|
27.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/4 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tas-6 ta’ Awwissu 2021
li temenda d-Deċiżjoni BERS/2015/4 dwar qa0fas ta’ koordinazzjoni għan-notifika ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali minn awtoritajiet rilevanti, il-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS u li tħassar id-Deċiżjoni BERS/2014/2
(BERS/2021/7)
(2021/C 344/04)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ESRB/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3) stabbiliet qafas ta’ koordinazzjoni għan-notifika ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali mill-awtoritajiet rilevanti u għall-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-Bord Ewropew dwar ir-riskju Sistemiku (BERS). Dawn il-kompiti huma stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u/jew isegwu mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ġew adottati fl-20 ta’ Mejju 2019 u emendaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, rispettivament. Ċerti emendi li ġew introdotti bihom, bħal bidliet fl-Artikoli 124 u 164 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE – jenħtieġ li jiġu riflessi fid-Deċiżjoni BERS/2015/4 billi jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BERS/2015/4 dwar il-kompożizzjoni tat-Tim ta’ Valutazzjoni huma marbuta mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sħubija tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-BERS. Huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati ma’ bidliet istituzzjonali reċenti introdotti mir-Regolament (UE) 2019/2176 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) relatati mal-kompożizzjoni tal-Bord Ġenerali u mal-unjoni bankarja. |
|
(4) |
Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tindirizza kwistjonijiet imqajma fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BERS/2015/4 li maż-żmien irriżulta li ma humiex ċari biżżejjed u għalhekk soġġetti għal interpretazzjoni diverġenti jew li nstabu li ma humiex prattiċi jew li huma ta’ piż żejjed, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura li t-Tim ta’ Valutazzjoni jrid isegwi meta jabbozza l-opinjonijiet. |
|
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2015/4 jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BERS/2015/4 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-BERS dwar miżuri tal-politika makroprudenzjali nazzjonali 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a). 2. Meta tiġi rċevuta notifika skont l-Artikoli 131 jew 133 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikoli 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-Segretarjat tal-BERS għandu jissottomettiha minnufih, iżda mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta’ xogħol segwenti tal-BĊE, lill-membri tal-Bord Ġenerali u lit-Tim ta’ Valutazzjoni permezz ta’ Darwin. 3. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol tal-BĊE wara li tiġi rċevuta n-notifika skont il-paragrafu 2, il-membri tal-Bord Ġenerali jistgħu jqajmu tħassib materjali rigward kwalunkwe riperkussjoni negattiva bħal effetti konsegwenzjali transfruntiera negattivi ulterjuri tal-miżura tal-politika makroprudenzjali notifikata. Sabiex jiġi żgurat proċess bla xkiel u effiċjenti, il-membri għandhom iqajmu, sa fejn huwa possibbli, dan it-tħassib materjali bl-Ingliż. 4. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jħejji valutazzjoni ta’, u abbozz ta’ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar, l-adegwatezza tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali notifikata filwaqt li jqis ir-rekwiżiti rilevanti skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 minn perspettiva makroprudenzjali u ta’ stabbiltà finanzjarja kif ukoll filwaqt li jqis kwalunkwe tħassib materjali li jqajmu l-membri tal-Bord Ġenerali skont il-paragrafu 3. 5. Hekk kif jiġi ffinalizzat mit-Tim ta’ Valutazzjoni, is-Segretarjat tal-BERS għandu jissottometti minnufih l-abbozz ta’ opinjoni jew rakkomandazzjoni, permezz ta’ Darwin, lill-membri tal-Bord Ġenerali. 6. Il-Bord Ġenerali, fuq il-bażi tal-valutazzjoni u l-abbozz ippreparat mit-Tim ta’ Valutazzjoni, għandu jieħu deċiżjoni dwar l-abbozz ta’ opinjoni jew rakkomandazzjoni. Sakemm ma jitlaqqax il-Bord Ġenerali f’laqgħa skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-BERS, id-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali għandha tittieħed bi proċedura bil-miktub. Id-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali għandha tittieħed mill-inqas jum wieħed tax-xogħol tal-BĊE qabel l-iskadenza tal-perijodu rilevanti speċifikat fl-Artikoli 131 jew 133 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 7. Jekk wara talba mill-BERS lill-awtoritajiet ta’ notifika għal iktar informazzjoni, l-informazzjoni li tiġi rċevuta xorta ma jkollhiex l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex tiġi vvalutata kemm hija xierqa l-miżura maħsuba, inkluża l-konformità tagħha mar-rekwiżiti rilevanti skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-BERS jista’ jipprovdi opinjoni li tgħid li ma kienx possibbli li tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-BERS jista’ joħroġ ukoll opinjoni jew rakkomandazzjoni negattiva, kif ikun xieraq.”; |
|
4. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Rakkomandazzjoni tal-BERS fuq ir-reċiprokazzjoni ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-emendi għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 fit-tifsira tal-Artikolu 1(2)(b). 2 Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol tal-BĊE wara li tiġi rċevuta mill-BERS talba għar-reċiprokazzjoni minn Stat Membru, f’konformità ma’, iżda mhux biss, l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-Segretarjat tal-BERS għandu jissottomettiha lill-membri tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC), lill-Bord Ġenerali u lit-Tim ta’ Valutazzjoni, permezz ta’ Darwin. 3. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol tal-BĊE wara t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-membri tal-Bord Ġenerali jistgħu juru lill-BERS li l-miżura tal-politika makroprudenzjali jkollha effetti konsegwenzjali transfruntiera negattivi ulterjuri sinifikanti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sabiex jiġi żgurat proċess bla xkiel u effiċjenti, il-membri tal-Bord Ġenerali għandhom, sakemm ikun possibbli, jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-BERS bl-Ingliż. 4. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jħejji valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi adottata rakkomandazzjoni dwar ir-reċiprokazzjoni flimkien ma’ abbozz ta’ emenda tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, fejn meħtieġ. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jagħmel proposta lill-ATC dwar ir-reċiprokazzjoni tal-miżura nnotifikata u dwar il-mezzi kif tista’ tinkiseb ir-reċiprokazzjoni f’konformità mar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. 5. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jikkunsidra jekk l-abbozz ta’ emenda tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandux jiġi rivedut fid-dawl tal-kummenti li jaslu mingħand membri tal-ATC u, permezz tas-Segretarjat tal-BERS, għandu jissottometti l-abbozz ta’ emenda tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 lill-Bord Ġenerali permezz ta’ Darwin. 6. Il-Bord Ġenerali, fuq il-bażi tal-valutazzjoni u l-abbozz ippreparat mit-Tim ta’ Valutazzjoni, għandu jieħu deċiżjoni dwar l-abbozz ta’ emenda tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. Sakemm ma jitlaqqax il-Bord Ġenerali f’laqgħa f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-BERS, id-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali għandha tittieħed bi proċedura bil-miktub.”; |
|
5. |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Tim ta’ Valutazzjoni 1. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jipprepara valutazzjonijiet ta’, u abbozzi ta’ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar, il-miżuri ta’ politika makroprudenzjali, dwar ir-reċiproċità ta’ miżuri makroprudenzjali u dwar ir-rati CCB ta’ pajjiżi terzi. Il-membri tat-Tim ta’ Valutazzjoni, kif ukoll kwalunkwe osservatur, għandu jkollhom livell għoli biżżejjed ta’ anzjanità, kemm minn perspettiva teknika kif ukoll ta’ politika. 2. Il-President tat-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jkun il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS jew is-sostitut tiegħu jew tagħha. Il-President tat-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tat-Tim ta’ Valutazzjoni, inkluż l-istabbiliment tal-aġenda, is-sejħa tal-laqgħat u t-tressiq ta’ punti għad-diskussjoni u għandu jippresjedi l-laqgħat tat-Tim ta’ Valutazzjoni. 3. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jikkonsisti minn:
Id-disa’ rappreżentanti fis-subparagrafu (f) għandhom jinkludu mill-inqas żewġ rappreżentanti minn dawk l-awtoritajiet nazzjonali li minnhom ikun ġie elett membru nazzjonali tal-Kumitat tat-Tmexxija skont l-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, kif ukoll rappreżentant tal-awtorità li minnha jkun ġie elett l-ewwel Viċi President tal-BERS skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u rappreżentant mill-awtorità li minnha jkun inħatar il-President tal-ATC skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jekk dik l-awtorità tkun awtorità tat-tip imsemmi fis-subparagrafu (f) hawn fuq. 4. Fuq il-bażi tan-nomini mill-awtoritajiet nazzjonali li minnhom il-BERS jieħu l-membri tiegħu tal-Bord Ġenerali bid-drittijiet tal-vot, il-Bord Ġenerali għandu jaħtar id-disa’ rappreżentanti msemmija fil-paragrafu 3, wara li jqis il-ħtieġa għal rappreżentanza bilanċjata tal-Istati Membri bejn dawk li huma Stati Membri parteċipanti kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*1) u dawk li ma humiex. Għandhom jinħatru għall-istess perijodu bħall-membru nazzjonali rispettiv tal-Kumitat tat-Tmexxija jew inkella għal perijodu ta’ tliet snin. Ir-rappreżentanti tat-Tim ta’ Valutazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali li minnhom ma jkunx intgħażel membru nazzjonali tal-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu jerġgħu jinħatru. 5. Il-membri kollha l-oħrajn tat-Tim ta’ Valutazzjoni għandhom jinħatru għal perijodu illimitat. 6. L-awtoritajiet rappreżentati fit-Tim ta’ Valutazzjoni jistgħu jibdlu lir-rappreżentant tagħhom skont il-kompetenza teknika meħtieġa u t-tip ta’ valutazzjoni li trid ssir mit-Tim ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 1(2). Dan it-tibdil irid jiġi approvat mill-President tat-Tim ta’ Valutazzjoni. 7. L-osservaturi jistgħu jitolbu li jiġu mistiedna jipparteċipaw fit-Tim ta’ Valutazzjoni sabiex jikkontribwixxu għad-diskussjoni. L-osservaturi jistgħu jinkludu rappreżentanti tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Meta rakkomandazzjoni jew opinjoni titħejja skont l-Artikoli 131(5a) u 133(11) u (12) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 458(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rappreżentanti mill-Kummissjoni u l-EBA għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Meta titħejja opinjoni f’konformità mal-Artikoli 124(2) jew 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rappreżentanti mill-EBA għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi kkonċernati jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi wkoll, f’liema każ dawn għandhom ikunu suġġetti għal ftehimiet ta’ kunfidenzjalità. 8. Meta, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE, minflok awtorità nazzjonali, jinnotifika miżura ta’ politika makroprudenzjali fil-livell nazzjonali, il-BĊE għandu jkun rappreżentat minn żewġ osservaturi u kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun rappreżentat minn żewġ osservaturi. 9. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess fil-valutazzjoni tal-miżuri ta’ politika makroprudenzjali skont l-Artikolu 1(2)(a), l-istatus tal-membri tat-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jieqaf temporanjament, mingħajr ma dawk il-membri jiġu ssostitwiti, għar-rappreżentanti ta’ Stati Membri jew tal-BĊE fil-każijiet kollha fejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jew il-BĊE jkunu nnotifikaw miżura ta’ politika makoprudenzjali jew qajmu tħassib materjali dwar il-miżura ta’ politika makroprudenzjali jew talbu r-reċiproċità ta’ miżura ta’ politika makroprudenzjali li trid tiġi vvalutata mit-Tim ta’ Valutazzjoni. 10. Membri tat-Tim ta’ Valutazzjoni għandhom jippreparaw abbozzi ta’ opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet skont l-Artikoli 4(4), 5(4) u 6(5) li fuqhom jista’ jivvota l-Bord Ġenerali. It-Tim ta’ Valutazzjoni għandu jagħmel sforz biex isib il-kunsens fost il-membri tiegħu. Meta ċ-ċirkustanzi jkunu jeħtieġu hekk, jista’ jipprovdi fehma maġġoritarja jew minoritarja fil-valutazzjoni li jissottometti lill-Bord Ġenerali. (*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”" |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżitorja
Ir-rappreżentanti maħtura f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BERS/2015/4 għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jintemmu l-mandati attwali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni BERS/2015/4.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Awwissu 2021.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni BERS/2015/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta’ Diċembru 2015 dwar qafas ta’ koordinazzjoni għan-notifika ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali minn awtoritajiet rilevanti, il-ħruġ ta’ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS, u li tħassar id-Deċiżjoni BERS/2014/2 (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 28).
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 2019/2176 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 146).