26.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/59


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/102

tal-25 ta’ Jannar 2022

li tistabbilixxi formoli għar-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 38(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu eżenti mir-rekwiżit li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni. Huwa stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi rifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(2)

Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi rrifjutata, annullata jew revokata wara l-ipproċessar manwali minn Unità Nazzjonali tal-ETIAS, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tiġi nnotifikata minnufih lill-applikant. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jużaw formoli li jkun fihom l-informazzjoni minima stabbilita fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Jenħtieġ li l-formoli jkopru wkoll każijiet fejn l-applikanti nfushom jiddeċiedu li jirrevokaw l-awtorizzazzjoni (awtorevoka).

(3)

Billi r-Regolament (UE) 2018/1240 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fid-dritt nazzjonali tagħha. Id-Danimarka għaldaqstant hija marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom (2). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4).

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6).

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8).

(8)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija u l-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut b’mod ieħor miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

(9)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat fil-15 ta’ April 2021 u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ Mejju 2021.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-ġenerazzjoni ta’ formoli wara deċiżjoni ta’ rifjut, annullament jew revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar

1.   Il-formoli għall-fini tan-notifika ta’ deċiżjonijiet ta’ rifjut, annullament jew revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata (minn hawn ’il quddiem “awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar”) għandhom jiġu ġġenerati awtomatikament permezz tas-softwer imsemmi fl-Artikolu 6(2)(m) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Il-formoli għandhom ikunu bbażati fuq il-mudelli fl-Anness I, II jew III.

2.   Is-software għandu jipprovdi l-possibbiltà li jiġġenera:

formola bil-possibbiltà li tagħżel waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri; kif ukoll

formola bil-possibbiltà li jintgħażel l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, jew, fejn rilevanti fir-rigward tal-applikant inkwistjoni, fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru, lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea li għandha tkun differenti mil-lingwa użata fil-formola msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.   Il-formoli tal-oqsma tal-Anness I, II, III bl-isem “Dikjarazzjoni tal-fatti rilevanti u r-raġunar addizzjonali għal dik id-deċiżjoni” għandhom jiġu tradotti mill-Istati Membri u l-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

4.   Is-software għandu jippermetti lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tagħżel formola skont it-tip ta’ deċiżjoni meħuda (rifjut, annullament jew revoka).

5.   Is-software għandu mbagħad jippreżenta lista sussegwenti li tirrikjedi l-għażla ta’ mill-inqas waħda mir-raġunijiet applikabbli għad-deċiżjoni, kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2018/1240:

(a)

għar-rifjut, l-Artikolu 37(1) u (2);

(b)

għall-annullament, l-Artikolu 37(1) u (2), kif imsemmi fl-Artikolu 40(1);

(c)

għar-revoka, l-Artikolu 37(1), kif imsemmi fl-Artikolu 41(1).

Il-qasam fl-Anness I, II, III bl-isem “Dikjarazzjoni tal-fatti rilevanti u r-raġunar addizzjonali għal dik id-deċiżjoni” għandu jkun obbligatorju. Sakemm din it-taqsima timtela bil-lingwi magħżula, is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha tipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-formoli.

6.   Meta d-deċiżjoni ta’ rifjut, ta’ annullament jew ta’ revoka tkun tikkonċerna awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata, is-software għandu jippreżenta, minbarra l-lista tal-paragrafu 5, il-lista ta’ raġunijiet li ġejjin li għandhom jintgħażlu:

(a)

ir-raġunijiet umanitarji mhux issodisfati/li ma jibqgħux japplikaw f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat biħsiebu jivvjaġġa;

(b)

ir-raġunijiet ta’ interess nazzjonali mhumiex issodisfati/ma jibqgħux jiġu ssodisfati; jew

(c)

l-obbligi internazzjonali mhumiex issodisfati/ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

7.   Jekk id-deċiżjoni ta’ rifjut, ta’ annullament jew ta’ revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun tikkonċerna persuna li ddikjarat li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 2(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-lista ta’ għażliet imsemmija fil-paragrafu 5 ma għandhiex tinkludi raġunijiet li mhumiex applikabbli skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

8.   Ladarba l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tkun lestiet l-għażliet imsemmija fil-paragrafi minn 2 sa 6, is-softwer għandu jiġġenera awtomatikament l-abbozzi tal-formoli rilevanti. Il-formoli għandu jkun fihom in-numru tal-applikazzjoni korrispondenti u għandhom jimtlew awtomatikament minn qabel bid-data msemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2018/1240:

(a)

fir-rigward tar-rifjut, il-punti (a) sa (e) fl-Artikolu 38(2);

(b)

fir-rigward ta’ annullament jew revoka, il-punti (a) sa (f) fl-Artikolu 42.

9.   Qabel ma l-formola tiġi trażmessa lill-applikant, is-software għandu jippermetti lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tikkonferma l-għażliet magħmula u l-informazzjoni fil-formoli.

10.   Wara konferma skont il-paragrafu 9, is-softwer għandu jiġġenera l-formoli fil-format PDF.

11.   Il-formoli ġġenerati għandhom jiżdiedu mal-fajl tal-applikazzjoni u jiġu trażmessi lill-applikant permezz tas-servizz tal-posta elettronika msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 2

Aċċess u awtentikazzjoni għall-fini ta’ awtorevoka

1.   L-applikanti għandhom jingħataw l-għażla li jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar permezz tas-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għal apparati mobbli msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

2.   Mas-selezzjoni tal-għażla li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi revokata, l-applikant għandu jiġi ppreżentat b’talba biex jawtentika bl-użu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi.

3.   L-applikant għandu l-ewwel idaħħal id-data li ġejja:

(a)

in-numru tal-applikazzjoni;

(b)

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

l-indirizz tal-email użat fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

L-applikant għandu jintalab jikkonferma li għandu aċċess għall-indirizz tal-posta elettronika msemmi fl-ewwel subparagrafu, punt (c), billi jimmarka kaxxa. Jekk ma jkollhomx aktar aċċess għal dak l-indirizz, huma għandhom jintalbu jdaħħlu indirizz elettroniku ġdid biex jirċievu kodiċi uniku u konferma ta’ revoka.

4.   Jekk id-data ppreżentata skont il-paragrafu 3 tkun tikkorrispondi għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, l-ewwel awtentikazzjoni għandha tikkonsisti fil-preżentazzjoni mill-applikant tad-data li ġejja:

(a)

il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar (li għandu jintgħażel minn lista);

(b)

id-dati tal-ħruġ u tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

l-ismijiet taż-żewġ ġenituri, kif imniżżlin fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

5.   It-tieni awtentikazzjoni għandha tikkonsisti f’kodiċi uniku għal revoka li għandu jiddaħħal fil-paġna web jew fl-applikazzjoni għall-apparati mobbli.

Il-kodiċi uniku għandu jiġi ġġenerat awtomatikament u jintbagħat lill-applikant permezz tas-servizz tal-posta elettronika msemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2018/1240, mal-preżentazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafi 3 u 4. L-indirizz tal-posta elettronika tar-riċevitur għandu jkun dak li għalih l-applikant għandu aċċess, kif ikkonfermat skont il-paragrafu 3.

6.   Jekk id-data ppreżentata skont il-paragrafu 3, bl-eċċezzjoni tal-indirizz tal-posta elettronika msemmi fil-punt (c) f’dak il-paragrafu, tkun tikkorrispondi mad-data fil-formola tal-applikazzjoni, għandha tintbagħat email lill-indirizz tal-posta elettronika fuq il-formola tal-applikazzjoni li tindika tentattiv ta’ revoka tal-awtorizzazzjoni permezz tas-sit web jew tal-applikazzjoni mobbli.

Din l-email għandha tippermetti lill-applikant jindika, sa data ta’ skadenza partikolari, li huwa mhuwiex fl-oriġini tat-talba għal revoka. Hija għandha tinforma wkoll lill-applikant kif jikkuntattja lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jekk ikun meħtieġ. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha żżomm rekords tal-azzjonijiet ta’ segwitu kollha.

7.   Ladarba l-applikant idaħħal il-kodiċi uniku għal revoka msemmi fil-paragrafu 5 fuq il-paġna web jew l-applikazzjoni għall-apparati mobbli biex jikkonferma l-awtentikazzjoni, is-sit web jew l-applikazzjoni għall-apparati mobbli għandhom juru informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma tad-data ta’ ħames snin għall-fajls tal-applikazzjoni relatati mal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar revokati, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1), punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

8.   L-applikant għandu jkun meħtieġ jikkonferma li jkun qara u qabel mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 u jikkonferma r-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar sabiex jiffinalizza t-talba għal revoka.

9.   Il-kodiċijiet uniċi ġġenerati skont il-paragrafu 5 għandhom jiskadu wara perjodu ta’ żmien raġonevolment qasir. Jekk jintbagħat kodiċi ġdid, dan għandu jinvalida l-kodiċijiet preċedenti. Il-kodiċi uniku għandu jkun jista’ jintuża darba waħda biss.

10.   Meta t-talba għal revoka tiġi introdotta b’indirizz tal-posta elettronika li jkun differenti minn dak użat fil-formola tal-applikazzjoni, it-talba ffinalizzata ma għandhiex tintbagħat lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għall-ipproċessar qabel l-iskadenza msemmija fit-tieni subparagrafu fil-paragrafu 6. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandha tintbagħat lill-Unità Nazzjonali mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 3

Konferma ta’ awtorevoka minn Unità Nazzjonali tal-ETIAS

1.   Wara li l-applikant ikun ikkonferma t-talba għal revoka skont l-Artikolu 2(8) u, fejn applikabbli, l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 2(6), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika tat-talba:

(a)

lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; jew

(b)

meta l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru tal-ewwel soġġorn previst.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

indikazzjoni li d-detentur tal-awtorizzazzjoni ppreżenta talba għal revoka;

(b)

id-data li fiha tkun ġiet ikkonfermata t-talba;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43(1), il-punt (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tikkonferma r-revoka u ż-żieda tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c) fil-paragrafu 2. Din l-informazzjoni mbagħad għandha tiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni.

4.   Jekk l-applikant ikun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru meta t-talba tiġi introdotta, ir-revoka għandha ssir effettiva meta l-applikant ikun ħareġ mit-territorju u mill-mument li r-reġistrazzjoni tad-dħul/ħruġ korrispondenti tkun inħolqot fis-sistema ta’ dħul/ħruġ (EES) f’konformità mal-Artikoli 16(3) u 17(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Fil-każijiet l-oħra kollha, ir-revoka għandha ssir effettiva mal-konferma mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Ġenerazzjoni ta’ formola ta’ awtorevoka

1.   Wara l-konferma mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 3(3), formola għall-awtorevoka bbażata fuq l-Anness IV għandha tiġi ġġenerata awtomatikament permezz tas-software imsemmi fl-Artikolu 6(2)(m) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

2.   Il-formola ġġenerata għandha tiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni u tiġi trażmessa lill-applikant f’format PDF permezz tas-servizz tal-posta elettronika msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. Il-messaġġ bl-email għandu jinkludi:

(a)

tfakkira tal-perjodu ta’ żamma tad-data ta’ ħames snin applikabbli għal awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar revokati;

(b)

tfakkira li, jekk l-awtorevoka tiġi ffinalizzata meta l-applikant ikun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru, din għandha ssir effettiva ladarba l-applikant ikun ħareġ mit-territorju u mill-mument li r-rekord tad-dħul/ħruġ korrispondenti jkun inħoloq fl-EES, skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   Meta, skont l-Artikolu 2(3), l-applikant ikun daħħal indirizz tal-posta elettronika differenti minn dak użat għall-applikazzjoni, il-formola għandha tintbagħat kemm lill-indirizz elettroniku ta’ qabel kif ukoll lil dak ġdid.

Artikolu 5

Komunikazzjoni ta’ sit web pubbliku u applikazzjoni mobbli mas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

1.   Għall-finijiet ta’ Artikolu 2:

(a)

is-sit web pubbliku jew l-applikazzjoni għal apparati mobbli għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS dwar it-talba għal awtorevoka permezz tas-servizz web sikur imsemmi fil-punt (l) fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240; kif ukoll

(b)

is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-data ppreżentata tikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.

2.   Wara l-konferma mill-applikant tal-awtorevoka, skont l-Artikolu 2(8):

(a)

is-sit web jew l-applikazzjoni għandhom jinfurmaw lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u, fejn applikabbli, lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; kif ukoll

(b)

jekk l-applikant ma jkunx preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni. Inkella, ir-revoka għandha tiġi pproċessata meta l-applikant joħroġ mit-territorju u jinħoloq ir-rekord korrispondenti tad-dħul/ħruġ.

Artikolu 6

Format tal-messaġġi, standards u protokolli

Il-format tal-messaġġ u l-protokolli li jridu jiġu implimentati għandhom jiġu dokumentati fl-ispeċifikazzjoni tekniċi msemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 7

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi tas-sigurtà

1.   L-għadd ta’ tentattivi li jistgħu jsiru biex tiġi revokata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar bl-istess dokument tal-ivvjaġġar, numru tal-applikazzjoni jew kodiċi uniku għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjoni. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu miżuri biex jipproteġu lis-sit web pubbliku kontra aċċess mhux minn bnedmin.

2.   Il-proċess ta’ revoka għandu jinkludi miżuri li permezz tagħhom din tispiċċa wara perjodu ta’ inattività ddefinit b’mod xieraq.

3.   Dettalji addizzjonali dwar il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data proċessata għandhom ikunu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 8

Reġistri tal-attivitajiet

1.   Għandu jinżamm reġistru tal-attività tal-applikant. Dan għandu jkun fih:

(a)

id-data ta’ awtentikazzjoni tal-applikant, inkluża indikazzjoni dwar jekk l-awtentikazzjoni rnexxietx jew le;

(b)

id-dati u l-ħinijiet ta’ aċċess mill-applikant;

(c)

il-konferma tal-awtorevoka.

2.   Għandu jinżamm ukoll reġistru tal-attività tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS li tikkonferma l-awtorevoka. Għandu jkun fih:

(a)

identifikazzjoni tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS inkwistjoni;

(b)

id-dati u l-ħinijiet ta’ aċċess mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS;

(c)

il-konferma tal-inserzjoni ta’ data mimlija minn qabel imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c).

3.   Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240. Dawn għandhom jinħażnu għal mhux aktar minn sena wara t-tmiem tal-perjodu taż-żamma tal-fajl tal-applikazzjoni, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà nbdew. Wara dak il-perjodu jew wara t-tlestija ta’ dawn il-proċeduri, dawn għandhom jitħassru awtomatikament.

Ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-fini tal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(3)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(5)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(7)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(9)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).


ANNESS I

FORMOLA GĦAN-NOTIFIKA TA’ RIFJUT TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IVVJAĠĠAR TAL-ETIAS

skont ir-Regolament (UE) 2018/1240

Numru tal-applikazzjoni: _______________

Għażiż (a) ________________,

[F’każ ta’ minuri, il-persuna li teżerċita awtorità tal-ġenituri permanenti jew temporanja jew kustodja legali għandha tiżdied: Għażiż (a) ________________,]

L-[isem tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] fi [indirizz tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] eżaminat [isem l-applikant [fakultattiv: data personali addizzjonali tal-applikazzjoni tal-applikant]] għal [awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar]/[awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata].

L-applikazzjoni ġiet irrifjutata għar-raġuni/(jiet) li ġejja/in:

id-dokument tal-ivvjaġġar użat ġie rrappurtat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS fi … (indikazzjoni tal-Istat Membru) (l-Artikolu 37(1)(a)) (*)

riskju ta’ sigurtà (l-Artikolu 37(1)(b)) (*)

riskju ta’ immigrazzjoni illegali (l-Artikolu 37(1)(c)) (*)

riskju għoli ta’ epidemija (l-Artikolu 37(1)(d)) (*)

allert għal rifjut ta’ dħul u soġġorn mdaħħal fis-SIS (l-Artikolu 37(1)(e)) (*) sa … (indikazzjoni tal-Istat Membru)

nuqqas ta’ tweġiba fi żmien l-iskadenza ta’ 10 ijiem għal talba mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali (l-Artikolu 37(1)(f)) (*)

nuqqas ta’ attendenza għal intervista kif mitlub mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS (l-Artikolu 37(1)(g)) (*)

dubji raġonevoli u serji dwar id-data/id-dikjarazzjonijiet u/jew id-dokumenti ta’ sostenn previsti għall-applikazzjoni (l-Artikolu 37(2)) (*) (jekk jogħġbok speċifika):

l-affidabbiltà tad-data ppreżentata

l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmula

awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati

il-veraċità tal-kontenut tad-dokumenti korroborattivi ppreżentati

l-Istat(i) Membru/(i) li ġej/(jin) ta/taw opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni tiegħek: … [indikazzjoni tal-Istat(i) Membru/(i)]

[Għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata:

ir-raġuni/(jiet) li ġejja/(ġejjin) għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata mhijiex issodisfata:

raġunijiet umanitarji f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu l-intenzjoni li jivvjaġġa

raġunijiet ta’ interess nazzjonali

obbligi internazzjonali]

Dikjarazzjoni tal-fatti rilevanti u r-raġunar addizzjonali għal dik id-deċiżjoni:

 

Dritt ta’ appell

Għandek id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni ta’ [isem l-Istat Membru tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli].

[Link li tipprovdi informazzjoni rigward id-dritt nazzjonali applikabbli dwar it-tressiq ta’ appelli kontra d-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS responsabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240.]

[Fejn applikabbli: Għandek id-dritt li tappella kontra l-opinjoni negattiva dwar l-applikazzjoni tiegħek minn [isem tal-Istat Membru tal-Unità/(jiet) Nazzjonali tal-ETIAS li ħarġet/ħarġu opinjoni negattiva].]

[Fejn applikabbli: Link li tipprovdi informazzjoni rigward id-dritt nazzjonali applikabbli dwar it-tressiq ta’ appelli kontra d-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS li ħarġet opinjoni negattiva].

Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali

Għandek id-drittijiet li taċċessa, tirrettifika, tħassar u tirrestrinġi l-ipproċessar ta’ data personali maħżuna fl-ETIAS f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679.

F’każ li tixtieq tagħmel użu minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok sib hawn taħt il-kuntatti rilevanti:

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data [indirizz tal-posta elettronika]

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

[dettalji tal-kuntatt]

Awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tiegħek

[Informazzjoni speċifika għal kull Stat Membru]


[Data u post tad-deċiżjoni]

[Isem u firma ta’ min jieħu d-deċiżjoni]


(*)  tar-Regolament (UE) 2018/1240


ANNESS II

FORMOLA GĦAN-NOTIFIKA TA’ ANNULLAMENT TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IVVJAĠĠAR TAL-ETIAS

skont ir-Regolament (UE) 2018/1240

Numru tal-applikazzjoni: _______________

Għażiż (a) ________________,

[F’każ ta’ minuri, il-persuna li teżerċita awtorità tal-ġenituri permanenti jew temporanja jew kustodja legali għandha tiżdied: Għażiż (a) ________________,]

L-[isem tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] fi [indirizz tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] eżaminat mill-ġdid il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ [isem l-applikant [fakultattiv: data personali addizzjonali tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-applikant]] [b’validità territorjali limitata], f’konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet annullata għar-raġuni/(jiet) li ġejja/ġejjin:

id-dokument tal-ivvjaġġar użat ġie rrappurtat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS fi … (indikazzjoni tal-Istat Membru) (l-Artikolu 37(1)(a)) (*1)

riskju ta’ sigurtà (Artikolu 37(1)(b)) (*1)

riskju ta’ immigrazzjoni illegali (l-Artikolu 37(1)(c)) (*1)

riskju għoli ta’ epidemija (l-Artikolu 37(1)(d)) (*1)

allert għal rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS (l-Artikolu 37(1)(e)) (*1)

dubji raġonevoli u serji dwar id-data/id-dikjarazzjonijiet u/jew id-dokumenti korroborattivi previsti għall-applikazzjoni (l-Artikolu 37(2)) (*1)

l-affidabbiltà tad-data ppreżentata

l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmula

awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati

il-veraċità tal-kontenut tad-dokumenti korroborattivi ppreżentati

[Għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata:

ir-raġuni/(jiet) li ġejja/(ġejjin) għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata ma għadhiex issodisfata:

raġunijiet umanitarji f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu l-intenzjoni li jivvjaġġa

raġunijiet ta’ interess nazzjonali

obbligi internazzjonali]

Dikjarazzjoni tal-fatti rilevanti u r-raġunar addizzjonali għal dik id-deċiżjoni:

 

Informazzjoni addizzjonali

Jekk jogħġbok innota li hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS valida għat-tul kollu ta’ soġġorn qasir fiż-Żona Schengen.

Dritt ta’ appell

Għandek id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni tal-[Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli].

[link li tipprovdi informazzjoni rigward id-dritt nazzjonali applikabbli dwar it-tressiq ta’ appelli kontra d-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240]

Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali

Għall-informazzjoni, għandek id-dritt li taċċessa, tirrettifika, tħassar u tirrestrinġi l-ipproċessar ta’ data personali maħżuna fl-ETIAS f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679.

F’każ li tixtieq tagħmel użu minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok sib hawn taħt il-kuntatti rilevanti:

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data [indirizz tal-posta elettronika]

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

[dettalji tal-kuntatt]

Awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tiegħek

[Informazzjoni speċifika għal kull Stat Membru]


[Data u post tad-deċiżjoni]

[Isem u firma ta’ min jieħu d-deċiżjoni]


(*1)  tar-Regolament (UE) 2018/1240


ANNESS III

FORMOLA A GĦAN-NOTIFIKA TA’ REVOKA TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IVVJAĠĠAR TAL-ETIAS

skont ir-Regolament (UE) 2018/1240

Numru tal-applikazzjoni: _______________

Għażiż (a) ________________,

[F’każ ta’ minuri, il-persuna li teżerċita awtorità tal-ġenituri permanenti jew temporanja jew kustodja legali għandha tiżdied: Għażiż (a) ________________,]

L-[isem tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] fi [indirizz tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] eżaminat mill-ġdid il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ [isem l-applikant [fakultattiv: data personali addizzjonali tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-applikant]] [b’validità territorjali limitata], f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet revokata għar-raġuni (jiet) li ġejja/ġejjin:

id-dokument tal-ivvjaġġar użat ġie rrappurtat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS fi … (indikazzjoni tal-Istat Membru) (l-Artikolu 37(1)(a)) (*)

riskju ta’ sigurtà (Artikolu 37(1)(b)) (*)

riskju ta’ immigrazzjoni illegali (l-Artikolu 37(1)(c)) (*)

riskju għoli ta’ epidemija (l-Artikolu 37(1)(d)) (*)

allert għal rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS (l-Artikolu 37(1)(e)) (*)

[Għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata:

ir-raġuni/(jiet) li ġejja/(ġejjin) għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata ma għadhiex issodisfata:

raġunijiet umanitarji f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu l-intenzjoni li jivvjaġġa

raġunijiet ta’ interess nazzjonali

obbligi internazzjonali]

Dikjarazzjoni tal-fatti rilevanti u r-raġunar addizzjonali għal dik id-deċiżjoni:

 

Informazzjoni addizzjonali

Jekk jogħġbok innota li hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS valida għat-tul kollu ta’ soġġorn qasir fiż-Żona Schengen.

Dritt ta’ appell

Għandek id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni tal-[Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli].

[link li tipprovdi informazzjoni rigward id-dritt nazzjonali applikabbli dwar it-tressiq ta’ appelli kontra d-deċiżjoni meħuda mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2018/1240]

Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali

Għall-informazzjoni, għandek id-dritt li taċċessa, tirrettifika, tħassar u tirrestrinġi l-ipproċessar ta’ data personali maħżuna fl-ETIAS f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679.

F’każ li tixtieq tagħmel użu minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok sib hawn taħt il-kuntatti rilevanti:

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data [indirizz tal-posta elettronika]

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

[dettalji tal-kuntatt]

Awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tiegħek

[Informazzjoni speċifika għal kull Stat Membru]


[Data u post tad-deċiżjoni]

[Isem u firma ta’ min jieħu d-deċiżjoni]


(*)  tar-Regolament (UE) 2018/1240


ANNESS IV

FORMOLA B GĦAN-NOTIFIKA TA’ REVOKA TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IVVJAĠĠAR TAL-ETIAS (awtorevoka)

skont ir-Regolament (UE) 2018/1240

Numru tal-applikazzjoni: _______________

Għażiż (a) ________________,

[F’każ ta’ minuri, il-persuna li teżerċita awtorità tal-ġenituri permanenti jew temporanja jew kustodja legali għandha tiżdied: Għażiż (a) ________________,]

L-[isem tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] fi [indirizz tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS] irċeviet [isem l-applikant [fakultattiv: data personali addizzjonali tal-applikant]] it-talba għal revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar [b’validità territorjali limitata].

L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet revokata, f’konformità mal-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Informazzjoni addizzjonali

Jekk jogħġbok innota li hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS valida għat-tul kollu ta’ soġġorn qasir fiż-Żona Schengen.

Skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1240:

jekk inti rrevokajt l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar matul is-soġġorn tiegħek fiż-Żona Schengen, ir-revoka ma ssirx effettiva qabel ma toħroġ miż-Żona Schengen;

l-ebda appell ma huwa possibbli kontra revoka fuq talba tal-applikant.

Id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali

Għall-informazzjoni, għandek id-dritt li taċċessa, tirrettifika, tħassar u tirrestrinġi l-ipproċessar ta’ data personali maħżuna fl-ETIAS f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679.

F’każ li tixtieq tagħmel użu minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok sib hawn taħt il-kuntatti rilevanti:

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data [indirizz tal-posta elettronika]

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

[dettalji tal-kuntatt]

Awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tiegħek

[Informazzjoni speċifika għal kull Stat Membru]


[Data u post tad-deċiżjoni]

[Isem u firma ta’ min jieħu d-deċiżjoni]