17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/84


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/62

tal-14 ta’ Jannar 2022

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2022) 320)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer hu marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jħalli impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u fil-prodotti tagħhom fi ħdan l-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(2)

Meta jfaqqa’ d-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi, ikun hemm ir-riskju serju li din il-marda tixtered fost annimali porċini selvaġġi oħra u fl-azjendi li jżommu l-annimali porċini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’xi annimali selvaġġi, inkluż tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B’mod partikolari, fil-każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda f’xi annimali porċini selvaġġi f’xi żona ta’ Stat Membru, l-Artikolu 3, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona trid tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tkun tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 jinkludu, fost l-oħrajn, il-projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-konsenji tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u l-prodotti minnhom barra minn dawk iż-żoni ristretti.

(5)

Wara tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi fir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja, dak l-Istat Membru informa lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tiegħu, u stabbilixxa żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/28 (5) ġiet adottata wara l-informazzjoni li waslet mingħand dak l-Istat Membru dwar dik it-tifqigħa.

(7)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/28 ’l hawn, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja evolviet fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-reġjuni tal-Piemonte u tal-Liguria u għaldaqstant l-Italja implimentat il-miżuri ta’ kontroll meħtieġa u ġabret data ta’ sorveljanza addizzjonali.

(8)

Biex ikun evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ minn pajjiżi terzi, fil-livell tal-Unjoni u b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru jeħtieġ tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja. Din iż-żona infettata tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Italja.

(9)

Biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, sakemm iż-żona tal-Italja milquta mit-tifqigħa riċenti tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer stipulati fih, li japplikaw għall-movimenti tal-konsenji tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti minnhom barra minn dawn iż-żoni, jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawn il-konsenji miż-żona infettata stabbilita fl-Italja wara t-tifqigħa riċenti, apparti l-miżuri stipulati fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, iż-żona infettata jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness ta’ dan id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/605. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja u filwaqt li titqies iż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tixtered, jenħtieġ li f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jiġux awtorizzati movimenti ta’ konsenji tal-annimali porċini miżmuma u tal-prodotti minnhom lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi miż-żona infettata. Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll iż-żmien tal-elenkar taż-żona.

(11)

Għaldaqstant, biex jittaffew ir-riskji tat-tifqigħa riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’xi annimali porċini selvaġġi fl-Italja, jenħtieġ li l-movimenti tal-konsenji tal-annimali porċini miżmuma fiż-żona infettata u tal-prodotti minnhom lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi ma jiġux awtorizzati mill-Italja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni.

(12)

Għalhekk, iż-żona infettata fl-Italja jenħtieġ li tiġi stabbilita minnufih u tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni flimkien maż-żmien tal-elenkar taż-żona.

(13)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/28 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tagħha tistabbilixxi minnufih żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, u li din tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Italja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 ikunu japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

Artikolu 3

L-Italja għandha tiżgura li l-konsenji tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness u tal-prodotti minnhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/28 hija mħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-7 ta’ April 2022.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/28 tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (ĠU L 6, 11.1.2022, p. 1).


ANNESS

Iż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Italja kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2

Data sakemm applikabbli

Il-Muniċipalitajiet li ġejjin fil-Provinċja ta’ Alessandria (fir-reġjun tal-Piemonte): Cavatore, Castelnuovo Bormida, Cabella Ligure, Carrega Ligure, Francavilla Bisio, Carpeneto, Costa Vescovato, Grognardo, Orsara Bormida, Pasturana, Melazzo, Mornese, Ovada, Predosa

Lerma, Fraconalto, Rivalta Bormida, Fresonara, Malvicino, Ponzone, San Cristoforo, Sezzadio

Rocca Grimalda, Garbagna, Tassarolo, Mongiardino Ligure, Morsasco, Montaldo Bormida, Prasco, Montaldeo, Belforte Monferrato, Albera Ligure, Bosio

Cantalupo Ligure, Castelletto D'orba, Cartosio, Acqui Terme, Arquata Scrivia, Parodi Ligure, Ricaldone, Gavi, Cremolino, Brignano-Frascata, Novi Ligure, Molare, Cassinelle, Morbello, Avolasca, Carezzano, Basaluzzo, Dernice, Trisobbio, Strevi, Sant'Agata Fossili, Pareto, Visone, Voltaggio, Tagliolo Monferrato, Casaleggio Boiro, Capriata D'orba, Castellania, Carrosio, Cassine, Vignole Borbera, Serravalle Scrivia, Silvano D’orba, Villalvernia, Roccaforte Ligure, Rocchetta Ligure, Sardigliano, Stazzano, Borghetto Di Borbera, Grondona, Cassano Spinola, Montacuto, Gremiasco, San Sebastiano Curone, Fabbrica Curone

(8,45727278876742 44,63089265969160

8,55861517117922 44,74209723634160

9,13736453800926 44,66989975655660

9,15540681134747 44,61648181206380

8,73824220657282 44,72696646719320

8,61562007223858 44,69190602382560

8,93040363441492 44,81968883462180

8,49447544395196 44,62722764850570

8,56473539819401 44,68789339467210

8,74636288150420 44,75059273473320

8,42129291950308 44,63969537998470

8,75930326899722 44,62691881543910

8,63740139277921 44,62434812841120

8,63858222063218 44,75455782334510

8,71846974527489 44,62638068750350

8,89386001136932 44,58440010916580

8,55874665930415 44,71075156306240

8,69111333204035 44,78299430216140

8,41915790087027 44,55791198914240

8,49367163633172 44,55338822789150

8,74631123216426 44,69512008136360

8,58719060646501 44,75848315528430

8,64417289489248 44,68543047716730

8,99755707864655 44,78043205626340

8,76829094684916 44,72638568906850

9,07255271598525 44,64185166864540

8,54911684802305 44,66663867866640

8,59226750751732 44,69638794728860

8,53922967163181 44,64350156328750

8,72743143861598 44,66586866952670

8,67002201159106 44,60550700085100

9,10330699471010 44,70808583954200

8,78397023610347 44,57487653499660

9,06107451700302 44,73294309814000

8,70849659300505 44,68822313714590

8,42328778652507 44,59475249111450

8,46360750191520 44,68011546896980

8,88874777891277 44,67031750803820

8,75896336772026 44,67223782936240

8,47458185995056 44,73675717933340

8,81478031361033 44,68806247709180

8,57568502491472 44,63214498530620

9,04427456584015 44,81041974794140

8,79499080831824 44,76525022594960

8,59096726302438 44,57435395353490

8,55652874515147 44,57812296857710

8,52095609681052 44,59574712770110

8,97083253884797 44,81192928808210

8,89458260127221 44,80727990912480

8,71313346196787 44,76727375186560

9,04516435521301 44,76163066101660

8,58674249319950 44,65976966415050

8,52072973753048 44,69823396728840

8,90407538971857 44,78435487549180

8,40346525953094 44,51705875229720

8,50824775878796 44,65464001092950

8,84535265104008 44,60267033001400

8,69624966113450 44,61254452732950

8,74075623908678 44,61246848769640

8,69444380311572 44,72886154776960

8,93927313424989 44,79661096906260

8,83736482027039 44,65619000581520

8,51986190900926 44,75239968904180

8,90846531876548 44,70937403696430

8,85000461841281 44,72424123571250

8,67847355085801 44,67598286220460

8,85816294592197 44,81022548084300

9,01797825835193 44,68059762387700

9,05778535753977 44,69138187956990

8,91940789286359 44,76517145810900

8,89957005991554 44,73677723481390

8,96759163176693 44,73477101363680

8,96918397666821 44,69388675169590

8,86959918499003 44,77070494279810

9,10670296027467 44,76028087718580

9,10801126702959 44,80025258799040

9,07022073878190 44,78705109135660

9,16898010826526 44,74151039122800)

Il-Muniċipalitajiet li ġejjin fil-Provinċja ta’ Genova u Savona (fir-reġjun tal-Liguria): Il-Provinċja ta’ Genova: Bogliasco, Arenzano, Ceranesi, Ronco Scrivia, Mele, Isola Del Cantone, Lumarzo, Genova, Masone, Serra Riccò, Campo Ligure, Mignanego, Busalla, Bargagli, Savignone, Torriglia, Rossiglione, Sant'Olcese, Valbrevenna, Sori, Tiglieto, Campomorone, Cogoleto, Pieve Ligure, Davagna, Casella, Montoggio, Crocefieschi, Vobbia

(9,07701363054534 44,38959842091660

8,66736813999132 44,42141788217480

8,84168896064697 44,50558661644810

8,94455916421254 44,60591625352020

8,74668355712525 44,47140693595360

8,96292020330127 44,64550266645310

9,13302858749659 44,44947462784860

8,89334755666611 44,44190547215230

8,72187072459182 44,50202491949630

8,94661631372455 44,51422708949270

8,71098122547952 44,53265041525070

8,92005141205065 44,54376466069300

8,97012668135178 44,58419241630730

9,08636405507191 44,43426879118750

8,98918970809976 44,55703078598340

9,15245091467534 44,51663506957610

8,66319545541929 44,55618355383190

8,96002195224501 44,48295317055980

9,08636229562108 44,55749610563360

9,11289230015120 44,39246929611560

8,62116724861755 44,51375313303110

8,86276300281878 44,53751326563280

8,62185559483775 44,40833401227560

9,09204060174516 44,38370676685760

9,07717417132193 44,46435605006270

8,99713109929649 44,53346779043700

9,05104037279880 44,50828718343700

9,02466149981014 44,58527677522000

9,06161049957354 44,60168741199910)

Il-Provinċja ta’ Savona: Albisola Superiore, Celle Ligure, Stella, Pontinvrea, Varazze, Urbe, Sassello

(8,46967705260736 44,36287667391410

8,53655461135511 44,35287070993200

8,49665184874500 44,40170929565530

8,43822972522043 44,43186125338140

8,56797081202658 44,39381081934480

8,62192644453145 44,48230207013960

8,53174317384035 44,46875575698000)

is-7 ta’ April 2022