13.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/142 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/39
tat-12 ta’ Jannar 2022
li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u tar-rapporti annwali dwar il-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(5) u 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jitlob lill-Istati Membri sabiex jiġbru d-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, l-Istati Membri jridu jiġbru data bħal din fi ħdan il-qafas ta’ pjan ta’ ħidma nazzjonali. Pjanijiet bħal dawn, iridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel dik li fiha japplikaw, iridu jitfasslu f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (“EU MAP”). |
(3) |
L-EU MAP huwa previst mid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (3) u mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 (4). |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2017/1004, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ ħidma. |
(5) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-format tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali, f’konformità mar-rekwiżiti tad-data stabbiliti fl-EU MAP. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenza tal-15 ta’ Ottubru 2021 għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-2022, il-format previst minn din id-Deċiżjoni sar disponibbli għall-Istati Membri mid-19 ta’ Lulju 2021 u l-Istati Membri qablu li jippreżentaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom imsejsa fuq dan il-format. |
(6) |
Il-perjodu ta’ validità tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali kien jaqbel mal-perjodu ta’ żmien tal-EU MAP. Peress li l-EU MAP attwali mhux se jiskadi f’data fissa, jenħtieġ li l-perjodu ta’ validità tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali jiġi stabbilit f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li l-ewwel pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali ppreżentati f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni jkopru perjodu ta’ tliet sa sitt snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2022, biex jipprovdu l-istabbiltà meħtieġa għall-ġbir tad-data. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali waħdanin jew suċċessivi ma jaqbiżx il-31 ta’ Diċembru 2027, biex jiġi allinjat mal-perjodu ta’ programmazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1139 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (5). |
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tagħhom għall-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni u għall-approvazzjoni ta’ dawn ir-rapporti. |
(8) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-format tar-rapporti annwali f’konformità mar-rekwiżiti tad-data stabbiliti fl-EU MAP. Peress li r-rapporti annwali u l-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali huma msejsa fuq l-istess format, jenħtieġ li dak il-format jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali li se jkunu stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2022. |
(9) |
Peress li r-rapporti annwali u l-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali jissejsu fuq l-istess format, jenħtieġ li l-format mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283 (6) jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali stabbiliti għas-sena 2021. |
(10) |
Sabiex tippermetti d-divulgazzjoni f’waqtha tal-eżiti tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data u l-forniment f’waqtu tad-data lill-utenti aħħarin, jenħtieġ li l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tiġi stabbilita għall-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena li fiha jkun ġie implimentat il-pjan ta’ ħidma. |
(11) |
Il-Kummissjoni qieset ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (7). Ġew ikkonsultati wkoll ir-rappreżentanti tal-Istati Membri miġbura fi gruppi ta’ esperti speċifiċi. |
(12) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 (8) u (UE) 2018/1283 jistabbilixxu r-regoli għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali u tar-rapporti annwali f’konformità mar-rekwiżiti tad-data tal-EU MAP preċedenti. Jenħtieġ li dawk id-Deċiżjonijiet jitħassru, peress li din id-Deċiżjoni tipprevedi r-regoli għall-preżentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet u r-rapporti f’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tad-data. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontenut u perjodu ta’ applikazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma
1. Il-format tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (“EU MAP”) stabbilit bid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168, hu stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-ewwel pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għandhom ikopru perjodu minimu ta’ tliet snin u massimu ta’ sitt snin, mill-1 ta’ Jannar 2022 u jispiċċaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe pjan ta’ ħidma nazzjonali suċċessiv m’għandux jispiċċa aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 2
Kontenut u skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali
1. Ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data f’konformità mal-EU MAP għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mal-format stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data għas-sena kalendarja ta’ qabel.
Artikolu 3
Tħassir tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283
1. Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1701 u (UE) 2018/1283 huma b’dan imħassrin.
2. Sal-31 ta’ Mejju 2022, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti annwali msejsa fuq il-format mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 51).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 92).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1283 tal-24 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi regoli dwar il-format u l-iskedi ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ rapporti annwali dwar il-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 242, 26.9.2018, p. 1).
(7) STECF 19-03, 20-01 rapporti tal-EWG 19-12, 20-16, 20-18 (ħolqa għall-pubblikazzjoni).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 tad-19 ta’ Awwissu 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 153).
ANNESS
I – Format tal-pjanijiet ta’ ħidma u tar-rapporti annwali
I.1 Tqassim ġenerali u prinċipji tal-abbozzar
Il-pjanijiet ta’ ħidma u r-rapporti annwali fihom informazzjoni miġbura f’tabelli u f’kaxxi tat-test. Dan l-anness jelenka dawn it-tabelli u l-kaxxi tat-test, u jiddeskrivi l-kampi tagħhom.
Fejn Stat Membru ma jagħmilx ġbir ta’ data f’setturi koperti minn ċerti tabelli jew kaxxi tat-test, ma huwiex obbligat jissottometti t-tabelli jew il-kaxxi tat-test korrispondenti fil-pjan ta’ ħidma (WP) jew fir-rapport annwali (AR). L-Istati Membri għandhom jindikaw permezz ta’ (I/L) fit-tabella fil-qosor tal-WP liema tabelli u kaxxi tat-test huma inklużi u liema ma humiex.
Is-sezzjonijiet skurati griżi tat-tabelli u tal-kaxxi tat-test huma relatati biss mar-rapporti annwali. It-taqsimiet li jifdal huma relatati mal-pjanijiet ta’ ħidma u jridu jiġu kkupjati mingħajr tibdil fir-rapport annwali rilevanti. Il-kolonni li fihom formoli jenħtieġ li jimtlew awtomatikament.
I.2 Kompilazzjoni tar-rapport annwali
L-Istati Membri għandhom l-ewwel jittrasferixxu l-informazzjoni mill-pjanijiet ta’ ħidma adottati tagħhom għal kull tabella u kaxxa tat-test korrispondenti fir-rapport annwali, u mbagħad għandhom jimlew il-kolonni b’kulur griż addizzjonali.
Meta jiġi kkompilat ir-rapport annwali, l-Istati Membri ma għandhom jeditjaw l-ebda valur fit-tabelli jew fil-kaxxi tat-test li joriġinaw mill-pjanijiet ta’ ħidma aċċettati tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’:
— |
Tabella 1.2: laqgħat mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
— |
Tabella 1.3: ftehimiet ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
— |
Tabella 2.1: speċijiet mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
— |
Tabella 2.2: speċijiet, parametri jew skemi ta’ kampjunar ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
— |
Tabella 2.5: skemi jew oqfsa ġodda tal-kampjunar mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
It-Tabella 1.4 tapplika biss għar-rapport annwali. L-Istati Membri għandhom jużawha biex jispeċifikaw is-segwitu tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet relatati mad-data miġbura skont id-DCF fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali.
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jispjegaw id-devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma fil-“Kummenti tal-AR” rilevanti fit-tabelli, u fil-kaxxi tat-test fir-rapport annwali. Fil-kaxxi tat-test, huma għandhom jispeċifikaw l-azzjonijiet li se jittieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma fil-futur.
I.3 Ismijiet u kodifikazzjoni konsistenti, konformità mal-konvenzjonijiet
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ismijiet u l-kodifikazzjoni konsistenti ta’ irkapti, speċijiet, sajd, żoni tas-sajd u simili fit-tabelli u fil-kaxxi tat-test tal-pjanijiet ta’ ħidma u tar-rapporti annwali.
Fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jużaw kodiċijiet u ismijiet mit-tabelli rilevanti fl-annessi għad-deċiżjonijiet tal-EU MAP u konvenzjonijiet internazzjonali oħra, inklużi dawk miftiehma mill-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali.
Jekk Stat Membru jopera f’diversi reġjuni, huwa għandu jippreżenta l-attivitajiet tiegħu ta’ ġbir ta’ data kull reġjun, għal data bijoloġika, u kull suprareġjun, għal data ekonomika. L-istratifikazzjoni reġjonali hija inkluża fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168. L-Istat Membru għandu jippreżenta l-attivitajiet tiegħu barra mill-ilmijiet tal-UE miġbura f’taqsimiet reġjonali u fi ħdan ir-reġjun, skont l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (tal-ġestjoni) jew organizzazzjoni internazzjonali oħra. L-istess diviżjoni għandha tinżamm fit-tabelli u fil-kaxxi tat-test fil-pjanijiet ta’ ħidma u fir-rapporti annwali.
II – Deskrizzjoni tat-tabelli u tal-kaxxi tat-test
1: Informazzjoni Ġenerali
Qafas għall-ġbir tad-data fil-livell nazzjonali
Kumment ġenerali: Uża din il-kaxxa tat-test biex tiddeskrivi kif il-ġbir tad-data huwa organizzat fl-Istat Membru tiegħek (istituzzjonijiet involuti, informazzjoni ta’ kuntatt) u f’liema gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali (RCG) jipparteċipa l-Istat Membru tiegħek. |
Iddeskrivi l-qafas ġenerali tal-programm nazzjonali għall-ġbir tad-data fir-rigward tat-taqsimiet rilevanti tal-EU MAP. Jekk applikabbli, indika bidliet metodoloġiċi kbar fl-approċċ meta mqabbel mas-sena/snin preċedenti, u għal liema taqsima/taqsimiet japplikaw. Agħti l-isem, l-akronimu u d-dettalji ta’ kuntatt sħaħ tal-istituti kollha li jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-ġbir tad-data, u ddeskrivi fil-qosor ir-rwol tagħhom fil-pjan ta’ ħidma. Ipprovdi link għas-sit web nazzjonali għall-ġbir tad-data, jekk ikun hemm wieħed. (massimu ta’ 1 000 kelma) |
Tabella 1.1: Disponibilità ta’ data
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-data għal kull sett ta’ data. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli). |
Tabella tal-WP |
Indika t-tabella speċifika fil-pjan ta’ ħidma bid-dettalji tad-data korrispondenti. |
Sett ta’ data |
Indika s-sett ta’ data li għalih se tingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà. Ara MasterCodeList “Sett ta’ data”. |
Subsett ta’ data |
Indika s-subsett li għalih se tingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà. Ara MasterCodeList “Subsett tad-data”. |
Entrata speċifika |
Test liberu jekk meħtieġ |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew is-snin li fihom se jiġi implimentat il-pjan ta’ ħidma. |
Sena ta’ referenza |
Indika s-sena li għaliha se tinġabar id-data (eż. “N”, “N-1”). Is-sena ta’ implimentazzjoni hija “N”. |
Disponibbiltà tad-data |
Indika meta d-data miġbura matul is-sena ta’ referenza hija pjanata li tkun disponibbli. Kun kemm jista’ jkun preċiż (eż “N+1”, “N+1-it-tieni trimestru”, “N+1, data speċifika”, eċċ.). |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor |
Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-data għal kull sett ta’ data. Data ġdida mhux inkluża fil-pjan ta’ ħidma tista’ tiżdied bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
|
Żmien meta d-data kienet disponibbli |
Indika meta d-data saret disponibbli. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Tabella 1.2: Koordinazzjoni reġjonali u internazzjonali pjanata
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pjanata tal-Istat Membru f’laqgħat rilevanti għall-ġbir ta’ data taħt id-DCF. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Akronimu tal-laqgħat |
Indika akronimu uffiċjali għal-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jattendi. Bħala minimu, indika l-laqgħa nazzjonali ta’ koordinazzjoni anki jekk l-Istat Membru tiegħek iddeċieda li ma jorganizza l-ebda tali laqgħa; il-laqgħat kollha tal-RCG fejn ikun involut l-Istat Membru tiegħek; laqgħat annwali tal-RCG fejn l-Istat Membru tiegħek ma jkunx involut; il-Laqgħa ta’ kollegament; il-Laqgħa Nazzjonali tal-Korrispondenti. Jekk xi laqgħat ma jkunux jistgħu jiġu pjanati sal-mument li jiġi ppreżentat il-WP, tista’ żżid il-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek ikun attenda fl-AR. Indika fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jekk l-Istat Membru tiegħek ma jorganizza l-ebda laqgħa nazzjonali jew ma jipparteċipax f’RCG. |
Isem tal-laqgħat |
Daħħal l-isem uffiċjali sħiħ tal-laqgħat li l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jattendi. Tħallix kaxex vojta jekk imlejt il-kolonna tal-“Akronimu tal-laqgħa”. Indika fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jekk ma torganizza l-ebda laqgħa nazzjonali jew ma tipparteċipax f’RCG. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli). |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ laqgħat relatati mad-DCF li għalihom attendew. Laqgħat ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
|
Numru ta’ parteċipanti mill-Istati Membri |
Indika n-numru ta’ parteċipanti mill-Istat Membru tiegħek għal kull laqgħa. Daħħal “0” jekk l-ebda parteċipant ma attenda l-laqgħa. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Tabella 1.3: Ftehimiet bilaterali u multilaterali
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar il-ftehimiet ma’ Stati Membri oħra u kif qegħdin jintlaħqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali. Niżżel biss il-ftehimiet attwali u pjanati. Jekk ftehim jiskadi matul perjodu kopert mill-WP, immarka bħala “obsolet” fil-“Kummenti tal-AR” għas-sena li fiha ma jibqax fis-seħħ. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. Daħħal l-Istati Membri kollha involuti fi ftehim. Entrati multipli separati b’punt u virgola. |
Isem tal-ftehim |
Indika l-isem tal-ftehim. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li japplikaw l-istess isem għall-istess ftehim. |
Persuni ta’ kuntatt |
Ipprovdi l-isem u l-indirizz elettroniku tal-korrispondent nazzjonali minn kull Stat Membru involut fil-ftehim. |
Kontenut |
Iddeskrivi fil-qosor l-għan u l-kontenut tal-ftehim. Ipprovdi referenza sħiħa ċara jew link validu għad-dokumentazzjoni tal-ftehim, fejn ikun rilevanti, fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Koordinazzjoni |
Iddeskrivi fil-qosor kif tkun qiegħda ssir/se ssir il-koordinazzjoni u minn min. |
Deskrizzjoni tal-kampjunar/protokoll tal-kampjunar/intensità tal-kampjunar |
Iddeskrivi fil-qosor il-kampjunar li għandu jitwettaq skont il-ftehim. |
Trażmissjoni tad-data |
Indika liema Stat Membru huwa jew se jkun responsabbli għas-sottomissjoni ta’ liema sett ta’ data. |
Aċċess għall-bastimenti |
Indika permezz ta’ (I/L) jekk il-ftehim jimplikax xi forma ta’ aċċess għal bastimenti ta’ sħab oħra. Jekk l-aċċess ikun implikat, speċifika dan (imbark, kondiviżjoni tal-kampjuni mal-ħatt l-art eċċ.) fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Validità |
Indika s-sena meta jiskadi l-ftehim jew is-sena meta jkun ġie/se jiġi ffirmat il-ftehim, jekk dan jiġi estiż awtomatikament kull sena. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar il-bidliet fil-ftehimiet li għaddejjin. Ftehimiet ġodda mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fl-aħħar tat-tabella. |
|
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti jekk ikun hemm xi tibdil fil-ftehimiet matul is-sena ta’ implimentazzjoni. Uża “għadu għaddej” jekk il-ftehim ikun għadu operazzjonali; “obsolet” jekk ma jkunx għadu fis-seħħ; “ġdid” jekk jiżdied il-ftehim. |
Tabella 1.4: Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet u tal-ftehimiet
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 6(3)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1004. Uża din it-Tabella biex tipprovdi informazzjoni dwar kif l-Istat Membru tiegħek qed jippjana li jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet relatati mal-ġbir tad-data skont id-DCF fuq livell Ewropew u internazzjonali u kif se jiġu ssodisfati l-obbligi Ewropej u internazzjonali. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Sors tar-rakkomandazzjoni/tal-ftehim |
Indika s-sors tar-rakkomandazzjoni bħala akronimu ta’ Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali (RCG) rilevanti, Laqgħa ta’ Kollegament (LM), Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti (EWG) tal-STECF, eż. “LM 2020”, “STECF EWG 20-08”. |
Taqsima tal-EU MAP |
Indika għal liema paragrafu fl-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP hija relatata r-rakkomandazzjoni (eż. 1. Prinċipji ġenerali, 5. Data soċjoekonomika dwar is-sajd, eċċ.). Jekk rakkomandazzjoni tkun relatata ma’ diversi taqsimiet, indika dawn kollha. Jekk rakkomandazzjoni tapplika għat-taqsimiet kollha tal-EU MAP, daħħal “kollha”. |
Suġġett |
Indika s-suġġett li għalih tapplika r-rakkomandazzjoni, eż. “Kwalità tad-data”, “Stħarriġ” eċċ. |
Numru tar-rakkomandazzjoni |
Jekk applikabbli, indika n-numru speċifiku tar-rakkomandazzjoni. Inkella, daħħal “MA”. |
Rakkomandazzjoni/Ftehim |
Irreferi biss għar-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet applikabbli għall-Istat Membru tiegħek. Ma hemmx bżonn li jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet u l-ftehimiet li ma japplikawx għall-Istat Membru tiegħek (eż. dwar it-Termini ta’ Referenza tal-gruppi ta’ esperti, dwar azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, eċċ.). Għall-ftehimiet, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li japplikaw l-istess deskrizzjoni għall-istess ftehim. |
Azzjoni ta’ segwitu |
Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda jew li għandhom jittieħdu. |
Kummenti tal-AR |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 1a: Deskrizzjoni tal-istudji tat-test
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Kapitolu II, il-punt 1.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
||||||
(massimu ta’ 900 kelma kull studju) |
||||||
Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ). Il-kisba tal-eżiti mistennija oriġinali tal-istudju u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ. L-inkorporazzjoni tar-riżultati tal-istudju f’kampjunar regolari mill-Istat Membru. (massimu ta’ 900 kelma kull studju) |
Kaxxa tat-Test 1b: Attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ data
Kumment ġenerali: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi informazzjoni dwar attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ data li huma relatati mal-programm operazzjonali tal-EMFAF tiegħek u li jeħtieġ li jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma u fir-rapport annwali. Iddeskrivi l-attivitajiet li huma ffinanzjati mid-DCF iżda li jissodisfaw l-objettivi taħt prijoritajiet oħra tal-EMFAF, bħall-għarfien dwar il-baħar, jew l-attivitajiet iffinanzjati mid-DCF, iżda mingħajr rabta diretta mar-rekwiżiti speċifiċi tal-EU MAP jew mat-tabelli tal-mudell tal-WP, bħas-sajd tal-ilma ħelu. Tista’ tinkludi wkoll studji speċifiċi ta’ darba għal ħtieġa partikolari ta’ utent finali li ma jidħlux fil-ġbir regolari tad-data. |
||||||
(massimu ta’ 900 kelma kull attività) |
||||||
Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ). Il-kisba tal-eżiti oriġinali mistennija u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ. Segwitu għall-attivitajiet (x’inhuma l-passi li jmiss, kif se jintużaw ir-riżultati). (massimu ta’ 900 kelma kull attività) |
2: Data bijoloġika
Tabella 2.1: Lista tal-ispeċijiet/istokkijiet meħtieġa
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-ġbir ta’ data fil-livell taż-żona/tal-istokk. L-individwi kollha inklużi fil-kampjun għandhom jiġu identifikati fil-livell tal-ispeċi u jitteħdilhom kejl tat-tul, fejn ikun possibbli. Data bijoloġika oħra differenti mit-tul hija speċifikata fit-Tabella 2.2, u tista’ tinkludi data miġbura fl-istħarriġ fuq il-baħar. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Perjodu ta’ referenza |
Indika s-sena/snin li għalihom fil-fatt tirreferi d-data. Agħżel it-tliet snin rappreżentattivi l-aktar reċenti qabel l-ewwel sena tal-perjodu WP (l-ebda aġġornament tal-perjodu ta’ referenza meħtieġ fil-perjodu WP), bid-data disponibbli. Agħti s-sena/snin ta’ referenza bħala eż. “2018-2020”. Meta l-perjodu ta’ referenza jvarja mill-aktar tliet snin reċenti, ikkjarifika dan fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Speċi |
Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet/istokkijiet kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għar-reġjuni u għaż-żoni kollha fejn topera l-flotta tas-sajd tal-Istat Membru tiegħek. Meta l-flotta topera f’reġjun ikkombinat (eż. il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed), niżżel l-ispeċijiet kollha għal dak ir-reġjun. Tista’ żżid ringieli addizzjonali, fl-aħħar, għal speċijiet jew stokk mhux inklużi fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, li għalihom il-kampjunar huwa meħtieġ mill-Istat Membru tiegħek, mill-RFMOs jew huwa miftiehem fil-livell tar-reġjun tal-baħar. Iġġustifika tali inklużjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Żona |
Indika ż-żona għall-ispeċi/istokk imsemmija, f’konformità mal-kolonna 3 tat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
Ħatt l-art medju fis-snin ta’ referenza (tunnellati) |
Daħħal il-ħatt l-art medju fis-sena fil-perjodu ta’ referenza tal-istatistika għal kull speċi u stokk. Jekk l-ispeċi ma tinħattx, f’dak il-każ daħħal “Xejn”. Ipprovdi n-numru eżatt ta’ tunnellati mingħajr pożizzjonijiet deċimali. |
Sors tad-data użat għall-ħatt l-art nazzjonali medju |
Daħħal is-sors tad-data għall-ħatt l-art nazzjonali medju. Ara MasterCodeList “Sors tad-Data”. |
TAC tal-UE (jekk hemm) (%) |
Tapplika biss għal stokkijiet li huma soġġetti għal regolamenti dwar it-TAC u l-kwoti. Daħħal “Xejn”, jekk l-Istat Membru tiegħek ma jkollu l-ebda sehem fit-TAC tal-UE tal-istokk ikkonċernat. Daħħal il-perċentwal tas-sehem (valur bejn 0 u 100) jekk l-Istat Membru tiegħek ikollu sehem fit-TAC tal-UE tal-istokk ikkonċernat. Jekk it-TAC tirreferi għal diversi speċijiet ikkombinati, daħħal il-perċentwal tas-sehem fit-TAC għal kull speċi u indika l-kombinazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. Fil-każ ta’ swap ta’ kwoti sinifikanti (aktar minn 50 % tas-sehem tat-TAC), indika l-volum tal-iswap fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. Daħħal “MA” jekk l-istokk ma jkunx ġestit mit-TAC. F’dan il-każ imla l-kolonna “Sehem (%) fil-ħatt l-art tal-UE”. |
Sehem (%) fil-ħatt l-art tal-UE |
Japplika għall-istokkijiet kollha li għalihom ma ġiet iddefinita l-ebda TAC (s’issa). Daħħal “Xejn”, jekk l-Istat Membru tiegħek ma jkollu l-ebda ħatt l-art tal-istokk ikkonċernat. Daħħal il-perċentwal tas-sehem (valur bejn 0 u 100), jekk l-Istat Membru tiegħek ikollu ħatt l-art tal-istokk ikkonċernat. |
Sors tad-data użat għall-ħatt l-art tal-UE |
Daħħal is-sors tad-data għall-ħatt l-art tal-UE. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”. |
Ir-regoli tal-limitu użati |
Indika liema regoli ta’ soll japplikaw, meta speċi ma tintgħażilx għall-kampjunar. Għal speċijiet li jintgħażlu għall-kampjunar, daħħal “Xejn”. Għall-ispeċijiet diadromi niżżel “Xejn”, peress li ma japplika l-ebda soll għalihom skont il-MAP tal-UE. Uża l-ġerarkija tar-regoli: 1) “TAC < 10 %”, 2) “Ħatt l-art < 10 %”, 3) “Ħatt l-art < 200 t”. Jekk l-Istat Membru tiegħek ma għandux ħatt l-art/qabdiet f’“żona ta’ speċi” partikolari, daħħal “Ħatt l-art < 200 t”. Ara MasterCodeList “Ir-regoli tal-limitu użati”. |
Ftehim ta’ koordinazzjoni reġjonali fil-livell tal-istokk |
Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm ftehim reġjonali dwar il-kampjunar tal-istokk. Jekk ikun hemm ftehim reġjonali, irreferi għall-isem tal-ftehim fit-Tabella 1.3. Jekk skemi differenti ta’ kampjunar ta’ diversi speċijiet japplikaw għall-istess stokk u mhux kollha kemm huma jkunu kkoordinati reġjonalment, spjega s-sitwazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Koperta minn skema ta’ kampjunar kummerċjali għat-tul |
Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi/istokk ikunu koperti minn kampjunar kummerċjali għat-tul. Stokk jitqies kopert mill-kampjunar jekk l-istrutturi tat-tul ikunu ntbagħtu lill-utenti finali regolarment matul l-aħħar tliet snin, jew jekk ikun kopert minn qafas ġdid tal-kampjunar bi pjan biex l-istruttura tat-tul tintbagħat lill-RFMO/RFO/IO rilevanti fil-futur. |
Magħżul għall-kampjunar ta’ varjabbli bijoloġiċi |
Daħħal “I” (iva) jekk l-ispeċi/l-istokk ikunu ntgħażlu għall-kampjunar għal mill-anqas varjabbli wieħed tat-Tabella 2.2 tal-pjan ta’ ħidma, u daħħal “L” (le) jekk le. Kun ċert li l-istokkijiet kollha mmarkati b’“I” f’dan il-kamp għandhom entrata fit-Tabella 2.2. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ individwi tal-ħut imkejla għal kull speċi/stokk. Speċijiet/stokk ġodda, mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma, jistgħu jiddaħħlu bħala ringieli addizzjonali enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella. |
|
In-numru miksub ta’ individwi mkejla għat-tul fil-livell nazzjonali mill-kampjunar kummerċjali |
Indika n-numru totali ta’ individwi tal-ħut imkejla għat-tul fil-livell nazzjonali mis-sajd kummerċjali. |
In-numru miksub ta’ kampjuni għat-tul fil-livell nazzjonali mill-kampjunar kummerċjali |
Indika n-numru ta’ kampjuni (unitajiet ta’ kampjunar primarju – PSUs) mis-sajd kummerċjali li minnu nkiseb in-numru ta’ individwi. Anki meta speċi ma tintgħażilx għall-kampjunar, iżda tinġabar id-data, daħħal in-numru ta’ kampjuni hawnhekk. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara d-differenzi possibbli bejn in-numri miksuba meta mqabbla mal-aspettattivi bbażati fuq il-protokoll. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.1. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 2.1: Lista tal-ispeċijiet/istokkijiet meħtieġa
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tapplika għar-rapport annwali u tikkomplementa t-Tabella 2.1. |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka d-devjazzjonijiet (jekk ikun hemm) fil-ġbir tad-data (tulijiet biss) miksub meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat. Ir-raġunijiet ġenerali għal devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma f’termini ta’ ġbir ta’ data pjanat vs. dak miksub jenħtieġ li jkunu miġbura fil-qosor f’din it-taqsima, filwaqt li kummenti ddettaljati dwar id-devjazzjonijiet fir-rigward tal-ispeċijiet/istokkijiet partikolari jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonna “Kummenti tal-AR” fit-Tabella 2.1. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (Kaxxa tat-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
Tabella 2.2: Ippjanar tal-kampjunar għall-varjabbli bijoloġiċi
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data bijoloġika (għajr it-tul) li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għall-ispeċijiet elenkati f’din it-tabella, għandhom jintwerew varjabbli bijoloġiċi (età, piż, proporzjon tas-sess, maturità u fekondità) li huma pjanati li jinġabru. It-tabella għandha tinkludi wkoll id-data miġbura skont l-istħarriġiet fuq il-baħar speċifikati fit-Tabella 2.6, u mis-sajd rikreattiv speċifikat fit-Tabella 2.4. Għas-sajd kummerċjali, din it-tabella jenħtieġ li tkun konsistenti mat-Tabella 2.1. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Speċi |
Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet li għalihom huwa meħtieġ kampjunar tal-varjabbli bijoloġiċi skont it-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għar-reġjuni u għaż-żoni kollha fejn topera l-flotta tas-sajd tal-Istat Membru. Daħħal biss dawn l-ispeċijiet li għandhom “I” fil-kolonna “Magħżula għall-kampjunar ta’ varjabbli bijoloġiċi” tat-Tabella 2.1. |
Żona |
Indika ż-żona għall-ispeċi/istokk imsemmija, f’konformità mal-kolonna 3 tat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-data miġbura fl-istħarriġiet fuq il-baħar (it-Tabella 2.6) jew mis-sajd rikreattiv (it-Tabella 2.4), poġġi l-erja/i koperta/i fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Varjabbli bijoloġiku |
Daħħal il-varjabbli bijoloġiku li jrid jinġabar. Ara MasterCodeList “Varjabbli Bijoloġiku”. Elenka biss il-varjabbli bijoloġiċi li qed tippjana li tiġbor għal kull speċi/stokk mill-inqas darba matul il-perjodu tal-kampjunar. Jekk qed tippjana li tiġbor varjabbli f’sena waħda biss, poġġi “0” fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar” għal snin oħra meta ma jkun pjanat ebda kampjunar għal dan il-varjabbli. Daħħal kull varjabbli fuq linja separata u evita li ddaħħal varjabbli multipli fl-istess ċellola. Għas-sajd rikreattiv biss tista’ ddaħħal it-“tul” bħala varjabbli bijoloġiku. |
Ġbir tad-data mitlub mill-utent finali |
Indika jekk il-ġbir tad-data huwiex ibbażat fuq talba tal-utent finali bl-użu ta’ “I” (iva) jew “L” (le). Għal data li hija obbligatorja skont l-EU MAP, huwa mistenni li awtomatikament tkun “I”. Għal data addizzjonali, daħħal “I” (eż. minħabba li korp nazzjonali jew RCG jitlob ċertu tip ta’ ġbir tad-data) jew “L” (eż. meta l-ġbir tad-data jantiċipa użu possibbli fil-futur). |
Tip ta’ osservazzjoni |
Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”. |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar |
Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata. Għall-istħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, irrapporta biss l-iskemi ta’ kampjunar għall-ispeċijiet ewlenin fil-mira kif elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar |
Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni”*“Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. Għal stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP - ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”. Jekk il-ħatt l-art tal-Istat Membru tiegħek jiġi kkampjunat minn Stat Membru ieħor skont ftehim bilaterali jew multilaterali, poġġi ringiela f’din it-tabella li tirreferi għall-identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar tal-Istat Membru l-ieħor. |
Kampjunar opportunistiku (O) jew pjanat (P) |
Jekk in-numru ta’ individwi inklużi fil-kampjun ikun relatat ma’ skemi ta’ kampjunar fil-punti 2.4, 2.5 jew 2.6 daħħal “O” (“opportunistiku”) u l-ebda ċifra (“N/A”) fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar”. Jekk in-numru ta’ individwi inklużi fil-kampjun ikun relatat ma’ skema ta’ kampjunar speċifika għall-varjabbli bijoloġiċi, daħħal “P” (“pjanat”) u ipprovdi ċifra fil-kolonna “Numru ta’ individwi għall-kampjunar”. |
Numru ta’ individwi għall-kampjunar |
Daħħal “N/A” f’każ ta’ kampjunar Opportunistiku (“O”), u ċifra pjanata f’każ ta’ kampjunar Pjanat (“P”). Daħħal “0” f’każ li ma jkun pjanat l-ebda ġbir għal sena partikolari. |
Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali |
Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar dan il-varjabbli tal-istokk, indika l-isem tal-ftehim bħal fit-Tabella 1.3. |
Kumment ġenerali: L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar in-numru ta’ ħut imkejjel għal kull speċi, żona, varjabbli bijoloġiku, u skema ta’ kampjunar. Speċijiet/varjabbli/skemi ġodda, mhux inklużi fil-pjan ta’ ħidma, jistgħu jiżdiedu bħala ringieli addizzjonali, enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella. |
|
Numru miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali |
Indika n-numru totali ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali. Niżżel “0” jekk ma jkun sar l-ebda kampjunar fis-sena ta’ rapportar. Għal kampjunar opportunistiku minn stħarriġiet ta’ riċerka fuq il-baħar, tista’ ddaħħal “MA”. |
Numru miksub ta’ kampjuni |
Indika n-numru ta’ kampjuni (PSU kif iddefinit fl-Anness 1.1) li minnhom inkiseb in-numru ta’ individwi. Niżżel “0” jekk ma jkun sar l-ebda kampjunar fis-sena ta’ rapportar. Għal stħarriġiet ta’ riċerka fuq il-baħar, daħħal “MA”. |
% miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali |
Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola: 100 * (“Numru miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun fil-livell nazzjonali”)/(“Numru ta’ individwi għall-kampjunar”) “N/A” tindika kampjunar opportunistiku jew l-ebda kampjunar għal varjabbli partikolari. |
Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw il-% miksub ta’ individwi inklużi fil-kampjun |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn il-kejl miksub u dak pjanat tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. “N/A” tindika kampjunar opportunistiku. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza indikata fil-kolonna T. Jekk xi speċijiet ikunu żdiedu għall-kampjunar fis-sena ta’ implimentazzjoni, spjega fil-qosor ir-raġuni. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.2. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 2.2: Ippjanar tal-kampjunar għall-varjabbli bijoloġiċi
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tapplika għar-rapport annwali u tikkomplementa t-Tabella 2.2. |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka d-devjazzjonijiet (jekk ikun hemm) fil-ġbir miksub ta’ data bijoloġika (minbarra t-tulijiet), meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat. Ir-raġunijiet ġenerali għal devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma f’termini ta’ ġbir ta’ data pjanat vs. dak miksub jenħtieġ li jkunu miġbura fil-qosor f’din it-taqsima, filwaqt li kummenti ddettaljati dwar id-devjazzjonijiet fir-rigward tal-ispeċijiet/istokkijiet partikolari jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonna “Kummenti tal-AR” fit-Tabella 2.2. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet. Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
Tabella 2.3: Il-ġbir tad-data għall-ispeċijiet diadromi fl-ilma ħelu
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(b) u l-punt 2.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tad-data li għandha tinġabar dwar is-sajd kummerċjali u rikreattiv fl-ilma ħelu u fl-ilmijiet interni għas-salamun, it-trotta tal-baħar u s-sallur. Inkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn id-data li għandha tinġabar minn stħarriġiet ta’ riċerka dwar is-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur fl-ilma ħelu, u dwar is-sallur fi kwalunkwe ħabitat rilevanti inkluż l-ilmijiet kostali. Uża t-Tabelli 2.1, 2.2 u 2.5 biex tiddeskrivi l-ġbir tad-data dwar l-ispeċijiet diadromi mis-sajd kummerċjali fil-baħar. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Speċi |
Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċi. Elenka l-ispeċijiet kollha mit-Tabella 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, anki jekk ma jkunx hemm speċi fl-Istat Membru. |
Unità tal-ġestjoni/Xmara |
Għas-salamun u għat-trota tal-baħar, indika x-xmara. Għas-sallura, indika l-Unità tal-Ġestjoni tas-Sallura (EMU). |
Korp tal-ilma |
Daħħal l-isem tax-xmara (għas-salamun u għat-trota tal-baħar) jew ta’ korp ieħor tal-ilma (għas-sallura). |
Speċi preżenti fl-Istat Membru |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi tkun preżenti fl-Istat Membru, anki jekk ma tkunx inkluża fil-kampjun. |
Tip ta’ osservazzjoni |
Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”. |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar |
Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata. |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar |
Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. |
Raġunijiet għan-nuqqas ta’ kampjunar |
Jekk l-ispeċi tkun meħtieġa skont it-Tabella 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP jew tintgħażel fil-livell reġjonali, iżda mhux miġbura, indika r-raġuni(jiet) għan-nuqqas ta’ kampjunar ta’ din l-ispeċi, b’referenzi speċifiċi u b’evidenza xjentifika fejn xieraq (eż. speċijiet mhux preżenti fiż-żona, regolamenti/liġijiet fil-pajjiż eċċ.). |
Stadju tal-ħajja |
Indika l-istadju tal-ħajja tal-ispeċi (eż. ħġieġ, isfar, fidda, parr, smolt, adult eċċ.). Ara MasterCodeList “Stadju tal-ħajja”. |
Miftiehem fl-RCG |
Id-deżinjazzjoni tax-xmajjar u ta’ korpi oħrajn tal-ilma li għandhom jiġu mmonitorjati għas-sallura, għas-salamun u għat-trota tal-baħar għandha tiġi miftiehma fil-livell tal-RCG u titwettaq fil-livell nazzjonali. Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm rakkomandazzjoni tal-RCG jew ftehim reġjonali biex jittieħed kampjun f’siti ta’ kampjunar speċifikati. |
Ġbir ta’ data mis-sajd/indipendenti |
Indika jekk id-data toriġina minn qabdiet kummerċjali jew rikreattiv (F = sajd) jew minn sorsi oħra (I = indipendenti). |
Varjabbli diadromu |
Indika l-varjabbli li għandhom jinġabru. Eżempji: l-abbundanza tar-rekluti (sallura tal-ħġieġ), l-abbundanza tal-istokk wieqaf (sallura safra), in-numru, il-piż u l-proporzjon tas-sess tas-sallur tal-fidda li jemigra, l-abbundanza ta’ smolt, parr u n-numru ta’ individwi axxendenti fix-xmajjar għas-salamun adult u t-trota tal-baħar. Jekk il-varjabbli ma jinġabrux direttament iżda jiġu stmati, iddeskrivi l-metodu ta’ stima fil-Kaxxa tat-Test 2.3. Daħħal kull varjabbli f’ringieli separati. Ara MasterCodeList “Varjabbli diadromu”. |
Metodi |
Indika l-metodi użati (eż. nases, sajd b’kurrent elettriku, counter, ġurnali ta’ abbord eċċ. jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-metodi) li minnhom se tinkiseb id-data. Iddeskrivi l-metodu/istrateġija tal-kampjunar anki fid-dokument ta’ kwalità (l-Anness 1.1). |
Unità |
Għal kull metodu, indika l-unità pjanata tar-rapportar tad-data (in-numru, is-siti, in-numru ta’ individwi, eċċ.). |
Numru minimu pjanat ta’ unitajiet |
Indika n-numri minimi pjanati għall-unità magħżula. (eż. in-numru ta’ nases, in-numru ta’ counters, in-numru ta’ siti ta’ sajd b’kurrent elettriku, eċċ.). |
Frekwenza |
Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Oħrajn”, speċifika l-frekwenza fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar in-numri miksuba u testi qosra biex tispjega kwalunkwe diverġenza mill-pjan ta’ ħidma. |
|
Numru ta’ unitajiet miksuba |
Indika n-numru ta’ unitajiet miksuba. |
% ta’ unitajiet miksuba |
Il-perċentwal ta’ unitajiet miksuba. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola: 100 * (“Numru ta’ unitajiet miksuba”)/(“Numru minimu pjanat ta’ unitajiet”). |
Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ unitajiet miksuba |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ unitajiet tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza bejn in-“Numru ta’ unitajiet miksuba” u n-“Numru pjanat ta’ unitajiet”. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.3. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 2.3: Il-ġbir tad-data għall-ispeċijiet diadromi fl-ilma ħelu
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(b) u l-punt 2.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din il-kaxxa tat-test biex tagħti ħarsa ġenerali tal-metodoloġija użata biex tinġabar id-data dwar is-sajd kummerċjali u rikreattiv fl-ilma ħelu u fl-ilmijiet interni għas-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur. Inkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn id-data li għandha tinġabar minn stħarriġiet ta’ riċerka dwar is-salamun, it-trota tal-baħar u s-sallur fl-ilma ħelu, u dwar is-sallur fi kwalunkwe ħabitat rilevanti inkluż l-ilmijiet kostali. |
Metodu magħżul għall-ġbir tad-data. Iddeskrivi fil-qosor il-metodu għall-ġbir tal-varjabbli ppreżentat fit-Tabella 2.3. Deskrizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu inklużi fl-Anness 1.1. Jekk il-varjabbli ma jinġabrux direttament iżda jiġu stmati, il-metodu ta’ stima jenħtieġ li jiġi deskritt hawnhekk. (massimu ta’ 250 kelma kull speċi u żona) |
In-numri pjanati nkisbu? Iva/Le Jekk it-tweġiba hija Le, spjega għaliex le, u x’miżuri ttieħdu biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konformità. (massimu ta’ 500 kelma kull speċi u żona) |
Tabella 2.4: Sajd rikreattiv
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont il-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata. Uża din it-tabella biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, li tinkludi wkoll qabdiet rikreattivi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Għall-ispeċijiet diadromi tal-ilma ħelu, uża t-Tabella u l-Kaxxa tat-Test 2.3. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Speċi |
Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet/istokkijiet għall-kampjunar tas-sajd rikreattiv. Bħala minimu, indika l-ispeċijiet mit-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, sakemm ma tkunx ġiet miftiehma lista alternattiva fil-livell reġjonali. Inkludi wkoll speċijiet identifikati minn studji pilota u/jew ħtiġijiet ta’ ġestjoni għas-sajd rikreattiv u/jew miftiehma fil-livell reġjonali, anki jekk speċi ma teżistix fl-Istat Membru. Lista tal-ispeċijiet elażmobranki u tal-ispeċijiet tal-ICCAT li jpassu ħafna individwalment (linja waħda għal kull speċi). Għal skemi ta’ kampjunar ta’ diversi speċijiet bħal stħarriġiet bit-telefon jew stħarriġiet ta’ skrinjar, tista’ ddaħħal “L-ispeċijiet kollha”. |
Żona/i koperta/i |
Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti mis-sajd u/jew kampjunar. Iż-żona għandha tkun parti jew, jekk applikabbli, erja sħiħa kif indikat fit-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, għall-ispeċijiet elenkati f’dik it-tabella. Uża t-Tabella 2.3 għas-sajd rikreattiv fl-ilma ħelu fuq is-sallur, is-salamun u t-trota tal-baħar. |
Speċi preżenti fl-Istat Membru |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-ispeċi tkun preżenti fl-Istat Membru anki jekk ma tkunx inkluża fil-kampjun. |
Liċenzja |
Indika jekk l-awtorità delegata teħtieġx liċenzja ġenerali, speċifika għall-ispeċi, speċifika għall-irkaptu, speċifika għaż-żona, jew l-ebda liċenzja. Ara MasterCodeList “Liċenzja”. |
Raġunijiet għan-nuqqas ta’ kampjunar |
Jekk l-ispeċi tkun meħtieġa skont it-Tabella 4 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP jew tintgħażel fil-livell reġjonali, iżda mhux miġbura, indika r-raġuni(jiet) għan-nuqqas ta’ kampjunar ta’ din l-ispeċi, b’referenzi speċifiċi u b’evidenza xjentifika fejn xieraq (eż. speċijiet mhux preżenti fiż-żona, regolamenti/liġijiet fil-pajjiż eċċ.). |
Miftiehem fl-RCG |
Id-deżinjazzjoni tal-ispeċijiet ta’ interess għandha tiġi miftiehma fil-livell reġjonali. Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk ikun hemm rakkomandazzjoni tal-RCG jew ftehim reġjonali biex jitwettaq il-kampjunar rispettiv. |
Hija pjanata stima annwali tal-qabda totali? |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma l-qabda għal kull speċi (piż u/jew numri), għall-ispeċijiet imsemmija. |
Hija pjanata stima tal-perċentwal annwali ta’ qabdiet rilaxxati ħajjin? |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma r-rata ta’ ħut li jinħeles ħaj għal kull speċi għall-ispeċijiet imsemmija. Spjega fid-dokument ta’ kwalità (l-Anness 1.1) kif jiġu kkalkolati dawn l-istimi. |
Huwa pjanat il-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi? |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-Istat Membru tiegħek jippjana li jistma l-kompożizzjoni tal-qabda (eż. it-tul, l-istruttura tal-età) għall-ispeċijiet imsemmija. |
Hemm limitu reġjonali għall-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi relatati mal-istokkijiet? |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għall-ispeċijiet imsemmija, japplikax limitu għall-ġbir ta’ data bijoloġika minn qabdiet rikreattivi, li huwa miftiehem u kkoordinat fil-livell tar-reġjun tal-baħar abbażi tal-ħtiġijiet tal-utent aħħari. Din il-kolonna għandha timtela biss meta “I” tkun indikata fil-kolonna preċedenti (“Huwa pjanat il-ġbir ta’ varjabbli bijoloġiċi?”). |
Tip ta’ osservazzjoni |
Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”. |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar |
Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata. |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar |
Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. |
Frekwenza |
Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Oħrajn”, speċifika l-frekwenza fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor |
Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar l-istima tal-kwantitajiet tal-qbid u l-perċentwal rilaxxat, u l-ġbir tad-data dwar il-kompożizzjoni tal-qbid għas-sajd rikreattiv implimentat mill-Istati Membri. |
|
Kwantitajiet annwali stmati tal-qbid skont l-ispeċi |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, il-piż tal-qabda annwali (tunnellati) huwiex stmat għas-sena kampjunarja. |
Perċentwal annwali stmat ta’ rilaxx |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, il-perċentwal annwali rilaxxat huwiex stmat għas-sena kampjunarja. |
Ġbir ta’ data bijoloġika |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk, għal kull speċi msemmija, id-data bijoloġika tinġabarx għas-sena kampjunarja. |
Evalwata minn esperti/korpi esterni |
Indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk l-istħarriġ huwiex evalwat minn esperti/korpi esterni. Jekk it-tweġiba tkun “I”, identifika l-evalwatur (eż. WGRFS, ICCAT) u pprovdi aktar dettalji dwar l-evalwazzjonijiet (sena, parti mill-istħarriġ, progress eċċ.) fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Kaxxa tat-Test 2.4: Sajd rikreattiv
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din il-kaxxa tat-test biex tagħti ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġija użata għall-ġbir tad-data dwar il-qabdiet rikreattivi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Għall-ispeċijiet diadromi tal-ilma ħelu, uża t-Tabella u l-Kaxxa tat-Test 2.3. |
Deskrizzjoni tal-iskema/istħarriġ ta’ kampjunar skont it-Tabella 2.4. (massimu ta’ 900 kelma kull reġjun) |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksuba, meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet. Azzjoni biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu riżultati. (massimu ta’ 900 kelma kull reġjun) |
Tabella 2.5: Deskrizzjoni tal-pjan ta’ kampjunar għad-data bijoloġika
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 2.1(a) u l-punt 4.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella tirreferi għad-data li għandha tinġabar skont it-Tabella 1 u skont ir-regolamenti speċifikati fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-tabella biex tidentifika l-iskemi ta’ kampjunar kollha dipendenti fuq is-sajd kummerċjali fl-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jelenka l-oqsma tal-kampjunar fi ħdan l-iskema, it-tip ta’ unità primarja tal-kampjunar (PSU — primary sampling unit) u l-ammont previst ta’ PSUs li se jkunu disponibbli fis-sena tas-sottomissjoni. Għal kull qafas tal-kampjunar, l-Istat Membru għandu jirreġistra n-numru ta’ PSUs li jkun qiegħed jippjana li jwettaq. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Perjodu ta’ referenza |
Indika s-sena/snin li għalihom fil-fatt tirreferi d-data. Agħżel it-tliet snin rappreżentattivi l-aktar reċenti qabel l-ewwel sena tal-perjodu WP (l-ebda aġġornament tal-perjodu ta’ referenza meħtieġ fil-perjodu WP), bid-data disponibbli. Agħti s-snin ta’ referenza bħala eż. “2018-2020”, “2017-2019”. Meta l-perjodu ta’ referenza jvarja mill-aktar tliet snin reċenti, ikkjarifika dan fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
Tip ta’ osservazzjoni |
Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għal kull tip ta’ skema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”. |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar |
Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata. |
Kopertura tal-ispeċi |
Indika jekk it-tip ta’ skema ta’ kampjunar*it-tip ta’ osservazzjoni jkoprix l-ispeċi kollha jew parti minnha biss. Ara MasterCodeList “Kopertura tal-ispeċi”. Jekk iddaħħal “Speċijiet/Stokkijiet magħżula”, ipprovdi dettalji speċifiċi fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1). |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar |
Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar” * “Kopertura tal-ispeċi”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. Jekk il-ħatt l-art tal-Istat Membru tiegħek jiġi kkampjunat minn Stat Membru ieħor skont ftehim bilaterali jew multilaterali, poġġi ringiela f’din it-tabella li tirreferi għall-identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar tal-Istat Membru l-ieħor. Żid ringiela “barra l-kwadru” għal kull identifikatur tal-iskema tal-kampjunar, anki jekk il-popolazzjoni kollha tal-kampjunar tkun koperta. F’dan il-każ, daħħal “0” għan-numru PSU pjanat, u dduplika speċifikazzjonijiet oħra (eż. it-tip ta’ osservazzjoni, il-frekwenza, it-tip ta’ PSU, eċċ.). |
Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar |
Indika kodiċi jew isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull qafas tal-kampjunar fi ħdan l-iskema ta’ kampjunar. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test. Biex tipprovdi għarfien dwar il-kopertura reali tad-disinn tal-kampjunar, daħħal mill-anqas ringiela waħda għal kull “Reġjun” * “RFMO” * kombinazzjoni ta’ “Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar” għal partijiet barra mill-qafas tal-popolazzjoni. Huwa rrakkomandat għall-kombinazzjonijiet kollha, iżda jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-anqas għal dawk fejn it-“Tip ta’ skema ta’ kampjunar”=“vjaġġ tas-sajd kummerċjali”. |
Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar |
Iddeskrivi fil-qosor (test liberu) il-qafas tal-kampjunar (eż. bastimenti tat-tkarkir fil-GSA 22; bastimenti tas-sajd bil-purse-seine fil-kosta tal-Punent; portijiet taż-żona tal-Majjistral, eċċ.). Jekk ikun meħtieġ, żid deskrizzjoni aktar dettaljata fil-Kaxxa tat-Test 2.5. |
Kopertura spazjali tal-qafas tal-kampjunar |
Indika l-kopertura spazjali tal-qafas tal-kampjunar (eż. iż-żona tal-ICES, il-GSA tal-GFCM, iż-żona tan-NAFO, iż-żoni ta’ kampjunar tal-ICCAT, eċċ.). L-Istati Membri jiddeċiedu indipendentement dwar iż-żoni ta’ qafas tal-kampjunar. |
Frekwenza |
Indika l-frekwenza pjanata tal-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Mhux magħruf” jew “Oħra”, spjega fil-kolonna “Kummenti tal-WP” jew fil-Kaxxa tat-Test 2.5. |
Tip ta’ PSU |
Indika l-unità primarja tal-kampjunar (PSU) f’kull qafas tal-kampjunar. Il-PSUs jistgħu jkunu vjaġġ tas-sajd, bastiment tas-sajd, jum tas-sajd, port, vjaġġ, bastiment*vjaġġ, bastiment*ġimgħa, port*jum, port*ġimgħa, port*xahar, eċċ. |
Metodu tal-għażla tal-PSU |
Indika l-metodu/i għall-għażla tal-unità primarja tal-kampjunar (PSU). Ara MasterCodeList “Għażla tal-PSU”. |
Frazzjoni tal-qabda |
Indika liema frazzjoni tal-qabda trid tiġi koperta mill-kampjunar. Ara MasterCodeList “Frazzjoni tal-qabda”. Jekk iddaħħal “Oħrajn”, iddeskrivi l-frazzjoni fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Numru medju ta’ PSUs matul il-perjodu ta’ referenza |
Daħħal in-numru annwali medju ta’ PSUs fil-perjodu ta’ referenza. Inkludi l-PSUs kollha, mhux biss dawk inklużi fil-kampjun. |
Numru pjanat ta’ PSUs |
Indika n-numru pjanat ta’ PSUs li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom kull sena għas-sena/snin ta’ implimentazzjoni. Jekk skema ta’ kampjunar tkopri l-popolazzjoni fil-mira kollha, daħħal “0” fir-ringiela “barra mill-kwadru”. |
Osservazzjoni tal-PETS koperta fi ħdan l-iskema tal-kampjunar |
Daħħal “I” (iva) meta l-osservazzjoni ta’ speċijiet protetti, fil-periklu, mhedda u sensittivi (PETS) tkun koperta fl-identifikatur tal-iskema tal-kampjunar, u “L” (le) jekk ma tkunx inkluża. |
Il-protokoll tal-kampjunar jippermetti l-kwantifikazzjoni tal-isforz ta’ osservazzjoni tal-PETS? |
Daħħal “I” (iva) jekk l-isforz ta’ osservazzjoni tal-PETS jista’ jiġi kkwantifikat. L-isforz ta’ osservazzjoni jista’ jkopri vjaġġ sħiħ, jew parti minn vjaġġ. Osservazzjoni parzjali ta’ vjaġġ tista’ tinkludi frazzjoni magħrufa ta’ kalati, separazzjoni/proċessar jew qbid. |
Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali |
Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor, jew informazzjoni ulterjuri meħtieġa jekk “oħrajn” tkun intużat f’kolonni preċedenti. Fil-każ ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar l-iskema ta’ kampjunar, indika l-isem tal-ftehim bħal fit-Tabella 1.3. |
Kumment ġenerali: Din it-tabella jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-livell miksub ta’ kampjunar mill-Istati Membri u wkoll jekk ikunu ġew immonitorjati qabdiet inċidentali ta’ speċijiet protetti, fil-periklu, mhedda jew sensittivi (PETS). Skema jew qafas ġdid, mhux inkluż fil-pjan ta’ ħidma, jista’ jiddaħħal bħala ringieli addizzjonali enfasizzati bil-griż, fi tmiem it-tabella. |
|
Numru totali ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni |
Daħħal in-numru totali ta’ PSUs li kienu disponibbli għall-għażla għall-qafas tal-kampjunar speċifikat fis-sena ta’ implimentazzjoni. |
Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni |
Daħħal in-numru ta’ PSUs li minnhom inġabret b’suċċess id-data għall-qafas tal-kampjunar speċifikat fis-sena ta’ implimentazzjoni. |
% miksub ta’ PSUs |
Il-perċentwal ta’ PSUs miksub fis-sena ta’ rapportar. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola: 100 * (“Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”)/(“Numru pjanat ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”) |
Diverġenza (%) tas-sena ta’ implimentazzjoni vs. perjodu ta’ referenza |
Id-diverġenza f’perċentwal tas-sena ta’ implimentazzjoni vs. il-perjodu ta’ referenza. Din il-kolonna timtela awtomatikament bl-użu ta’ formola: 100 * (“Numru totali ta’ PSUs fis-sena ta’ implimentazzjoni”)/(“Numru medju ta’ PSUs matul il-perjodu ta’ referenza tal-istatistika”) Dan il-perċentwal jipprovdi d-dimensjoni tad-diverġenza bejn is-sitwazzjoni eżistenti meta tfassal l-ippjanar u s-sitwazzjoni reali matul is-sena ta’ kampjunar. |
Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ PSUs miksuba |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ PSUs tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
Numru ta’ bastimenti attivi uniċi fil-qafas tal-kampjunar |
Daħħal in-numru ta’ bastimenti attivi uniċi matul is-sena ta’ implimentazzjoni għall-qafas tal-kampjunar speċifikat, bl-użu tad-definizzjoni ta’ “bastiment attiv” mill-Kapitolu 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli biex il-qafas tal-kampjunar jintrabat mal-bastimenti tas-sajd, inkluż il-kampjunar fuq l-art. |
Numru ta’ bastimenti uniċi fil-kampjun |
Daħħal in-numru ta’ bastimenti uniċi inklużi fil-kampjun matul is-sena ta’ implimentazzjoni għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat. Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art. |
Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-qafas tal-kampjunar |
Daħħal in-numru totali ta’ vjaġġi tas-sajd għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat. Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art. |
Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun |
Daħħal in-numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun għall-iskema ta’ kampjunar u l-qafas speċifikat. Irrapporta din l-informazzjoni kull meta jkun possibbli li l-kampjuni jintrabtu ma’ bastimenti, inkluż il-kampjunar fuq l-art. |
Perċentwal ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun fejn l-osservatur ikun iddedika ħin biex jirreġistra l-qabda inċidentali ta’ PETS |
Indika l-perċentwal tal-vjaġġi fil-kampjun fejn l-osservatur ikun wettaq osservazzjoni ddedikata għal PETS. Din l-osservazzjoni tinkludi wkoll każijiet fejn tkun ġiet irreġistrata qabda inċidentali żero ta’ PETS, sakemm l-osservatur kien qed ifittex kampjuni maqbuda inċidentalment. Jekk l-isforz ta’ osservazzjoni jkun iffukat biss fuq xi tipi ta’ PETS (mammiferi, rettili, eċċ.), indika dan fil-kolonna “Kummenti tal-AR”, u jekk ikun meħtieġ, fil-Kaxxa tat-Test 4.2. |
Numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun b’apparat ta’ mitigazzjoni għal PETS |
Daħħal in-numru ta’ vjaġġi tas-sajd fil-kampjun fejn kien intuża apparat ta’ mitigazzjoni għal PETS, għall-iskema ta’ kampjunar u għall-qafas speċifikat. |
Numru ta’ speċijiet b’kejl tat-tul |
Daħħal in-numru ta’ speċijiet li għalihom ġie rreġistrat il-kejl tat-tul. Din hija distinta mill-ispeċijiet li għalihom tkun inġabret id-data bijoloġika. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment bejn in-“Numru pjanat ta’ PSUs” u n-“Numru miksub ta’ PSUs fis-sena ta’ kampjunar”. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.5. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 2.5: Deskrizzjoni tal-pjan ta’ kampjunar għad-data bijoloġika
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 2.1(a) tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa t-Tabella 2.5. |
Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar ipprovduti fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1). Din isservi biex tenfasizza informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar li l-Istat Membru jqis utli biex jifhem id-disinn tal-kampjunar pjanat għar-reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni. Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar Tista’ żżid informazzjoni kuntestwali speċifika relatata ma’ reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni, pereżempju billi tenfasizza żviluppi ġodda li għadhom ma humiex dettaljati fid-dokument ta’ kwalità, fl-adattament reġjonali u/jew fil-perspettivi għall-futur. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar bħal fit-Tabella 2.5. Deskrizzjoni addizzjonali tal-oqfsa tal-kampjunar Tista’ żżid deskrizzjoni komplementari ma’ dak li tinkludi l-kolonna tad-“Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur u isem bħal fil-kolonni “Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar” u “Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5, u fl-istess ordni (Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar + Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar). (Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksub meta mqabbel ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
Tabella 2.6: Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(1)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitoli I u II tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Din it-Tabella hija maħsuba biex tispeċifika liema stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar stabbilit fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP u liema stħarriġ addizzjonali se jitwettaq mill-Istat Membru. |
|||||||||||
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
||||||||||
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
||||||||||
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
||||||||||
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
||||||||||
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli). |
||||||||||
L-isem tal-istħarriġ ta’ riċerka |
Daħħal l-isem tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar. Għall-istħarriġ obbligatorju uża l-isem mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”. Bħala minimu, elenka:
Tista’ telenka stħarriġ ta’ riċerka mhux obbligatorju. Indika l-ismijiet ta’ dak l-istħarriġ f’konformità mal-ismijiet ta’ stħarriġ nazzjonali. |
||||||||||
Akronimu tal-istħarriġ ta’ riċerka |
Daħħal l-akronimu tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar. Għal stħarriġ obbligatorju uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”. Jenħtieġ li l-akronimi tal-istħarriġ użati f’din it-tabella jkunu konsistenti mal-informazzjoni fil-kolonna “Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar” fit-Tabella 2.2. |
||||||||||
Stħarriġ ta’ riċerka obbligatorju |
Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar huwa inkluż fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP; inkella daħħal “L” (le). |
||||||||||
Ir-regoli tal-limitu użati |
Indika liema regoli tal-limitu japplikaw, jekk ikun hemm, għall-Istat Membru tiegħek biex ma jikkontribwixxix għall-istħarriġ. Ara MasterCodeList “Ir-regoli tal-limitu użati”. Għal stħarriġ obbligatorju, daħħal waħda mill-għażliet li ġejjin:
Għal stħarriġ mhux obbligatorju, daħħal “Xejn”. |
||||||||||
Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali |
Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali. |
||||||||||
Ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet iffirmat mill-Istati Membri |
Daħħal “I” (iva) jekk l-Istat Membru tiegħek ikun iffirma ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet; inkella daħħal “L” (le). Jekk japplika ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, irreferi għall-ftehim fit-Tabella 1.3. |
||||||||||
Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri |
Indika l-forma ta’ parteċipazzjoni kif imsemmi fil-MasterCodeList “Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri”. Imla din il-kolonna għall-istħarriġiet kollha tar-riċerka fuq il-baħar imwettqa mill-Istat Membru tiegħek, irrispettivament minn kwalunkwe ftehim fil-livell reġjonali. It-“Tip ta’ parteċipazzjoni ta’ SM” fi stħarriġ partikolari jirrigwarda l-istħarriġ sħiħ għall-Istati Membri kollha u mhux biss iż-żona/i koperta/i mill-Istat Membru tiegħek.
Għal tipi oħra ta’ parteċipazzjoni minbarra “Finanzjarja”, iddeskrivi t-tip ta’ parteċipazzjoni, u/jew l-isfond tagħha f’aktar dettall taħt il-mistoqsija numru 4 fil-Kaxxa tat-Test 2.6. |
||||||||||
Żona/i koperta/i |
Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti. Għal stħarriġ obbligatorju, iż-żona għandha tkun parti jew, jekk applikabbli, żona sħiħa kif indikat fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. |
||||||||||
Perjodu ta’ żmien (xahar) |
Indika l-perjodu ta’ żmien (xhur kalendarji f’numri separati b’virgola) pjanat li jkun kopert mill-Istat Membru tiegħek. |
||||||||||
Frekwenza |
Indika l-frekwenza tal-istħarriġ. Ara MasterCodeList “Frekwenza”. Jekk iddaħħal “Mhux magħruf” jew “Oħra”, spjega fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
||||||||||
Grupp ta’ ppjanar internazzjonali rilevanti |
Daħħal l-akronimu tal-grupp internazzjonali rilevanti inkarigat mill-ippjanar tal-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar u l-RFMO/RFO/IO korrispondenti tiegħu (eż. IBTSWG-ICES jew GFCM). Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Uża l-akronimu tal-grupp ta’ ppjanar f’konformità mal-konvenzjoni tal-ismijiet fl-RFMO/RFO/IO. Jekk ma jkun hemm l-ebda grupp ta’ ppjanar, RFMO, RFO jew IO responsabbli għall-ippjanar tal-istħarriġ, daħħal “MA” (mhux applikabbli). Jekk disponibbli, ipprovdi link għal paġna web b’aktar informazzjoni dwar il-grupp ta’ ppjanar tal-istħarriġ. |
||||||||||
Jiem fuq il-baħar pjanati |
Daħħal in-numru ta’ jiem fuq il-baħar pjanati għat-twettiq tal-istħarriġ ta’ riċerka. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastimenti (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li qed jippjana u jwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Tip ta’ attivitajiet ta’ kampjunar |
Indika t-tip ta’ attivitajiet ewlenin ta’ kampjunar. L-attivitajiet ewlenin ta’ kampjunar huma miftiehma fil-grupp rilevanti inkarigat mill-ippjanar tal-istħarriġ. Tista’ ssemmi wkoll attivitajiet addizzjonali ta’ kampjunar, deċiżi mill-Istat Membru tiegħek. Uża linja separata għal kull tip ta’ attività ta’ kampjunar fi stħarriġ, filwaqt li tirrepeti l-informazzjoni mill-kolonni preċedenti. Uża l-kategoriji li ġejjin: kalati tat-tkarkir, idrografija, kalati tal-plankton, profili akustiċi, kalati tal-iskart, kampjuni ta’ invertebrati bentiċi, monitoraġġ ta’ qiegħ il-baħar, eċċ. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Membri”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li jippjana u jwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati |
Indika n-numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastimenti (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għall-pjan ta’ ħidma nazzjonali tal-Istat Membru li qed jippjana u jwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Bażi tad-data tal-istħarriġ ta’ riċerka |
Daħħal l-isem tal-bażi tad-data, nazzjonali jew internazzjonali, fejn tinħażen id-data miġbura. Jekk disponibbli, żid il-link għall-bażi tad-data. Jekk ma teżisti l-ebda bażi tad-data, daħħal “Xejn”. Jekk id-data tinħażen f’bażijiet tad-data nazzjonali u internazzjonali, daħħal biss dawn tal-aħħar. Jekk jogħġbok innota li: din il-kolonna tapplika għall-eżistenza ta’ bażi tad-data fejn tinħażen id-data. |
||||||||||
Link għall-manwal tal-istħarriġ |
Indika fejn jista’ jinstab il-manwal tal-istħarriġ tar-riċerka. Għal stħarriġ obbligatorju u kkoordinat internazzjonalment, ipprovdi link għall-manwal internazzjonali, anki jekk ikun hemm stabbilit ukoll manwal nazzjonali. Għal stħarriġ mhux obbligatorju, link għall-manwal (inter)nazzjonali hija fakultattiva. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, daħħal “Ebda link disponibbli”. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda manwal, daħħal “Ebda manwal disponibbli”. |
||||||||||
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor |
||||||||||
Fil-każ ta’ parteċipazzjoni finanzjarja, sar il-ħlas? |
Fil-każ ta’ parteċipazzjoni finanzjarja fi stħarriġ ta’ riċerka bħala parti minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, indika permezz ta’ “I” (iva) jew “L” (le) jekk sarx il-ħlas. Jekk ma japplika l-ebda ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet, daħħal “MA” (mhux applikabbli). |
||||||||||
Jiem fuq il-baħar miksuba |
Daħħal in-numru ta’ jiem fuq il-baħar miksuba matul l-istħarriġ ta’ riċerka. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar miksuba |
Indika n-numru ta’ unitajiet fil-mira fil-kolonna “Numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar pjanati” li nkisbu matul l-istħarriġ. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Sottomissjonijiet oħrajn tad-data |
Daħħal “I” (iva) jekk id-data mhux ipproċessata tiġi sottomessa lil korpi xjentifiċi oħra għajr il-bażi tad-data rilevanti, u “L” (le) jekk le. |
||||||||||
L-istħarriġ twettaq fil-perjodu ta’ żmien uffiċjali? |
Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka twettaq fil-perjodu ta’ żmien tal-istħarriġ uffiċjali, u “L” (le) jekk le. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Il-kampjunar twettaq fiż-żona tal-istħarriġ uffiċjali? |
Daħħal “I” (iva) jekk l-istħarriġ ta’ riċerka twettaq fiż-żona tal-istħarriġ uffiċjali, u “L” (le) jekk le. Jekk l-istħarriġ ikun soġġett għal ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-parteċipazzjoni tal-Istat Membru tiegħek ma tinkludix il-ħin tal-bastiment (“Tip ta’ parteċipazzjoni tal-Istat Membru”), irreferi għar-rapport annwali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-istħarriġ. |
||||||||||
Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw numru ta’ attivitajiet ta’ kampjunar miksuba |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ attivitajiet ta’ kampjunar tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
||||||||||
Indikazzjoni jekk il-Kummenti tal-AR humiex meħtieġa fir-rigward tal-kopertura temporali u spazjali |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk il-kopertura spazjali jew temporali ma tkunx ġiet issodisfata. Jekk f’waħda mill-kolonni tkun ġiet irrapportata “L”, din tiġi mmarkata b’“x” u l-Istat Membru jintalab jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
||||||||||
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk ikun hemm diskrepanza indikata fil-kolonni AB u AC. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 2.6. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 2.6: Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(1)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitoli I u II tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Huwa maħsub li jispeċifika liema stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar, kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP se jitwettaq. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk l-istħarriġ ta’ riċerka jkunx inkluż fit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP jew jekk ikunx stħarriġ addizzjonali. |
||||||||
(Uża kaxxa tat-test waħda kull stħarriġ) Isem tal-istħarriġ ta’ riċerka
(massimu ta’ 450 kelma kull stħarriġ) |
||||||||
(massimu ta’ 450 kelma kull stħarriġ) |
3: Data dwar l-attività tas-sajd
Tabella 3.1: Strateġija għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tkopri l-varjabbli indikati fit-Tabella 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, minbarra l-varjabbli relatati mal-ilmijiet interni (sallura), u tiddeskrivi l-metodu użat biex jiġu dderivati l-istimi għall-kampjuni rappreżentattivi fejn id-data ma għandhiex tiġi rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Kontroll (KE) Nru 1224/2009 jew fejn id-data miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ma tkunx fil-livell ta’ aggregazzjoni t-tajjeb għall-użu xjentifiku maħsub. It-Tabella 3.1 jenħtieġ li timtela biss jekk ikun pjanat ġbir komplementari tad-data. |
|||||||
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
||||||
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
||||||
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”. |
||||||
Suprareġjun |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”. |
||||||
Indikatur Ġeografiku |
L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti għal segment tal-flotta, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”. |
||||||
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
||||||
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli). |
||||||
Indikatur tal-attività |
Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: “Attiv baxx”; “Attiv”; u “MA”. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija dwar kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk ma jiġix applikat livell ta’ attività, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”. |
||||||
Isem is-segment jew il-cluster |
Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament. Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList. It-tabella 3.1 jenħtieġ li tinkludi biss is-segmenti li huma rrapportati fit-Tabella 5.1. |
||||||
Varjabbli tal-attività tas-sajd |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Daħħal il-varjabbli, mhux il-gruppi ta’ varjabbli. Ara MasterCodeList “Varjabbli tal-attività tas-sajd”. |
||||||
Sors tad-data |
Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”. |
||||||
Skema għall-ġbir tad-data |
Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”. |
||||||
Rata pjanata tal-kampjun (%) |
Għal kull sors ta’ data, indika (%) il-perċentwal pjanat ta’ kopertura, abbażi tan-numri ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir ta’ data komplementari.
|
||||||
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
||||||
Sena ta’ referenza AR |
Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data |
||||||
Numru ta’ bastimenti |
Daħħal in-numru ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir tad-data kumplementari. Il-popolazzjoni hija bbażata fuq il-bastimenti attivi u inattivi rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar. |
||||||
Numru tal-kampjun pjanat |
Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numru ta’ bastimenti pjanati għall-ġbir tad-data komplementari. “Numru pjanat tal-kampjun” = “Numru ta’ bastimenti” * “Rata pjanata tal-kampjun” |
||||||
Numru ta’ rispons miksub |
Daħħal in-numru ta’ tweġibiet għall-ġbir tad-data komplementari għal kull wieħed mis-sorsi u l-varjabbli tad-data. |
||||||
Rata ta’ rispons (%) |
Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun “Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat”) % |
||||||
Kopertura miksuba (%) |
Il-kopertura miksuba min-numru ta’ bastimenti soġġetti għall-ġbir tad-data komplementari. “Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ bastimenti taħt ġbir ta’ data komplementari”) % |
||||||
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Kaxxa tat-Test 3.1: Strateġija għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Hija maħsuba biex tiddeskrivi l-metodu użat biex jinkisbu l-istimi ta’ kampjuni rappreżentattivi fejn id-data ma għandhiex tiġi rreġistrata skont ir-Regolament ta’ Kontroll (KE) Nru 1224/2009 jew fejn id-data miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ma tkunx fil-livell ta’ aggregazzjoni t-tajjeb għall-użu xjentifiku maħsub. Il-Kaxxa tat-Test 3.1 jenħtieġ li timtela biss jekk ikun pjanat ġbir tad-data komplementari. |
Spjega r-raġunijiet għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data komplementari L-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar hija disponibbli fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.2). Madankollu, l-Istat Membru huwa mistieden jenfasizza informazzjoni addizzjonali hawnhekk dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar meqjusa meħtieġa biex jinftiehem id-disinn attwali tal-kampjunar pjanat għas-sena/snin ta’ implimentazzjoni. (massimu ta’ 900 kelma) |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka l-bidliet mill-pjan ta’ ħidma (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (massimu ta’ 900 kelma) |
Kaxxa tat-Test 3.2: Strateġija għall-ġbir tad-data dwar il-varjabbli tal-attività tas-sajd (għas-sajd kummerċjali intern tas-sallura)
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 3.2 tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub biex jiddeskrivi l-metodi u s-sorsi tad-data użati biex tiġi stmata l-kapaċità tas-sajd, l-isforz u d-data dwar il-ħatt l-art. |
Iddeskrivi l-ġbir tad-data tal-ħatt l-art, tal-isforz u tal-kapaċità tas-sajd kummerċjali intern tas-sallura. Elenka jew iddeskrivi, pereżempju, in-numru ta’ entitajiet tas-sajd, il-metodi tas-sajd, u l-unitajiet assoċjati użati. (massimu ta’ 900 kelma) |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka l-bidliet mill-pjan ta’ ħidma (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (massimu ta’ 900 kelma) |
4: L-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
Tabella 4.1 Kampjunar u analiżi tal-istonku
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament 2017/1004 u l-Kapitolu II, il-punt 4.3 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika l-pjan ta’ kampjunar biex jinġabar u jiġi analizzat il-kontenut tal-istonku. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena li fiha se tiġi implimentata l-attività. Daħħal ringiela waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni u inkludi s-snin kollha mill-perjodu tal-pjan ta’ ħidma. |
Reġjun |
Ara MasterCodeList “Reġjuni”. Jekk l-informazzjoni tirreferi għar-reġjuni kollha, uża l-kodiċi “ir-reġjuni kollha”. |
RFMO/RFO/IO |
Daħħal l-akronimu tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFO) jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali (IO) li jipprovdu ġestjoni/parir dwar l-ispeċi/istokk. Ara MasterCodeList “RFMO/RFO/IO”. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda RFMO, RFO jew IO, uża “MA” (mhux applikabbli). |
Żona/i koperta/i |
Indika ż-żoni pjanati li jridu jiġu koperti. Għal stħarriġ obbligatorju, iż-żona għandha tkun l-istess bħal dik indikata fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. |
Tip ta’ osservazzjoni |
Indika t-tip ta’ attività ta’ osservazzjoni użata biex tinġabar id-data għat-tip speċifikat tal-iskema ta’ kampjunar. Ara MasterCodeList “Tip ta’ osservazzjoni”. |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar |
Daħħal it-tip ta’ skema ta’ kampjunar użata. Ara MasterCodeList “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Ir-referenza għat-tipi ta’ skemi ta’ kampjunar jenħtieġ li tkun konsistenti fit-tabelli kollha fejn tidher din il-kolonna. Kull tip ta’ skema ta’ kampjunar jenħtieġ li jiġi rrapportat f’ringiela separata. |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar |
Indika isem uniku (test liberu) biex tidentifika kull kombinazzjoni ta’ “Tip ta’ osservazzjoni” * “Tip ta’ skema ta’ kampjunar”. Uża referenza identika fil-kaxxi tat-test u fl-Anness 1.1. Għal stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, uża l-akronimu mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP - ara MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”. |
Isem il-pjan ta’ ħidma reġjonali |
Indika l-isem tal-pjan ta’ ħidma reġjonali fis-seħħ jekk ikun hemm. Uża akronimu jekk jeżisti wieħed. Daħħal “L” (le) jekk ma japplika l-ebda pjan ta’ ħidma reġjonali. |
Perjodu ta’ żmien (trimestru) |
Indika l-perjodu ta’ żmien (trimestri, separati b’virgola jekk aktar minn wieħed) pjanat li jkun kopert mill-Istat Membru tiegħek. Jekk japplika pjan reġjonali għall-kampjunar tal-istonku, irreferi għal dak il-pjan. |
Speċijiet għall-kampjunar tal-istonku |
Indika l-isem xjentifiku tal-ispeċijiet li għalihom huwa pjanat kampjunar tal-istonku. Uża l-ismijiet tal-ispeċijiet mit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
Numru mistenni ta’ stonkijiet |
Daħħal in-numru mistenni ta’ kampjuni tal-istonku abbażi tal-protokoll tal-kampjunar. (eż. jekk il-protokoll isemmi ħames ħutiet għal kull klassi tat-tul għal speċi, agħti stima ta’ kemm jistgħu jkunu mistennija klassijiet ta’ tul għal dik l-ispeċi abbażi tas-snin preċedenti, u mmultiplika b’ħamsa). Jekk ma japplika l-ebda protokoll ta’ kampjunar tal-istonku, iġġustifika n-numru mistenni ta’ stonkijiet li għandhom jinġabru fil-kolonna “Kummenti tal-WP”. |
Link għall-protokoll tal-kampjunar tal-istonku |
Indika fejn jista’ jinstab il-protokoll tal-kampjunar tal-istonku. Ipprovdi link għal manwal internazzjonali, anki jekk ikun hemm fis-seħħ manwal nazzjonali wkoll. Daħħal “L” jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda protokoll ta’ kampjunar tal-istonku. |
Tekniki metaġenomiċi |
Indika “I” (Iva) jekk it-tekniki metaġenomiċi se jintużaw fil-kampjunar tal-istonku jew “L” (le) jekk le. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor |
Numru ta’ stonkijiet meħuda bħala kampjun |
Indika n-numru ta’ stonkijiet miġbura. |
Il-kampjunar twettaq fil-perjodu/i ta’ żmien pjanat(i)? |
Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) biex tindika jekk il-kampjunar tal-istonku twettaqx jew le fil-perjodu ta’ żmien pjanat. |
Il-kampjunar twettaq fiż-żona/i pjanata/i? |
Daħħal “I” (iva) jew “L” (le) biex tindika jekk il-kampjunar tal-istonku twettaqx jew le fiż-żona/i pjanata/i. |
Indikazzjoni jekk humiex meħtieġa Kummenti tal-AR li jikkonċernaw in-numru ta’ kampjuni miksuba |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk id-diskrepanza bejn in-numru pjanat u dak miksub ta’ kampjuni tkun anqas minn 90 % jew aktar minn 150 %. Il-valuri barra minn din il-medda huma mmarkati b’“x”, u l-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
Indikazzjoni jekk il-Kummenti tal-AR humiex meħtieġa fir-rigward tal-kopertura temporali u spazjali |
Din il-kolonna timtela awtomatikament jekk il-kopertura spazjali u temporali ma tkunx ġiet issodisfata. Jekk f’waħda mill-kolonni tkun ġiet irrapportata “L”, din tiġi mmarkata b’“x” u l-Istat Membru jintalab jipprovdi kumment fil-kolonna “Kummenti tal-AR”. Tista’ timla wkoll il-kolonna “Kummenti tal-AR” mingħajr l-indikazzjoni. |
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma, speċjalment jekk hemm diskrepanza indikata fil-kolonni P u Q. Indika f’din il-kolonna jekk jingħataw kummenti estiżi fil-Kaxxa tat-Test 4.1. Tista’ żżid kwalunkwe kumment ieħor. |
Kaxxa tat-Test 4.2: Qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u (b), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 4.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa t-Tabella 2.5. |
||||||||||||||
Din il-kaxxa tat-test tikkomplementa l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar ipprovduti fid-dokument tal-kwalità (l-Anness 1.1). Dan iservi biex jenfasizza l-informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kampjunar u l-oqfsa tal-kampjunar relatati mal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi. Informazzjoni addizzjonali dwar l-ippjanar tal-osservazzjoni tal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi (jekk diġà mtlew fl-Anness 1.1, jekk jogħġbok indika fejn tista’ tinstab):
Informazzjoni addizzjonali dwar il-protokolli tal-osservaturi (jekk diġà mtlew fl-Anness 1.1, indika fejn tista’ tinstab):
Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi ta’ kampjunar Tista’ żżid informazzjoni kuntestwali speċifika relatata ma’ reġjun u s-sena/snin ta’ implimentazzjoni, pereżempju billi tenfasizza żviluppi ġodda li għadhom ma humiex dettaljati fid-dokument ta’ kwalità, fl-adattament reġjonali u/jew fil-perspettivi għall-futur. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar bħal fit-Tabella 2.5. Deskrizzjoni addizzjonali dwar l-oqfsa tal-kampjunar Tista’ żżid deskrizzjoni komplementari ma’ dak li tinkludi l-kolonna tad-“Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5. Daħħal l-informazzjoni taħt l-istess identifikatur u isem bħal fil-kolonni “Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar” u “Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar” tat-Tabella 2.5, u fl-istess ordni (Identifikatur tal-qafas tal-kampjunar + Deskrizzjoni tal-qafas tal-kampjunar). (Kaxxa bit-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
||||||||||||||
Riżultati Ipprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk disponibbli, f’din il-kaxxa tat-test. Pereżempju, informazzjoni fil-qosor dwar in-numru ta’ individwi rreġistrati bħala qbid inċidentali għal kull speċi, grupp ta’ rkaptu u metodu ta’ monitoraġġ b’informazzjoni dwar l-istat tal-annimali (jiġifieri jekk ġewx rilaxxati ħajjin, mejtin, jew miġbura għall-kampjunar). Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma L-Istat Membru għandu jelenka d-devjazzjonijiet (jekk hemm) fil-ġbir ta’ data miksuba meta mqabbla ma’ dak li kien pjanat fil-pjan ta’ ħidma u jispjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet L-Istat Membru għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati jew li ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (Kaxxa tat-test waħda ta’ massimu ta’ 1 000 kelma kull reġjun/RFMO/RFO/IO) |
Kaxxa tat-Test 4.3: Impatt tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(a) u 2(b), l-Artikolu 6(3)(a), 3(b) u 3(c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 u l-Kapitolu 2, il-punt 4.2 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Tinkludi informazzjoni dwar studji addizzjonali dwar l-impatt tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar. |
||||||
(massimu ta’ 900 kelma kull studju) |
||||||
Deskrizzjoni qasira tar-riżultati (inkluż id-devjazzjonijiet mill-pjan u ġustifikazzjonijiet għaliex jekk dan kien il-każ). Il-kisba tal-eżiti oriġinali mistennija u ġustifikazzjoni jekk dan ma kienx il-każ. Segwitu għall-attivitajiet (x’inhuma l-passi li jmiss, kif se jintużaw ir-riżultati). (massimu ta’ 900 kelma kull studju) |
5: Data ekonomika u soċjali fis-sajd
Tabella 5.1: Popolazzjoni totali u raggruppament tal-flotta
Kumment ġenerali: Din it-tabella hija maħsuba biex tindika d-daqs tas-segmenti tal-flotta u tal-iskemi ta’ raggruppament. Il-popolazzjoni għandha tinkludi l-bastimenti attivi u inattivi kollha rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar. |
|
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”. |
Suprareġjun |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”. |
Indikatur Ġeografiku |
L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti għal segment tal-flotta, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”. |
Indikatur tal-attività |
Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: “Attiv baxx”; “Attiv”; u “MA”. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija dwar kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk ma jiġix applikat livell ta’ attività, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”. |
Teknika tas-sajd |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Ara MasterCodeList “Teknika tas-sajd”. |
Klassi tat-tul |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data. Ara MasterCodeList “Klassi tat-tul”. |
Isem tas-Segment jew tal-Cluster |
Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament. Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList. |
Popolazzjoni totali (WP) |
Daħħal in-numru ta’ bastimenti kif definit fil-Kapitolu II, il-punt 5.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li jiġi ppreżentat il-WP. |
Kummenti tal-WP |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Sena ta’ referenza AR |
Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data. |
Popolazzjoni totali (AR) |
Il-popolazzjoni tinkludi l-bastimenti attivi u inattivi kollha rreġistrati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Unjoni kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-rapportar u l-bastimenti li ma jidhrux fir-Reġistru f’dik id-data iżda li jkunu stadu minn tal-anqas jum wieħed matul is-sena tar-rapportar. |
Kummenti tal-AR |
Kwalunkwe kumment ieħor. |
Tabella 5.2: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar is-sajd
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(d), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 5 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 7 u 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-popolazzjoni għad-data ekonomika u soċjali fis-settur tas-sajd. |
|||||
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
||||
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
||||
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”. |
||||
Suprareġjun |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-informazzjoni tirreferi għas-suprareġjuni kollha, daħħal “is-suprareġjuni kollha”. Ara MasterCodeList “Suprareġjun”. |
||||
Indikatur Ġeografiku |
L-“Indikatur Ġeografiku” jiddistingwi s-segmenti tal-flotta li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-segmenti tal-flotta li joperaw esklussivament f’ilmijiet mhux tal-UE (ilmijiet internazzjonali + ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ta’ pajjiżi terzi). Jekk Indikatur Ġeografiku ma jkunx rilevanti, uża l-kodiċi “NGI”. Ara MasterCodeList “Indikatur Ġeografiku”. |
||||
Indikatur tal-attività |
Uża l-indikaturi tal-attività li ġejjin: Attiva baxxa; Attiva u MA. Jekk taqsam segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Is-somma tal-bastimenti b’attivitajiet “L” u “A” jenħtieġ li tkun ugwali għall-popolazzjoni totali ta’ dak is-segment. Il-metodoloġija ta’ kif għandu jiġi applikat il-livell ta’ attività hija pprovduta fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-PGECON 2018. Jekk il-livell ta’ attività ma jiġix applikat, uża “MA”. Ara MasterCodeList “Indikatur tal-attività”. |
||||
Tip ta’ varjabbli (E/S) |
Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”. |
||||
Isem is-segment jew il-cluster |
Daħħal l-isem ta’ segment jew ta’ cluster, f’każ ta’ raggruppament. Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mit-Tabella 8 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Agħmel asterisk f’każ li s-segment ikun ġie raggruppat ma’ segment(i) oħrajn għal skopijiet ta’ ġbir tad-data u rapportar, eż. “Bastiment tat-tkarkir bit-travu 0-< 6 m*”. Ara l-gwida tal-WP għall-kaxxa tat-test 5.2, punt 1. Ara l-kodiċijiet “Teknika tas-sajd” u “Klassi tat-tul” fil-MasterCodeList. Għall-ġbir tad-data soċjali, tista’ tuża l-kodiċi “Is-segmenti kollha” mil-lista tas-“Segment jew isem il-cluster” fil-MasterCodeList. |
||||
Varjabbli ekonomiċi u soċjali |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mill-kolonna 2 tat-Tabella 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli ekonomiċi, u t-Tabella 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli soċjali. Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” għal-lista “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali” fil-MasterCodeList. |
||||
Sors tad-data |
Indika s-sorsi tad-data użati. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “MA” (“Mhux applikabbli”). Sorsi tad-data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList. “Sors tad-data”. |
||||
Skema għall-ġbir tad-data |
Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “MA” (“Mhux applikabbli”). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”. |
||||
Rata pjanata tal-kampjun (%) |
Indika r-rata pjanata tal-kampjun (%) abbażi tal-popolazzjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli, daħħal “L” (le).
Jekk is-“Sors tad-data” jkun relatat mar-Regolament ta’ Kontroll, iċ-ċifri korrispondenti jistgħu jiġu injorati (peress li jkollhom ikunu 100 % fil-każijiet kollha). |
||||
Kummenti tal-WP |
Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2. Kwalunkwe kumment ieħor. |
||||
Sena ta’ referenza AR |
Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data. |
||||
Popolazzjoni totali |
Daħħal in-numru tal-popolazzjoni totali. Dan jenħtieġ li jkun konsistenti mal-kolonna “Popolazzjoni totali (AR)” fit-Tabella 5.1. |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%) |
Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata). |
||||
Numru tal-kampjun pjanat aġġornat |
Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni). “Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Popolazzjoni totali”*“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)” |
||||
Numru ta’ rispons miksub |
Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti. |
||||
Rata ta’ rispons (%) |
Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun “Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat”) % |
||||
Kopertura miksuba (%) |
“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Popolazzjoni totali (AR)”) % |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%) |
“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)” |
||||
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Kaxxa tat-Test 5.2: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar is-sajd
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(d), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 5 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub sabiex jispeċifika d-data li għandha tinġabar taħt it-Tabelli 7, 8 u 9 tal -anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
||||||||||||||||||||||||
1. Deskrizzjoni tar-raggruppament Fil-każijiet fejn segment tal-flotta jkollu anqas minn 10 bastimenti:
Ir-raggruppament jenħtieġ li jiġi deskritt, u jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar is-segmenti li huma raggruppati. L-Istat Membru jenħtieġ li jiddistingwi bejn is-segmenti kkunsidrati għar-raggruppament kif ġej:
L-importanza tas-segmenti tal-flotta jenħtieġ li tiġi vvalutata f’termini ta’ ħatt l-art (valur u volum) u/jew sforz. Ix-xebh jenħtieġ li jintwera bl-użu ta’ għarfien espert dwar ix-xejriet tas-sajd jew dwar id-data disponibbli dwar il-ħatt l-art u/jew l-isforz. Għal kull wieħed mill-każijiet deskritti, l-Istat Membru jenħtieġ li japplika l-approċċi li ġejjin għar-raggruppament skont il-karatteristiċi differenti tas-segmenti tal-flotta:
2. Deskrizzjoni tal-indikatur tal-attività Jekk l-Istat Membru jkun qed juża indikatur tal-attività biex jaqsam is-segment tal-flotta f’livelli ta’ attività differenti, uża “L” għall-bastimenti b’attività baxxa u “A” għall-bastimenti b’attività ekonomika normali. Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-attività użata. 3. Devjazzjoni mid-definizzjonijiet tal-RCG ECON (eks PGECON) Iddeskrivi u ġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn definizzjonijiet varjabbli kif elenkati fid-“Dokument ta’ Gwida tal-EU MAP” fuq is-sit web tad-DCF. F’każ li l-PIM ma jintużax, spjega u iġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodi alternattivi. (massimu ta’ 900 kelma) |
||||||||||||||||||||||||
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (massimu ta’ 900 kelma) |
6: Data ekonomika u soċjali fl-akkwakultura
Tabella 6.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-akkwakultura
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(e), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 9, 10, u 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġbir ta’ data ekonomika u soċjali mis-settur tal-akkwakultura. Timlix it-Tabella 6.1 jekk il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Istat Membru tiegħek tkun taħt is-soll ta’ 1 % tal-UE. Uża l-Kaxxa tat-test 6.1 biex tindika u tiġġustifika s-soll applikat. |
|||||
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
||||
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
||||
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”. |
||||
Tekniki tal-akkwakultura |
Daħħal is-segmentazzjoni tad-data skont l-ispeċi u t-teknika għall-akkwakultura, kif imsemmi fit-Tabella 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-definizzjonijiet tat-tekniki tal-biedja, ara r-Regolament (KE) Nru 762/2008. Il-ġbir tad-data ma huwiex obbligatorju jekk ikun taħt il-limitu applikat mill-Istat Membru. Ara l-listi tat-“Teknika tal-akkwakultura” u tal-“Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura” fil-MasterCodeList. |
||||
Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura |
Daħħal is-segmentazzjoni tad-data skont l-ispeċi u t-teknika għall-akkwakultura, kif imsemmi fit-Tabella 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Għad-definizzjonijiet tat-tekniki tal-biedja, ara r-Regolament (KE) Nru 762/2008. Il-ġbir tad-data ma huwiex obbligatorju jekk ikun taħt il-limitu applikat mill-Istat Membru. Ara l-listi tat-“Teknika tal-akkwakultura” u tal-“Grupp ta’ speċijiet tal-akkwakultura” fil-MasterCodeList. |
||||
Tip ta’ varjabbli (E/S) |
Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”. |
||||
Varjabbli ekonomiċi u soċjali |
Uża l-konvenzjoni tal-ismijiet mill-kolonna 2 tat-Tabella 10 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli ekonomiċi, u t-Tabella 9 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-varjabbli soċjali. Ara MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”. |
||||
Sors tad-data |
Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”. |
||||
Skema għall-ġbir tad-data |
Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”. |
||||
Limiti tal-akkwakultura |
Indika l-limitu applikat skont il-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Ara MasterCodeList “Limiti tal-akkwakultura”. |
||||
Rata pjanata tal-kampjun (%) |
Indika r-rata pjanata tal-kampjun (%) abbażi tal-popolazzjoni, kif definita fil-Kapitolu II, il-punt 6.1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Jekk ma jkun hemm l-ebda ġbir pjanat tad-data għal xi varjabbli daħħal “L” (le).
|
||||
Kummenti tal-WP |
Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2. Kwalunkwe kumment ieħor. |
||||
Sena ta’ referenza AR |
Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data. |
||||
Numru ta’ intrapriżi |
Daħħal in-numru ta’ intrapriżi fis-segment. |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%) |
Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata). |
||||
Numru tal-kampjun pjanat aġġornat |
Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni). “Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Numru ta’ intrapriżi” * “Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)” |
||||
Numru ta’ rispons miksub |
Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti. |
||||
Rata ta’ rispons (%) |
Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun “Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru tal-kampjun pjanat aġġornat”) % |
||||
Kopertura miksuba (%) |
“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ intrapriżi”) % |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%) |
“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)” |
||||
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Kaxxa tat-Test 6.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-akkwakultura
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(e), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 6 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Huwa maħsub li jispeċifika d-data li għandha tinġabar skont it-Tabelli 10 u 11 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
1. Deskrizzjoni tal-applikazzjoni tal-limitu Jekk jogħġbok ipprovdi perċentwal għall-produzzjoni tal-Istat Membru mill-aħħar produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE rrapportata lill-Eurostat. Iddeskrivi u iġġustifika s-soll(ijiet) applikat(i).2. Devjazzjoni mid-definizzjonijiet tal-RCG ECON (eks PGECON) Iddeskrivi u ġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn definizzjonijiet varjabbli kif elenkati fid-“Dokument ta’ Gwida tal-EU MAP” fuq is-sit web tad-DCF. (massimu ta’ 900 kelma) |
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (massimu ta’ 900 kelma) |
7: Data ekonomika u soċjali fl-ipproċessar tal-ħut
Tabella 7.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-ipproċessar tal-ħut
Kumment ġenerali: Din it-tabella tissodisfa l-Artikolu 5(2)(f), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. Din it-tabella hija maħsuba biex tispeċifika d-data li għandha tinġabar skont l-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP għall-ġbir tad-data komplementari. Uża din it-Tabella biex tagħti ħarsa ġenerali tal-ġbir tad-data ekonomika u soċjali tal-industrija tal-ipproċessar. Speċifika l-ġbir tad-data għall-varjabbli li ma humiex koperti mill-Eurostat jew li għalihom ikun meħtieġ kampjunar addizzjonali. Id-data ekonomika u soċjali tista’ tinġabar għall-intrapriżi tal-ipproċessar tal-ħut li għandhom anqas minn 10 impjegati, għall-intrapriżi li għandhom l-ipproċessar tal-ħut bħala attività sekondarja, u għall-varjabbli mhux koperti mill-Eurostat. Il-ġbir tad-data komplementari għall-ipproċessar tal-ħut jista’ jiġi implimentat fuq bażi volontarja. |
|||||
Isem tal-kamp |
Deskrizzjoni |
||||
SM |
Uża l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-3 eż. “DEU”. Ara MasterCodeList “SM”. |
||||
Sena ta’ implimentazzjoni |
Indika s-sena jew firxa ta’ snin li fiha se tiġi implimentata l-attività, billi tuża l-format “202X” jew “202X-202X”. |
||||
Segment tal-ipproċessar tal-ħut |
Uża n-numru ta’ persuni impjegati bħala l-kriterji tas-segmentazzjoni, f’konformità mas-segmentazzjoni tal-Eurostat: kumpaniji <= 10; kumpaniji 11-49; kumpaniji 50-249; kumpaniji > 250. Daħħal “MA” jekk ma tiġi applikata l-ebda segmentazzjoni. Ara MasterCodeList “Segment tal-ipproċessar tal-ħut”. |
||||
Tip ta’ varjabbli (E/S) |
Daħħal il-kategorija li għaliha jappartjenu l-varjabbli: “E” (ekonomika) jew “S” (soċjali). Ara l-kolonna “Deskrizzjoni” fil-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”. |
||||
Varjabbli ekonomiċi u soċjali |
Uża l-kodiċijiet mill-MasterCodeList “Varjabbli Ekonomiċi u Soċjali”, f’konformità mal-Anness V tar-rapport tal-PGECON tal-2020. |
||||
Attività tal-ipproċessar tal-ħut |
Uża l-kodiċijiet mill-MasterCodeList “Attività tal-ipproċessar tal-ħut”. |
||||
Sors tad-data |
Indika s-sorsi tad-data użati. Sorsi ta’ data multipli separati b’“;”. Ara MasterCodeList “Sors tad-data”. |
||||
Skema għall-ġbir tad-data |
Daħħal il-kodiċi tal-iskema għall-ġbir tad-data (C - Ċensiment; PSS - Stħarriġ Kampjunarju tal-Probabbiltà; NPS - Stħarriġ Kampjunarju Mhux tal-Probabbiltà; IND — Stħarriġ indirett, fejn il-varjabbli ma jinġabarx direttament iżda jiġi stmat jew derivat.). Ara MasterCodeList “Skema għall-ġbir tad-data”. |
||||
Rata pjanata tal-kampjun (%) |
Il-popolazzjoni tista’ tirreferi għal intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija definita skont id-definizzjoni tal-Eurostat skont il-Kodiċi 15.20 tal-NACE: “Proċessar u preservazzjoni tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut” u għal dawk li għandhom l-ipproċessar tal-ħut bħala attività mhux prinċipali.
|
||||
Kummenti tal-WP |
Indika jekk l-Istat Membru tiegħek iwettaq kontroverifiki tas-sorsi tad-data użati flimkien mas-sors ewlieni tad-data, u ddeskrivi l-proċess fl-Anness 1.2. Kwalunkwe kumment ieħor. |
||||
Sena ta’ referenza AR |
Daħħal is-sena li għaliha tkun inġabret id-data. |
||||
Numru ta’ intrapriżi |
Daħħal in-numru ta’ intrapriżi fis-segment. |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%) |
Daħħal ir-rata tal-kampjun (%), aġġornata matul il-proċess tal-kampjunar (abbażi ta’ informazzjoni aġġornata). |
||||
Numru tal-kampjun pjanat aġġornat |
Din il-kolonna timtela awtomatikament bin-numri sħaħ (l-ebda frazzjoni). “Numru tal-kampjun pjanat aġġornat” = “Numru ta’ intrapriżi” * “Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)” |
||||
Numru ta’ rispons miksub |
Daħħal in-numru ta’ tweġibiet riċevuti. |
||||
Rata ta’ rispons (%) |
Numru ta’ tweġibiet/Daqs tal-kampjun “Rata ta’ rispons (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ kampjun pjanat aġġornat”) % |
||||
Kopertura miksuba (%) |
“Kopertura miksuba (%)” = (“Numru ta’ rispons miksub”/“Numru ta’ intrapriżi”) % |
||||
Rata tal-kampjun pjanata aġġornata/Rata tal-kampjun pjanata (%) |
“Rata tal-kampjun pjanata aġġornata (%)”/“Rata tal-kampjun pjanata (%)” |
||||
Kummenti tal-AR |
Żid kummenti biex tiċċara kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ ħidma. |
Kaxxa tat-Test 7.1: Varjabbli ekonomiċi u soċjali għall-istrateġija għall-ġbir tad-data dwar l-ipproċessar tal-ħut
Kumment ġenerali: Din il-kaxxa tat-test tissodisfa l-Artikolu 5(2)(f), l-Artikolu 6(3)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004, u l-Kapitolu II, il-punt 7 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. |
||||
(massimu ta’ 900 kelma) |
||||
Devjazzjonijiet mill-pjan ta’ ħidma Elenka l-bidliet mill-WP (jekk ikun hemm) u spjega r-raġunijiet. Azzjonijiet biex jiġu evitati devjazzjonijiet Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li se jiġu kkunsidrati/ttieħdu biex jiġu evitati devjazzjonijiet fil-futur u meta dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jipproduċu effett. Jekk ma jkun hemm ebda devjazzjoni, allura din it-taqsima ma hijiex applikabbli. (massimu ta’ 900 kelma) |
III – Rapporti ta’ kwalità mehmuża fil-pjanijiet ta’ ħidma u fir-rapporti annwali
Il-pjanijiet ta’ ħidma u r-rapporti annwali għandhom jinkludu annessi b’rapporti ta’ kwalità. Il-mudelli għal dawn l-annessi huma elenkati hawn taħt. Il-kampi bojod għandhom jimtlew għall-pjan ta’ ħidma, il-kampi griżi japplikaw għar-rapport annwali.
“ANNESS 1.1 - Rapport tal-kwalità għall-iskema ta’ kampjunar tad-data bijoloġika”
Uża dan l-anness biex tiddikjara jekk teżistix dokumentazzjoni fil-proċess tal-ġbir tad-data (disinn, implimentazzjoni tal-kampjunar, ksib tad-data, ħżin tad-data, ħżin tal-kampjun u pproċessar tad-data) u identifika fejn tista’ tinstab din id-dokumentazzjoni. Ipprovdi deskrizzjonijiet qosra fejn indikat hekk, anki jekk id-dokumentazzjoni tista’ tinstab bl-Ingliż. L-ismijiet tal-iskemi u tal-istrati tal-kampjunar għandhom ikunu identiċi għal dawk fit-Tabelli 2.2, 2.3, 2.4, 2.5, 2.6 u 4.1 tal-WP/AR. Għal informazzjoni dwar il-kwalità ta’ stħarriġ xjentifiku, uża l-akronimu tal-istħarriġ bħala identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar. Għal stħarriġ obbligatorju, irreferi għat-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP, ara wkoll il-MasterCodeList “Stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar”.
SM: |
Reġjun: |
Identifikatur tal-iskema ta’ kampjunar: |
Tip ta’ skema ta’ kampjunar: |
Tip ta’ osservazzjoni: |
Perjodu ta’ żmien ta’ validità: minn meta sa meta |
Deskrizzjoni qasira (massimu ta’ 100 kelma): eż. skema ta’ kampjunar li għandha l-għan li tiġbor kampjuni tat-tul minn ħatt l-art kummerċjali għall-ispeċijiet kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. L-iskema tkopri r-reġjuni kontinentali u ultraperiferiċi kollha (“RUP” bil-Franċiż, bil-Portugiż, u bl-Ispanjol). |
Deskrizzjoni tal-popolazzjoni |
Popolazzjoni fil-mira: Speċifika l-unitajiet ta’ kampjunar primarju (PSUs), eż. il-port nazzjonali kollu*jiem (informazzjoni preżenti fl-eks Tabella 4B). Għal stħarriġ ta’ riċerka: speċifika l-ispeċijiet fil-mira prinċipali minn perspettiva ta’ stħarriġ (għall-kuntrarju tat-Tabella 1 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni) u ż-żona prinċipali tal-istħarriġ. Popolazzjoni fil-kampjun: Speċifika liema parti mill-popolazzjoni fil-mira se tittieħed fil-kampjun u speċifika liema parti mill-popolazzjoni fil-mira ma hijiex aċċessibbli għall-kampjunar jew eskluża għal xi raġuni, eż. portijiet ewlenin li qed jiġu elenkati bħala irkantijiet bl-esklużjoni tal-portijiet minuri kollha u l-ebda kampjunar matul tmiem il-ġimgħa. Għall-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar iddeskrivi l-ispeċijiet fil-mira fi stħarriġiet dwar speċijiet uniċi jew il-komponenti tal-ekosistema (eż. demersali, pelaġiċi) fi stħarriġiet dwar diversi speċijiet. Stratifikazzjoni: Spjega l-loġika meħuda biex tiġi stratifikata l-popolazzjoni u n-numru ta’ strati ġġenerati, eż. il-popolazzjoni stratifikata fi tliet lottijiet ġeografiċi (minn A sa B, minn B sa C u minn C sa D). Imbagħad, kull lott jiġi stratifikat bl-irkant. |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Disinn tal-kampjunar u protokolli |
Deskrizzjoni tad-disinn tal-kampjunar: Iddeskrivi kif tiġi ddefinita l-allokazzjoni tal-kampjunar; kif jintgħażlu l-PSUs u l-SSUs għall-kampjunar; indika għal liema frazzjoni ta’ qbid tapplika l-iskema ta’ kampjunar. Id-disinn tal-kampjunar huwa konformi mal-prinċipju 4S?: I/L/MA (MA għal eż. stħarriġiet u skemi ta’ kampjunar diadromi u rikreattivi) Koordinazzjoni reġjonali: Indika jekk id-disinn tal-kampjunar u l-protokolli ġewx żviluppati bħala parti minn ftehim reġjonali jew multilaterali, u jekk iva, irreferi għall-ftehim (tabella 1.3) u elenka l-Istati Membri parteċipanti kollha. Link għad-dokumentazzjoni tad-disinn tal-kampjunar: Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar id-disinn tal-kampjunar, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. Konformità mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali: Daħħal “I” (iva) jekk id-disinn tal-kampjunar ikun konformi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, u “L” jekk le. Jekk ma jeżisti l-ebda grupp ta’ esperti jew ta’ koordinazzjoni rilevanti, id-disinn tal-kampjunar jenħtieġ li jiġi spjegat fil-qosor fit-test, u jenħtieġ li jkun disponibbli fuq talba għall-evalwaturi. Link għad-dokumentazzjoni tal-protokoll tal-kampjunar: Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar id-disinn tal-kampjunar, ipprovdi d-dettalji tal-protokoll tal-kampjunar f’din il-kaxxa tat-test. |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Implimentazzjoni tal-kampjunar |
Reġistrazzjoni tar-rata ta’ rifjut: Indika “I” (iva), “L” (le), jew “MA” (mhux applikabbli, fil-każ ta’ stħarriġ ta’ riċerka). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Monitoraġġ tal-progress tal-kampjunar fis-sena tal-kampjunar: Indika kif l-allokazzjonijiet tal-kampjunar jiġu aġġustati (jekk ikun meħtieġ) u segwiti. X’mekkaniżmi hemm stabbiliti biex jiġu solvuti kwistjonijiet u biex jiġu adottati miżuri ta’ mitigazzjoni matul is-sena tal-kampjunar? |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Ksib tad-data |
Mezzi għall-ksib tad-data : Deskrizzjoni qasira (+ ritratt fakultattiv). Indika x’inhuma l-mezzi għall-ġbir tad-data, eż. skali, bord tal-kejl, software iddedikat, eċċ. Dokumentazzjoni tal-ksib tad-data : Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-ksib tad-data (eż. protokolli tal-kejl, stadji tal-maturità, manwal għall-ksib tad-data, eċċ.), ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. Dokumentazzjoni tal-verifiki tal-kwalità: Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-verifiki tal-kwalità, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Ħżin tad-data |
Bażi tad-data nazzjonali: Ipprovdi l-isem tal-bażi tad-data nazzjonali, jekk applikabbli. Inkella, daħħal “MA” (mhux applikabbli). Ipprovdi link jekk il-bażi tad-data tkun aċċessibbli permezz ta’ sit web. Bażi tad-data internazzjonali: Ipprovdi l-isem tal-bażi(jiet) tad-data internazzjonali u l-organizzazzjoni li tospita l-bażi tad-data, jekk applikabbli. Inkella, daħħal “MA” (mhux applikabbli). Ipprovdi link jekk il-bażi tad-data tkun aċċessibbli permezz ta’ sit web. Verifiki tal-kwalità u dokumentazzjoni tal-validazzjoni tad-data : Ipprovdi link għall-paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Inkella, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Ħżin tal-kampjuni |
Deskrizzjoni tal-ħżin: Indika t-tip ta’ tessuti rotob u ta’ partijiet ibsin maħżuna (eż. strutturi tal-età, l-istonku, il-plankton, il-ġenetika) u l-post użat għall-ħżin tal-kampjuni; għal kemm żmien jinħażnu l-kampjuni; kif jiġu organizzati l-konservazzjoni u l-manutenzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kampjuni; jekk il-kampjuni humiex maħżuna taħt l-awspiċji/ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni internazzjonali u, jekk iva, liema waħda. Ipprovdi link għall-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kampjuni maħżuna skont l-ispeċi/istokk, is-subżona ġeografika u skont is-sena. Analiżi tal-kampjuni: Ipprovdi deskrizzjoni qasira jew referenzi għad-dokumenti, inklużi links għal paġni web (eż. manwali tal-qari tal-età, rapporti u protokolli tal-EGs) jekk ikun xieraq, fejn tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-kampjuni. |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Proċessar ta’ data |
Evalwazzjoni tal-preċiżjoni tad-data (preġudizzju u preċiżjoni): Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tad-data, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. Metodi ta’ editjar u ta’ imputazzjoni: Indika “I” (iva) jew “L” (le). Jekk “L” (le), indika meta (is-sena) se tkun disponibbli d-dokumentazzjoni. Ipprovdi link għal paġna web fejn tista’ tinstab id-dokumentazzjoni. Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda link, iżda teżisti dokumentazzjoni, ipprovdi referenza tal-letteratura (awtur(i), sena u tip ta’ pubblikazzjoni - eż. rapport intern). Jekk ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar il-metodi ta’ editjar u ta’ imputazzjoni, ipprovdi xi dettalji fil-kaxxa tat-test. Dokument tal-kwalità assoċjat ma’ sett tad-data : Inħoloq identifikatur tal-oġġett diġitali (DOI) ta’ pubblikazzjoni? Hemm dokument li jiġbor fil-qosor il-proċess ta’ stima li ġie segwit? Validazzjoni tas-sett tad-data finali: Kif jiġu vvalidati s-settijiet tad-data (verifika tal-kwalità) qabel ma jiġu pprovduti lill-utent finali? |
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Kumment tal-AR: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi kwalunkwe kumment addizzjonali jekk ikun meħtieġ. |
“ANNESS 1.2 - Rapport tal-kwalità għall-iskema ta’ kampjunar tad-data soċjoekonomika”
Uża dan l-anness biex tiddeskrivi l-aspetti tal-kwalità tal-proċess tal-ġbir tad-data (disinn, implimentazzjoni tal-kampjunar, ksib tad-data, ħżin tad-data u proċessar tad-data eċċ.). Imla l-anness għal kull skema ta’ kampjunar. Fejn applikabbli, uża l-manwal dwar id-disinn tal-kampjunar (Riżultat 2.1 mill-istudju MARE/2016/22 SECFISH).
Ipprovdi informazzjoni taħt kull punt fit-taqsimiet kollha. Tħassar l-ebda test mill-mudell.
Speċifikazzjonijiet tal-istħarriġ |
||||||||
“Isem tas-settur” jirreferi għad-data soċjoekonomika dwar is-sajd, l-akkwakultura u kwalunkwe ġbir tad-data komplementari għall-attivitajiet tas-sajd u l-ipproċessar, bħal fl-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. “Skema ta’ kampjunar” tirreferi għat-teknika tal-istħarriġ: permezz ta’ ċensiment, permezz ta’ kampjunar, aleatorju jew mhux aleatorju, oħrajn (bi spjegazzjoni). Jekk kampjunar, mela spjega d-disinn tal-kampjunar. “Varjabbli” jirreferu għat-Tabelli 7, 9 u 10 tal-anness tad-Deċiżjoni Delegata tal-EU MAP. “Suprareġjun” jirreferi għat-Tabella 2 tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-EU MAP. Jekk l-iskema ta’ kampjunar tkun l-istess fis-suprareġjuni kollha, daħħal “Is-suprareġjuni kollha”. |
||||||||
Isem/Ismijiet tas-settur: |
||||||||
Skema ta’ kampjunar: |
||||||||
Varjabbli: |
||||||||
Suprareġjun(i): |
||||||||
Ippjanar tal-istħarriġ |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Disinn u strateġija tal-istħarriġ |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Disinn tal-istima |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Verifiki tal-erruri |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Ħżin ta’ data u dokumentazzjoni |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Reviżjoni |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
||||||||
Kunfidenzjalità |
||||||||
|
||||||||
Kumment tal-AR: Indika kwalunkwe devjazzjoni. |
Kumment tal-AR: Uża din il-kaxxa tat-test biex tipprovdi kwalunkwe kumment addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. |