ta’ prodotti

2(e)(i)

Installazzjonijiet: Għall-produzzjoni ta’ metalli mhux u mhux ferrużi minn metalli mhux maħduma, konċentrati jew materja prima sekondarja minn proċessi matellurġiċi, kimiċi jew elettrolittiċi

Tunnellati ta’ prodotti

2(e)(ii)

Installazzjonijiet: Għat-tidwib, inkluż l-illigar, ta’ metalli mhux ferrużi, inklużi l-prodotti rkuprati (raffinar, iffondar f’funderija, eċċ.)

Tunnellati ta’ prodotti

2(f)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje tal-metalli u tal-materjali tal-plastik billi jintuża proċess elettrolittiku jew kimiku

Tunnellati ta’ sustanzi għat-trattament tal-wiċċ (input)

3.

L-industrija minerali

3(a)

Estrazzjoni f’minjieri taħt l-art u operazzjonijiet relatati

Tunnellati ta’ materjal estratt

3(b)

Estrazzjoni f’minjieri fil-miftuħ u barrieri

Tunnellati ta’ materjal estratt

3(c)(i)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’: Gagazza tal-konkos f’kalkarijiet rotatorji

Tunnellati ta’ prodotti

3(c)(ii)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’: Ġir f’kalkarijiet rotatorji

Tunnellati ta’ prodotti

3(c)(iii)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’: Gagazza tal-konkos jew ġir fi fran oħra

Tunnellati ta’ prodotti

3(d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ asbestos u l-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq l-asbestos

Tunnellati ta’ prodotti

3(e)

Installazzjonijiet għall-manifattura ta’ ħġieġ, inkluża fibra tal-ħġieġ

Tunnellati ta’ prodotti

3(f)

Installazzjonijiet għat-tidwib ta’ sustanzi minerali, inkluża l-produzzjoni ta’ fibra tal-ħġieġ

Tunnellati ta’ prodotti

3(g)

Installazzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz ta’ ħami, b’mod partikolari madum tas-soqfa, briks, briks refrattorji, madum, prodotti tal-ġebel jew porċellana

Tunnellati ta’ prodotti

4.

L-industrija kimika

4(a)(i)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Idrokarburi sempliċi (linejari jew ċikliċi, saturati jew mhux saturati, alifatiċi jew aromatiċi)

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(ii)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: idrokarburi li fihom l-ossiġenu bħall-alkoħol, aldeidi, ketoni, aċidi karbossiliċi, esteri, aċetati, eteri, perossidi, reżini tal-epossi

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(iii)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Idrokarburi bil-kubrit

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(iv)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Idrokarburi nitroġeniċi bħall-amini, amidi, komposti nitrużi, komposti nitro jew komposti nitrati, nitrili, ċjanati, isoċjanati

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(v)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Idrokarburi li fihom il-fosforu

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(vi)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Idrokarburi aloġeniċi

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(vii)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Komposti organometalliċi

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(viii)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Materjali bażiċi tal-plastik (polimeri, fibri sintetiċi u fibri b’bażi taċ-ċelluloża)

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(ix)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Gomom sintetiċi

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(x)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Żebgħat u pigmenti

Tunnellati ta’ prodotti

4(a)(xi)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: Aġenti tensjoattivi u aġenti surfattanti

Tunnellati ta’ prodotti

4(b)(i)

Installazzjonijiet kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: Gassijiet, bħalma huma l-ammonijaka, kloru jew klorur tal-idroġenu, fluworu jew floworur tal-idroġenu, ossidi tal-karbonju, komposti tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, idroġenu, diossidu tal-kubrit, klorur tal-karbonil

Tunnellati ta’ prodotti

4(b)(ii)

Installazzjonijiet kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: Aċidi, bħalma huma l-aċidu kromiku, aċidu idrofluworiku, aċidu fosforiku, aċidu nitriku, aċidu idrokloriku, aċidu sulfuriku, oleu, aċidi sulfurużi

Tunnellati ta’ prodotti

4(b)(iii)

Installazzjonijiet kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: Bażi, bħalma huma idrossidu tal-ammonju, idrossidu tal-potassju, idrossidu tas-sodju

Tunnellati ta’ prodotti

4(b)(iv)

Installazzjonijiet kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: Melħ, bħalma huma klorur tal-ammonju, klorat tal-potassju, karbonat tal-potassju, karbonat tas-sodju, perborat, nitrat tal-fidda

Tunnellati ta’ prodotti

4(b)(v)

Installazzjonijiet kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: Sustanzi mhux metalliċi, ossidi tal-metall jew komposti inorganiċi oħra bħalma huma l-karbur tal-kalċju, siliċju, karbur tas-siliċju

Tunnellati ta’ prodotti

4(c)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ fertilizzanti bbażati fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti)

Tunnellati ta’ prodotti

4(d)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u bijoċidi

Tunnellati ta’ prodotti

4(e)

Installazzjonijiet li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi

Tunnellati ta’ prodotti

4(f)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta’ splussivi u prodotti pirotekniċi

Tunnellati ta’ prodotti

5.

Maniġġjar ta’ skart u ilma mormi

5(a)

Installazzjonijiet għall-irkuprar jew ir-rimi ta’ skart perikoluż

Tunnellati ta’ skart li jidħol

5(b)

Installazzjonijiet għall-inċeneriżazzjoni ta’ skart mhux perikoluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħruq ta’ skart

Tunnellati ta’ skart li jidħol

5(c)

Installazzjonijiet għar-rimi ta’ skart mhux perikoluż

Tunnellati ta’ skart li jidħol

5(d)

Landfills (ħlief landfills ta’ skart inert u landfills li ġew magħluqa definittivament qabel is-16 ta’ Lulju 2001 jew li għalihom il-fażi ta’ azzjonijiet wara li ngħalqu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar il-landfill ta’ skart tkun skadiet)

Tunnellati ta’ skart li jidħol

5(e)

Installazzjonijet għar-rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi ta’ annimali jew skart minn annimali

Tunnellati ta’ skart li jidħol

5(f)

Impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban

Metri kubi ta’ ilma mormi li jidħol

5(g)

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi industrijali mħaddma b’mod indipendenti li jaqdu attività waħda jew aktar ta’ dan l-anness

Metri kubi ta’ ilma mormi li jidħol

6.

Produzzjoni u pproċessar tal-karti u tal-injam

6(a)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’ polpa minn injam jew minn materjali fibrużi oħra

Tunnellati ta’ prodotti

6(b)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karti u tal-bord u prodotti primarji tal-injam oħrajn (bħaċ-ċipbord, il-fiberbord u l-plajwood)

Tunnellati ta’ prodotti

6(c)

Impjanti industrijali għall-preżervazzjoni tal-injam u prodotti tal-injam permezz sustanzi kimiċi

Tunnellati ta’ prodotti

7.

Produzzjoni intensiva ta’ bhejjem u akkwakultura

7(a)(i)

Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer: B’40 000 post għat-tajr tat-trobbija

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem

7(a)(ii)

Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer: B’2 000 post għall-produzzjoni ta’ ħnieżer (b’piż iktar minn 30 kg)

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem

7(a)(iii)

Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer: B’750 post għall-majjali

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem

7(b)

Akkwakultura intensiva

Tunnellati ta’ prodotti

8.

Prodotti tal-annimali u veġetali mis-settur tal-ikel u tax-xorb

8(a)

Biċċeriji

Tunnellati ta’ prodotti

8(b)(i)

Trattament u pproċessar intenzjonat għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ikel u xorb minn: Materja prima mill-annimali (ħlief għall-ħalib)

Tunnellati ta’ prodotti

8(b)(ii)

Trattament u pproċessar intenzjonat għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ikel u xorb minn: Materja prima veġetali

Tunnellati ta’ prodotti

8(c)

Trattament u pproċessar ta’ ħalib

Tunnellati ta’ prodotti

9.

Attivitajiet oħrajn

9(a)

Impjanti għall-pretrattament (operazzjonijiet bħalma huma l-ħasil, l-ibbliċjar, il-merċerizzazzjoni) jew kolorazzjoni ta’ fibri jew tessili

Tunnellati ta’ prodotti

9(b)

Impjanti għall-ikkonzar tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud

Tunnellati ta’ prodotti

9(c)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje ta’ sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta’ solventi organiċi, b’mod partikolari għat-tilbiż, l-istampar, il-kisi, it-tneħħija tal-griż, it-trattament għar-reżistenza kontra l-ilma, l-apprestazzjoni, l-għoti ta’ żebgħa, it-tindif jew l-imprenjazzjoni

Tunnellati ta’ solvent organiku (input)

9(d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-karbonju (faħam solidu maħruq) jew tal-elletrografit permezz ta’ inċenerazzjoni jew grafitizzazzjoni

Tunnellati ta’ prodotti

9(e)

Installazzjonijiet għall-bini ta’, jew għaż-żebgħa jew tneħħija ta’ żebgħa minn bastimenti

Tunnellati ta’ żebgħa użati u/jew imneħħija”


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).

(2)  https://cdr.eionet.europa.eu/help/euregistry

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1). PRODuction COMmunautaire” (Produzzjoni Komunitarja). Ara https://ec.europa.eu/eurostat/web/prodcom/overview