28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/118
tas-27 ta’ Jannar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2023 għal tnejn u erbgħin persuna u sal-31 ta’ Lulju 2022 għal persuna waħda. Barra minn hekk, fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal tliet persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina tiġi emendata għal seba’ persuni. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrata Numru 45 fl-Anness sal-31 ta’ Lulju 2022. 3. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif ġej:
(i) |
L-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(ii) |
Fl-entrati li ġejjin fit-Taqsima B, “Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina”, taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, jiżdiedu s-sentenzi finali li ġejjin:
|