|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Jannar 2022
li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emendi għall-Anness 14-B tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika
(2022/C 35/01)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 tal-20 ta’ Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (minn hawn “il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019. |
|
(2) |
Fil-qafas tal-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (minn hawn” il quddiem imsejħa “il-Partijiet”), ikkonfermaw li kull sena, mill-2020 sal-2022, il-Kumitat Konġunt se jikkunsidra sa 28 isem mill-Unjoni Ewropea u mill-Ġappun rispettivament biex jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi (minn hawn’ il quddiem imsejħa “IĠ”) u miżjuda fl-Anness 14-B tal-Ftehim, dment li dawk l-ismijiet ikunu protetti bħala IĠ domestikament. Mill-2023, il-Partijiet se jaħdmu biex iżidu b’mod kontinwu IĠ addizzjonali fl-Anness 14-B fid-dawl tal-interessi ta’ kull naħa b’koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet. Fl-1 ta’ Frar 2021, f’konformità mal-Artikolu 14.30 tal-Ftehim, żdiedu 28 IĠ tal-Unjoni u 28 IĠ tal-Ġappun fl-Anness 14-B tal-Ftehim (2). |
|
(3) |
L-Artikolu 14.30 tal-Ftehim jipprevedi l-possibbiltà li jiżdiedu Indikazzjonijiet Ġeografiċi ġodda mal-Anness 14-B tal-Ftehim wara li tkun tlestiet il-proċedura ta’ oppożizzjoni u wara li jkunu ġew eżaminati l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi kif stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 14.25 tiegħu għas-sodisfazzjon taż-żewġ Partijiet. |
|
(4) |
L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 Indikazzjoni Ġeografika addizzjonali tal-Ġappun u l-Ġappun lesta l-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 Indikazzjoni Ġeografika addizzjonali tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi jiżdiedu mal-lista korrispondenti ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv tal-Unjoni u mal-lista ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Ġappun. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Artikolu 14.53(3) tal-Ftehim li jipprevedi li l-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, stabbilit skont l-Artikolu 22.3 tal-Ftehim, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22.1 tal-Ftehim dwar emendi għall-Anness 14-B fuq talba ta’ Parti. |
|
(6) |
Skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 22.1 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet biex jemenda l-Ftehim f’każijiet speċifiċi, inkluż l-emenda għall-Anness 14-B, f’konformità mal-proċeduri legali domestiċi rispettivi tal-Partijiet. |
|
(7) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali rrakkomanda lill-Kumitat Konġunt biex jemenda l-Anness 14-B tal-Ftehim kif xieraq. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness 14-B tal-Ftehim jiġi emendat skont dan u jenħtieġ li l-emendi jiġu approvati f’isem l-Unjoni, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-emendi għall-Anness 14-B tal-Ftehim stabbiliti fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tal-Ftehim emendatorju, fil-forma ta’ abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Ir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt huwa awtorizzat li japprova l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt f’isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ftehim emendatorju fl-Anness, fil-forma tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kumitat Konġunt.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
DEĊIŻJONI Nru …/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT SKONT IL-FTEHIM
BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN GĦAL SĦUBIJA EKONOMIKA
ta’ [data]
dwar l-emendi għall-Anness 14-B dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 14.30 u 22.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019. |
|
(2) |
Fil-qafas tal-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (minn hawn’ il quddiem imsejħa “il-Partijiet”) ikkonfermaw li kull sena, mill-2020 sal-2022, il-Kumitat Konġunt se jikkunsidra sa 28 isem mill-Unjoni Ewropea u mill-Ġappun rispettivament biex jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi (minn hawn’ il quddiem imsejħa “IĠ”) u miżjuda fl-Anness 14-B tal-Ftehim, dment li dawk l-ismijiet ikunu protetti bħala IĠ domestikament (1). Mill-2023, il-Partijiet se jaħdmu biex iżidu b’mod kontinwu IĠ addizzjonali fl-Anness 14-B fid-dawl tal-interessi ta’ kull naħa b’koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet. Fl-1 ta’ Frar 2021, f’konformità mal-Artikolu 14.30 tal-Ftehim, żdiedu 28 IĠ tal-Unjoni u 28 IĠ tal-Ġappun fl-Anness 14-B tal-Ftehim (2). |
|
(3) |
Fuq talba tal-Partijiet u skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 14.30, l-Unjoni Ewropea lestiet il-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 IĠ addizzjonali tal-Ġappun, u l-Ġappun lesta l-proċedura ta’ oppożizzjoni u l-eżami ta’ 28 IĠ addizzjonali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 14.53 tal-Ftehim, il-Kumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali rrakkomanda lill-Kumitat Konġunt biex jemenda l-Anness 14-B tal-Ftehim skont dan. |
|
(5) |
Il-Partijiet lestew il-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt skont il-Ftehim, u jagħmlu ħilithom biex jiskambjaw in-noti diplomatiċi li jikkonfermaw l-emendi għall-Ftehim mhux aktar tard minn għaxart ijiem xogħol wara li tiġi addottata d-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Konsegwentement, jenħtieġ li l-Anness 14-B tal-Ftehim jiġi emendat, f’konformità mal-paragrafu 3 u s-subparagrafu 4(g) tal-Artikolu 23.2 tal-Ftehim. |
|
(7) |
Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 14.30 tal-Ftehim, jenħtieġ li l-listi tal-IĠ tar-Renju Unit jitneħħew mil-listi tal-IĠ tal-Unjoni Ewropea fl-Anness 14-B tal-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
|
a) |
Fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, il-lista tal-IĠ tar-Renju Unit għandha titneħħa u l-IĠ elenkati fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista korrispondenti ta’ IĠ tal-Istat Membru rispettiv tal-Unjoni Ewropea. |
|
b) |
Fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-IĠ elenkati fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ IĠ tal-Ġappun. |
|
c) |
Fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, il-lista tal-IG tar-Renju Unit għandha titneħħa u l-IĠ elenkati fl-Anness 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista korrispondenti ta’ IĠ tal-Istat Membru rispettiv tal-Unjoni Ewropea. |
|
d) |
Fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness 14-B tal-Ftehim, l-IĠ elenkati fl-Anness 4 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ IĠ tal-Ġappun. |
Artikolu 2
|
a) |
Fir-raba’ sena ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt se jiddeċiedi dwar iż-żieda fl-Anness 14-B tal-Ftehim ta’ għadd massimu ta’ 27 isem mill-Unjoni Ewropea u mill-Ġappun rispettivament li għandhom jiġu protetti bħala IĠ skont il-Ftehim, dment li dawk l-ismijiet ikunu IĠ protetti fit-territorju tal-Parti f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. |
|
b) |
Mill-ħames sena ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, il-Partijiet se jaħdmu biex jinkludu b’mod kontinwu IĠ addizzjonali fid-dawl tal-interessi ta’ kull Parti. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija mfassla f’żewġ kopji. L-Artikolu 1 u l-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni huma mfassla f’żewġ kopji bil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23.8 tal-Ftehim, u t-testi kollha huma awtentiċi bl-istess mod.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata mill-Partijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 22.2 tal-Ftehim. L-emendi għall-Ftehim adottati permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkonfermati u jidħlu fis-seħħ mal-iskambju tan-noti diplomatiċi f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 23.2 tal-Ftehim.
Magħmul fi [Post],...
Għall-Kumitat Konġunt,
Kopresident [għall-Ġappun] Kopresident [għall-UE]
ANNESS 1
FRANZA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Abondance (3) |
アボンダンス |
Ġobon |
|
Huile d’olive de la vallée des Baux-de-Provence |
ユイル・ドリーブ・ドゥ・ラ・ヴァレ・デ・ボー・ドゥ・ プロヴァンス |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
|
Pont-l’Évêque |
ポン・レヴェック |
Ġobon |
|
Sel de Guérande / Fleur de sel de Guérande |
セル・ドゥ・ゲランド / フルール・ドゥ・セル・ドゥ・ゲランド |
Melħ |
IL-ĠERMANJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Dresdner Christstollen / Dresdner Stollen / Dresdner Weihnachtsstollen |
ドレスナー・クリストシュトレン / ドレスナー・シュトレン / ドレスナー・ヴァイナハツシュトレン |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara [kejkiet] |
|
Spalt Spalter |
シュパルト・ シュパルター |
Prodotti oħra tal-Anness I tat-TFUE (ħwawar eċċ.) - [ħops] |
IL-GREĊJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Χανιά Κρήτης (Trażlitterazzjoni għall-alfabett Latin: Chania Kritis) |
ハニア・クリティス |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
L-ITALJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Monti Iblei |
モンティ・イブレイ |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
|
Pecorino Sardo (4) |
ペコリーノ・サルド |
Ġobon |
|
Prosciutto di Modena |
プロシュット・ディ・モデナ |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Salamini italiani alla cacciatora |
サラミーニ・イタリアーニ・アッラ・カッチャトーラ |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) [salami tal-majjal] |
|
Speck Alto Adige / Südtiroler Markenspeck / Südtiroler Speck |
スペック・アルト・アディジェ / スッドティローラー・マルケンスペック / スッドティローラー・スペック |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
SPANJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Aceite de Mallorca / Aceite mallorquín / Oli de Mallorca / Oli mallorquí |
アセイテ・デ・マヨルカ / アセイテ・マヨルキン / オリ・デ・マヨルカ / オリ・マヨルキ |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
|
Jamón de Trevélez |
ハモン・デ・トレベレス |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Los Pedroches |
ロス・ペドロチェス |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) [perżut tal-majjal] |
|
Montes de Toledo |
モンテス・デ・トレド |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) [żejt taż-żebbuġa] |
|
Pimentón de la Vera |
ピメントン・デ・ラ・ベラ |
Prodotti oħra tal-Anness I tat-TFUE (ħwawar eċċ.) [bżar ħelu] |
ANNESS 2
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
江戸崎かぼちゃ / 江戸崎カボチャ / 江戸崎南瓜 |
Edosaki Kabocha |
Prodott agrikolu [squash] |
|
吉川ナス / Yoshikawa Nasu / Yoshikawa Eggplant |
Yoshikawa Nasu |
Prodott agrikolu [brunġiel] |
|
新里ねぎ / NISSATO GREEN ONION |
Nissato Negi |
Prodott agrikolu [basal aħdar] |
|
ひばり野オクラ |
Hibarino Okra |
Prodott agrikolu [bamja] |
|
今金男しゃく / Imakane Danshaku |
Imakane Danshaku |
Prodott agrikolu [patata] |
|
田浦銀太刀 / Tanoura Gindachi |
Tanoura Gindachi |
Prodott tal-baħar [xabla] |
|
大野あさり / Ono Asari |
Ono Asari |
Prodott tal-baħar [gandoffla] |
|
大鰐温泉もやし / Owanionsen Moyashi |
Owanionsen Moyashi |
Prodott agrikolu [nebbieta tal-fażola] |
|
檜山海参 / Hiyama Haishen |
Hiyama Haishen |
Prodott tal-baħar ipproċessat [ħjar tal-baħar imnixxef] |
|
大竹いちじく / Otake Ichijiku |
Otake Ichijiku |
Prodott agrikolu [tin] |
|
八代特産晩白柚 / Yatsushiro Tokusan Banpeiyu |
Yatsushiro Tokusan Banpeiyu |
Prodott agrikolu [pomelo] |
|
八代生姜 / Yatsushiro Shoga / Yatsushiro Ginger |
Yatsushiro Shoga |
Prodott agrikolu [ġinġer] |
|
物部ゆず /Monobe Yuzu |
Monobe Yuzu |
Prodott agrikolu [Yuzu (ċitru)] |
|
福山のくわい /Fukuyama no Kuwai |
Fukuyama no Kuwai |
Prodott agrikolu [Sagittaria sagittifolia] |
|
富山干柿 / Toyama Hoshigaki |
Toyama Hoshigaki |
Prodott agrikolu pproċessat [Kaki Ġappuniż imnixxef] |
|
山形ラ・フランス / Yamagata La France |
Yamagata La France |
Prodott agrikolu [lanġas] |
|
徳地やまのいも / Tokuji Yamanoimo |
Tokuji Yamanoimo |
Prodott agrikolu [yam Ġappuniż] |
|
網走湖産しじみ貝 / Abashirikosan Shijimigai |
Abashirikosan Shijimigai |
Prodott tal-baħar [gandoffla tal-ilma ħelu] |
|
えらぶゆり / ERABU LILY / Erabu Yuri |
Erabu Yuri |
Pjanti għal skopijiet ornamentali [ġilju] |
|
西浦みかん寿太郎 / Nishiura Mikan Jutaro |
Nishiura Mikan Jutaro |
Prodott agrikolu [mandolin (ċitru)] |
|
河北せり / Kahoku Dropwort / Kahoku Seri |
Kahoku Seri |
Prodott agrikolu [Oenanthe] |
|
清水森ナンバ / Shimizumori Red Pepper / Shimizumori Green Pepper / Shimizumori Namba |
Shimizumori Namba |
Prodott agrikolu [bżar] Taħwir tal-ikel [bżar] |
|
甲子柿 / KASSHI GAKI / KASSHI KAKI / KASSHI PERSIMMON |
Kasshi Gaki / Kasshi Kaki |
Prodott agrikolu [kaki Ġappuniż] |
ANNESS 3
FRANZA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Bordeaux supérieur |
ボルドー・シュペリウール |
Inbid |
|
Côtes de Bordeaux |
コート・ド・ボルドー |
Inbid |
|
Crémant d’Alsace |
クレマン・ダルザス |
Inbid |
|
Saint-Emilion Grand Cru |
サンテミリオン・グラン・クリュ |
Inbid |
|
Saint-Estèphe |
サン・テステフ |
Inbid |
IL-ĠERMANJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Landwein Rhein |
ラントワイン・ライン |
Inbid |
SPANJA
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-Ġappuniż (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
Almansa |
アルマンサ |
Inbid |
|
Calatayud |
カラタユド |
Inbid |
|
Campo de Borja |
カンポ・デ・ボルハ |
Inbid |
|
Castilla |
カスティーリャ |
Inbid |
|
Yecla |
イエクラ |
Inbid |
ANNESS 4
|
Isem li jrid jiġi protett |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin (għal skopijiet ta’ informazzjoni) |
Kategorija tal-oġġett u deskrizzjoni qasira [f’parentesi kwadri, għal skopijiet ta’ informazzjoni] |
|
三重 |
Mie |
Seishu (Sake) |
|
和歌山梅酒 |
Wakayama Umeshu |
Tipi oħrajn ta’ likur |
|
利根沼田 |
Tone Numata |
Seishu (Sake) |
|
萩 |
Hagi |
Seishu (Sake) |
|
山梨 |
Yamanashi |
Seishu (Sake) |
(1) Għal aktar ċertezza, il-Kumitat Konġunt se jikkunsidra 27 jew 28 isem mill-Unjoni Ewropea kull sena irrispettivament mill-għadd ta’ ismijiet mill-Ġappun.
(2) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A22021D0109&qid=1635340796840
https://www.mofa.go.jp/mofaj/files/100141732.pdf
(3) Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 14.25 japplika għal din l-Indikazzjoni Ġeografika.
(4) Il-protezzjoni tal-komponent individwali “pecorino” tal-Indikazzjoni Ġeografika multikomponenti “Pecorino Sardo” mhijiex mitluba.