|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-30 ta’ April 2021
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2021/3)
(2021/C 222/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 458(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 134(5) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li tiġi kkumplimentata r-reċiproċità obbligatorja meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulati fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru (7) wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/2133] (8) inkorporat id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (UE) 2020/873 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li jintroduċu emendi sinifikanti għad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 għadhom ma ġewx inkorporati fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż) jaġixxi bħala awtorità nnominata għall-fini kemm tal-Artikolu 133(1) tad-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll tal-Artikolu 458(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, peress li dik id-Direttiva u dak ir-Regolament, rispettivament, applikaw għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-“CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020” u s-“CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020”, rispettivament). Fil-5 ta’ Novembru 2020, Finansdepartementet innotifika lill-BERS, skont l-Artikolu 133(11) tas-CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 , bl-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-limiti minimi tal-piż tar-riskju medji applikabbli għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB). |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2020, il-BERS adotta r-Rakkomandazzjoni BERS/2020/14 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (11) li fiha rrakkomanda li r-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku proposta li għandha tiġi applikata fin-Norveġja għandha titqies ġustifikata, xierqa, proporzjonata, effettiva u effiċjenti fir-rigward tar-riskju mmirat mill-Finansdepartementet. Skont l-Artikolu 458(10) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020, minkejja l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 458(4) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-piżijiet tar-riskju lil hinn minn dawk previsti f’dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2020, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja huma soġġetti għal (i) rekwiżit ta’ riżerva tar-riskju sistemiku għal skoperturi fin-Norveġja applikat b’rata ta’ 4.5 %, skont l-Artikolu 133 tas-CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; (ii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20% għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; u (iii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35% għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020. Madankollu, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-approċċ IRB avvanzat, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi kollha hija stabbilita għal 3% sal-31 ta’ Diċembru 2022; minn hemm ’il quddiem, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi hija stabbilita għal 4.5%. |
|
(7) |
Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Finansdepartementet issottometta lill-BERS talba għar-reċiprokazzjoni tar-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku, skont l-Artikolu 134(4) tas-CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020, u għal-limiti minimi tal-piż tar-riskju medji, skont l-Artikolu 458(8) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(8) |
Wara t-talba mill-Finansdepartementet lill-BERS u sabiex: (i) jiġi evitat li jseħħu effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jiġu kkawżati mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali applikata fin-Norveġja; u (ii) jinżammu kundizzjonijiet ugwali fost il-mutwanti tal-UE, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi dawn il-miżuri fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu reċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
|
(9) |
Minħabba li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja għadhom mhumiex soġġetti għad-Direttiva (UE) 2019/878, l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri, li diġà implimentaw dik id-Direttiva, għandhom ikunu jistgħu jirreċiprokaw ir-rata Norveġiża tar-riżerva tar-riskju sistemiku b’mod u f’livell li jqis kwalunkwe trikkib jew differenza fir-rekwiżiti kapitali applikabbli fl-Istat Membru tagħhom u fin-Norveġja, sakemm id-Direttiva (UE) 2019/878 tkun ġiet inkorporata wkoll fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Fid-dawl tal-effetti kontinwi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur bankarju u d-daqs tar-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku, huwa xieraq li jitħalla biżżejjed żmien għar-reċiprokazzjoni tal-miżuri notifikati. |
|
(11) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
|
2. |
L-Anness huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ April 2021.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p.338.
(6) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(7) Il-punt (a) tal-paragrafu 14 u l-punt (a) tal-paragrafu 14a. tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistipula li t-termini “Stat(i) Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, minbarra t-tifsira tagħhom fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.
(8) ĠU L 321, 12.12.2019, p. 170.
(9) Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni kapitali (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).
(10) Regolament (UE) 2020/873 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 204, 26.6.2020, p. 4).
(11) Rakkomandazzjoni BERS/2020/14 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar in-notifika Norveġiża tal-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, disponibbli fuq is-sit web tal-BERS .
ANNESS
“ANNESS
Il-Belġju
Suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u applikat b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Is-suppliment huwa magħmul minn żewġ komponenti:
|
(a) |
żieda fissa ta’ piż tar-riskju ta’ 5 punti perċentwali; u |
|
(b) |
suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti minn 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju; |
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Belġjana, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, li huwa magħmul minn żewġ komponenti:
|
II. Reċiprokazzjoni
|
2. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal friegħi li jinsabu fil-Belġju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB fiż-żmien speċifikat fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB li għandu skoperturi fil-livell tal-konsumatur diretti assigurati minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fil-Belġju mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
4. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma hijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
5. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 2 biljun biex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
|
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw individwalment lil istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB li jkollhom skoperturi non-materjali fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn unitajiet domestiċi fil-Belġju li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Belġjana għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. |
|
7. |
Fejn m’hemm l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-Istati Membri kkonċernati ma’ friegħi li jinsabu fil-Belġju jew li għandhom skoperturi diretti fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi ta’ EUR 2 biljun jew iktar lis-suq tal-proprjetà immobbli residenzjali Belġjan, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Belġjana. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 2 biljun. |
|
8. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa l-massimu rakkomandat tal-livell limitu. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Franza
Tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Franċiża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f’livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza. |
|
2. |
Korporazzjoni mhux finanzjarja hija definita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt id-dritt privat li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefinit fil-punt 2.45 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). |
|
3. |
Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:
Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li m’għandhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li mhumiex sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li mhumiex ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura. Skont l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
4. |
G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, hija ta’ EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel tikkunsidra l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (*2). |
|
5. |
Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li għandha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta’ ingranaġġ li jkun akbar minn 100 fil-mija u proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:
Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta’ aggregati tal-kontabilità ddefiniti skont l-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn accountant bil-liċenzja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
6. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom. |
|
7. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
8. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:
Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom ikunu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja għandhiex dejn kbir jew le. Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
9. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ skopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament eżentati qabel fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8 jinkiser. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom. |
|
10. |
Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li għandhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom. |
|
11. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Il-Lussemburgu:
Limiti legalment vinkolanti bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:
|
(a) |
limitu LTV ta’ 100% għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom; |
|
(b) |
limitu LTV ta’ 90% għal xerrejja oħra, jiġifieri dawk li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15% tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90% iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100%; |
|
(c) |
limitu LTV ta’ 80% għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri). |
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Lussemburgu attivaw limiti LTV legalment vinkolanti għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Comité du Risque Systémique (Kumitat dwar ir-Riskju Sistemiku) (1), il-Commission de Surveillance du Secteur Financier (Kummissjoni tas-Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju) (2) li taġixxi flimkien mal-Banque centrale du Luxembourg attivat limiti LTV li jvarjaw bejn tliet kategoriji ta’ dawk li jissellfu. Il-limiti LTV għal kull waħda mit-tliet kategoriji huma kif ġej:
|
|
2. |
LTV huwa l-proporzjon bejn is-somma tas-selfiet kollha jew il-partijiet ta’ self sostnuti mill-mutwatarju bi proprjetà residenzjali fiż-żmien meta jingħata s-self u l-valur tal-proprjetà fl-istess ħin. |
|
3. |
Il-limiti LTV japplikaw indipendentement mit-tip ta’ sjieda (eż. sjieda sħiħa, użufrutt, nuda proprjetà). |
|
4. |
Il-miżura tapplika għal kwalunkwe mutwatarju privat li jieħu self ipotekarju biex jixtri proprjetà immobbli residenzjali fil-Lussemburgu għal skopijiet mhux kummerċjali. Il-miżura tapplika wkoll jekk il-mutwatarju juża struttura legali bħal kumpanija tal-investiment fil-proprjetà immobbli biex titwettaq din it-tranżazzjoni, u fil-każ ta’ applikazzjonijiet konġunti. ‘Proprjetà immobbli residenzjali’ tinkludi art għall-bini, kemm jekk ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jsir immedjatament wara x-xiri kif ukoll jekk snin wara. Il-miżura tapplika wkoll jekk self jingħata lil mutwatarju għax-xiri ta’ proprjetà bi ftehim ta’ kiri fit-tul. Il-proprjetà immobbli tista’ tkun għall-okkupazzjoni tas-sid jew tax-xiri għall-kiri. |
II. Reċiprokazzjoni
|
5. |
L-Istati Membri li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-professjonisti li jwettqu attivitajiet ta’ self (selliefa ipotekarji) għandhom skoperturi ta’ kreditu materjali rilevanti tal-Lussemburgu permezz ta’ kreditu transkonfinali dirett huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Jekk l-istess miżura ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom għall-iskoperturi transkonfinali rilevanti kollha, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw il-miżuri disponibbli li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata. |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-BERS li huma rreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu jew użaw eżenzjonijiet de minimis skont ir-Rakkomandazzjoni D tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. In-notifika għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet adottata l-miżura reċiproka, bl-użu tal-mudell rispettiv ippubblikat fuq is-sit web tal-BERS. Il-BERS se jippubblika n-notifiki fuq is-sit web tal-BERS, u b’hekk jikkomunika d-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ moviment reċiproku lill-pubbliku. Din il-pubblikazzjoni se tinkludi kwalunkwe eżenzjoni magħmula minn Stati Membri reċiprokanti u l-impenn tagħhom li jimmonitorjaw it-tixrid u jaġixxu jekk ikun meħtieġ. |
|
7. |
Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jirreċiprokaw miżura fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
8. |
Il-miżura hija kkumplimentata b’żewġ livelli limiti ta’ materjalità biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti: livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż u livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż għas-self ipotekarju transkonfinali totali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 350 miljun li jikkorrispondi għal madwar 1% tas-suq domestiku totali tal-ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali f’Diċembru 2020. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni għat-total tas-self ipotekarju transkonfinali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 35 miljun li jikkorrispondi għal madwar 0.1% tas-suq ipotekarju residenzjali domestiku totali fil-Lussemburgu f’Diċembru 2020. Ir-reċiprokazzjoni tintalab biss meta jinqabżu kemm il-livell limitu speċifiku għall-pajjiż kif ukoll il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni. |
In-Norveġja
|
— |
rata ta’ 4.5% tar-riżerva tar-riskju sistemiku għal skoperturi fin-Norveġja, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif applikata għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ‘il quddiem is-“CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020”), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja ; |
|
— |
limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20% għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn’ il quddiem is-‘CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020’), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji; |
|
— |
limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35% għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, bl-użu tal-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji. |
I. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
1. |
Mill-31 ta’ Diċembru 2020, il-Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż) introduċa tliet miżuri, jiġifieri (i) rekwiżit ta’ riżerva tar-riskju sistemiku għal skoperturi fin-Norveġja, skont l-Artikolu 133 tas-CRD, kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; (ii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20% għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; u (iii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
2. |
Ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku hija stabbilita għal 4.5% u tapplika għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja. Madankollu, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-approċċ IRB avvanzat, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi kollha hija stabbilita għal 3% sal-31 ta’ Diċembru 2022; minn hemm ’il quddiem, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi hija stabbilita għal 4.5%. |
|
3. |
Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali hija limitu minimu għall-piż tar-riskju medju speċifiku għall-istituzzjoni għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli residenzjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja. |
|
4. |
Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali hija limitu minimu għall-piż tar-riskju medju speċifiku għall-istituzzjoni għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi korporattivi kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
5. |
L-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif emendata mir-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*3) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief kif previst mod ieħor fil-paragrafu 7 hawn taħt. Il-livelli minimi tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fin-Norveġja għandhom jiġu reċiprokati fil-perjodu ta’ tranżizzjoni standard ta’ tliet xhur previst mir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
|
6. |
Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali mhumiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżuri ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżuri msemmija hawn fuq rakkomandati għar-reċiprokazzjoni. L-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li jadottaw il-miżuri ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni tal-limiti minimi tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fi żmien 12-il xahar u għar-reċiprokazzjoni tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar, rispettivament, wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief kif previst mod ieħor fil-paragrafu 7 hawn taħt għar-riżerva għal riskju sistemiku. |
|
7. |
Sakemm id-Direttiva (UE) 2019/878 ssir applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja f’konformità mat-termini tal-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża tar-riżerva għal riskju sistemiku b’mod u f’livell li jqis kwalunkwe duplikazzjoni jew differenza fir-rekwiżiti kapitali applikabbli fl-Istat Membru tagħhom u fin-Norveġja, dment li jaderixxu mal-prinċipji li ġejjin:
Dan il-paragrafu ma japplikax għall-miżuri tal-livell minimu tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
8. |
Il-miżuri huma kkumplimentati minn livelli limiti ta’ materjalità speċifiċi għall-istituzzjoni ibbażati fuq skoperturi li jinsabu fin-Norveġja biex jiggwidaw l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, hekk kif ġej:
|
|
9. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jkollhom skoperturi mhux materjali fin-Norveġja. L-iskoperturi jitqiesu mhux materjali jekk ikunu taħt il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. Meta japplikaw il-livelli limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżuri Norveġiżi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livelli limitu ta’ materjalità stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. |
|
10. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livelli limitu ta’ materjalità imsemmija fil-paragrafu 8 hawn fuq huma livelli limitu massimi rakkomandati. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi minflok japplikaw il-livelli limitu rakkomandati għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżuri mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
|
11. |
Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fin-Norveġja, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Norveġiżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi. |
L-Iżvezja
Limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata għall-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur lil obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Żvediża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli. |
|
2. |
Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ippeżata mill-valur tal-iskopertura rilevanti. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
4. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur diretti għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
5. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
6. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ SEK 5 biljun biex tiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
|
7. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi mhux materjali fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Żvediża għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. |
|
8. |
Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati b’friegħi li jinsabu fl-Iżvezja jew li għandhom skoperturi diretti fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, garantiti minn proprjetà immobbli, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur ta’ SEK 5 biljun jew aktar għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, iggarantiti minn proprjetà immobbli, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Żvediża. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Żvediża meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun. |
|
9. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun huwa l-livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
(*1) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(*2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
(*3) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.’
(1) Recommandation du comité du risque systémique du 9 novembre 2020 relative aux crédits portant sur des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg (CRS/2020/005).
(2) CSSF Regulation Nru 20–08 du 3 décembre 2020 fixant des conditions pour l’octroi de crédits relatifs à des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg.