23.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 491/8


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kjarifiki fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament 2022/2560, skont l-Artikolu 46 tiegħu

(2022/C 491/04)

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560 (1) dwar l-eżistenza ta' distorsjoni kkawżata minn sussidju barrani fis-suq intern, l-applikazzjoni tat-test tal-ibbilanċjar stabbilit fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, u l-valutazzjoni ta' distorsjoni fi proċedura ta' akkwist pubbliku stabbilita fl-Artikolu 27(1) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni ser tippubblika dawn il-kjarifiki inizjali mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2560 jistgħu jissostitwixxu dawn il-kjarifiki inizjali.


(1)  ĠU L 331, 23.12.2022, p. 1.