|
5.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/508 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1837 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-4 ta’ Mejju 2022
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0107/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (5) |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2022), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.
(2) ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.