|
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 455/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2266
tas-17 ta’ Diċembru 2021
li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar u indipendenti ta’ xorb alkoħoliku għall-iskop tad-dazju tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/83/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tat-tassazzjoni fuq l-alkoħol. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/1151 (2), li emendat id-Direttiva 92/83/KEE, estendiet il-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa, li kienu disponibbli biss għall-birra u għall-alkoħol etiliku prodotti f’volumi żgħar minn produtturi żgħar indipendenti, biex jinkludu x-xorb alkoħoliku ieħor prodott f’volumi żgħar minn produtturi żgħar indipendenti. F’konformità mal-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri, fuq talba, huma meħtieġa jipprovdu ċertifikat annwali lill-produtturi żgħar indipendenti stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom, li jikkonferma l-produzzjoni totali annwali tal-produtturi kif ukoll il-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 92/83/KEE (“iċ-ċertifikat”). Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-istatus tal-produtturi bħala produtturi żgħar indipendenti fl-Istati Membri kollha, għandha tintuża formola komuni għaċ-ċertifikat. |
|
(3) |
Iċ-ċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar indipendenti mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-produttur żgħir indipendenti hija mixtieqa. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li tiġi prevista awtoċertifikazzjoni mill-produttur żgħir indipendenti, dment li l-Istati Membri jkunu ħadu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar jew l-abbuż tas-sistema. |
|
(4) |
Għandha tiġi inkluża referenza għaċ-ċertifikat għal produtturi żgħar indipendenti fid-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ merkanzija skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (3), kif meħtieġ mill-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva 92/83/KEE, sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ produtturi żgħar indipendenti. |
|
(5) |
Sabiex jiġi ċċarat liema evidenza għandha tintuża fil-każ ta’ awtoċertifikazzjoni minn produtturi żgħar indipendenti, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokument amministrattiv u fid-dokument simplifikat ta’ akkumpanjament għall-moviment tal-merkanzija skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva 2008/118/KE. |
|
(6) |
L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2022 sabiex tiġi allinjata mal-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali promulgati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2020/1151. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċertifikat ta’ produttur żgħir indipendenti
Il-forma taċ-ċertifikat għall-produtturi żgħar indipendenti msemmija fl-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva 92/83/KEE (“iċ-ċertifikat”) hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Referenza għaċ-ċertifikat fid-dokument amministrattiv għall-moviment tal-merkanzija skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE
Għall-finijiet ta’ referenza għaċ-ċertifikat fid-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE, l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokument amministrattiv, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (4), għandha tkun din li ġejja:
|
(a) |
fil-kaxxa 17 l: “Il-prodott deskritt ġie prodott minn” segwit minn, kif applikabbli, wieħed mit-termini li ġejjin:
|
|
(b) |
fil-kaxxa 18e: it-tip ta’ dokument għaċ-ċertifikat; |
|
(c) |
fil-kaxxa 18f: in-numru tas-serje taċ-ċertifikat. |
Artikolu 3
Referenza għaċ-ċertifikat fid-dokument amministrattiv għall-moviment tal-merkanzija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/118/KE
1. Għall-finijiet ta’ referenza għaċ-ċertifikat fid-dokument amministrattiv għall-moviment tal-merkanzija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/118/KE, l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kaxxa 14 tad-dokument simplifikat ta’ akkumpanjament, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 (5), għandha tkun in-numru tas-serje taċ-ċertifikat u t-terminu “Ċertifikat ta’” segwit minn, kif applikabbli, waħda mit-termini li ġejjin:
|
(a) |
“birrerija żgħira indipendenti”; |
|
(b) |
“produttur żgħir indipendenti tal-inbid”; |
|
(c) |
“produttur żgħir indipendenti ta’ xorb iffermentat għajr l-inbid u l-birra”; |
|
(d) |
“produttur żgħir indipendenti ta’ prodotti intermedji”; |
|
(e) |
“distillerija żgħira indipendenti”. |
2. F’każijiet fejn il-moviment tal-oġġetti jinkludi xorb alkoħoliku differenti u huwa maħsub li jiġi applikat id-dazju tas-sisa mnaqqas għal ċertu xorb biss, id-deskrizzjoni kummerċjali tax-xorb alkoħoliku prodott mill-produttur żgħir indipendenti għandha tiġi indikata fil-kaxxa 14 tad-dokument simplifikat ta’ akkumpanjament, kif stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 3649/92.
Artikolu 4
Awtoċertifikazzjoni minn produtturi żgħar indipendenti
Meta produtturi żgħar indipendenti jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 9a(2), l-Artikolu 13a(4), l-Artikolu 18a(3) jew l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 92/83/KEE, u l-Istati Membri jippermettu lill-produtturi żgħar indipendenti stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom jiċċertifikaw huma stess, l-istatus tal-produtturi kif ukoll il-produzzjoni annwali tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fid-dokument amministrattiv skont l-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Rekwiżiti għall-mili tad-dokument amministrattiv fil-każ ta’ awtoċertifikazzjoni għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE
1. Għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE, l-istatus tal-produtturi żgħar indipendenti għandu jiġi ddikjarat fil-kaxxa 17 l tad-dokument amministrattiv, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009, fit-termini li ġejjin: “ Huwa b’dan iċċertifikat li l-prodott deskritt ġie prodott minn ” segwit minn, kif applikabbli, wieħed mit-termini li ġejjin:
|
(a) |
“birrerija żgħira indipendenti”; |
|
(b) |
“produttur żgħir indipendenti tal-inbid”; |
|
(c) |
“produttur żgħir indipendenti ta’ xorb iffermentat għajr għall-inbid u għall-birra”; |
|
(d) |
“produttur żgħir u indipendenti ta’ prodotti intermedji”; |
|
(e) |
“distillerija żgħira indipendenti”. |
2. Meta l-konsenjatur tax-xorb alkoħoliku ma jkunx il-produttur żgħir indipendenti awtoċertifikat, in-numru fis-sistema għall-iskambju tad-data tas-sisa msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (6) (“in-numru SEED”) jew in-numru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“in-numru tal-VAT”) tal-produttur għandu jiġi ddikjarat ukoll fil-kaxxa 17 l.
In-numru SEED għandu jkun in-numru tal-awtorizzazzjoni relatat mas-sisa mogħti mill-awtoritajiet kompetenti msemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012. In-numru tal-VAT, kif imsemmi fl-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (7), għandu jiġi indikat biss meta l-produttur żgħir indipendenti ma jkollux numru SEED.
3. Il-produzzjoni annwali ta’ xorb alkoħoliku tal-produttur indipendenti żgħir għandha tiġi ddikjarata fil-kaxxa 17n tad-dokument amministrattiv, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009. Il-kwantità għandha tkun indikata f’ettolitri, ħlief fil-każ ta’ alkoħol etiliku, li għandu jkun indikat f’ettolitri ta’ alkoħol pur.
Artikolu 6
Rekwiżiti għall-mili tad-dokument amministrattiv fil-każ ta’ awtoċertifikazzjoni għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/118/KE
Għall-moviment ta’ merkanzija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/118/KE, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ddikjarata fil-kaxxa 14 tad-dokument simplifikat ta’ akkumpanjament, kif stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 3649/92:
|
(a) |
l-istatus tal-produttur żgħir indipendenti fit-termini li ġejjin: “Huwa b’dan iċċertifikat li l-prodott deskritt ġie prodott minn” segwit minn, kif applikabbli, wieħed mit-termini li ġejjin:
|
|
(b) |
il-produzzjoni totali annwali f’ettolitri, ħlief għall-alkoħol etiliku li għandu jiġi ddikjarat f’ettolitri ta’ alkoħol pur; |
|
(c) |
is-SEED jew in-numru tal-VAT tal-produttur żgħir indipendenti awtoċertifikat, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, meta l-kunsinnatur tax-xorb alkoħoliku ma jkunx il-produttur; |
|
(d) |
id-deskrizzjoni kummerċjali tax-xorb alkoħoliku prodott mill-produttur żgħir indipendenti fejn il-moviment tal-merkanzija jinkludi xorb alkoħoliku differenti u huwa maħsub li japplika dazju tas-sisa mnaqqas biss għal ċerti xarbiet. |
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/1151 tad-29 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 256, 5.8.2020, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tikkonċerna l-arranġamenti ġenerali għad-dazji tad-dwana u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar dokument ta’ sostenn simplifikat għall-ispostament ta’ ġewwa l-Komunità ta’ prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ (ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS
L-UNJONI EWROPEA
ĊERTIFIKAT TAD-DAZJU TAS-SISA GĦAL PRODUTTURI ŻGĦAR INDIPENDENTI TA’ XORB ALKOĦOLIKU
(Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE - Artikolu 23a)
|
Nru tas-Serje: |
||||||||||||
|
||||||||||||
|
Inkarigu/isem |
||||||||||||
|
Triq u Numru |
||||||||||||
|
Kodiċi postali, post |
||||||||||||
|
Stat Membru ta’ stabbiliment Numru SEED/Numru tal-VAT |
||||||||||||
|
||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
Tip ta’ xorb alkoħoliku |
Deskrizzjoni |
Produzzjoni annwali totali |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||||
Isem Numru ta’ Referenza tal-Uffiċċju (jekk applikabbli) Indirizz In-numru tat-telefon Indirizz tal-Email |
||||||||||||
L-awtorità nazzjonali hawn taħt iffirmata tikkonferma:
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
Isem u l-istatus tal-firmatarju |
||||||||
|
Post, data |
Timbru (jekk applikabbli) |
Firma |
||||||||||
Noti ta’ spjega
|
1. |
Dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għax-xorb alkoħoliku prodott minn produtturi żgħar indipendenti, kif imsemmi fl-Artikolu 23a tad-Direttiva 92/83/KEE. Għaldaqstant, għandu jitfassal ċertifikat wieħed fis-sena li jirreferi għat-tipi kollha ta’ xorb alkoħoliku prodott għal kull produttur żgħir indipendenti. |
|
2. |
Il-formola li fuqha jinħareġ iċ-ċertifikat għandha tkun ta’ qies ta’ 210 × 297 mm. Meta l-formola tiġi stampata, din għandha ssir fuq karta bajda li ma jkunx fiha polpa mekkanika. |
|
3. |
Iċ-ċertifikat għandu jimtela b’mod li jinqara u b’mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. Ma għandu jitħalla l-ebda tħassir ta’ kliem u l-ebda kliem ma għandu jinkiteb fuq xulxin. Iċ-ċertifikat għandu jimtela f’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-produttur żgħir indipendenti. It-terminu “lingwa rikonoxxuta” għandu jfisser waħda mil-lingwi li jintużaw uffiċjalment fl-Istat Membru tal-produttur żgħir indipendenti jew kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li dak l-Istat Membru jkun iddikjara bħala aċċettabbli għal dak il-għan. |
|
4. |
Meta ċ-ċertifikat jitfassal f’lingwa differenti minn lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, għandha, fuq talba tal-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru, tinhemeż traduzzjoni maċ-ċertifikat mid-destinatarju meta jippreżentah. Dak l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jeżenta mill-obbligu li jehmeż it-traduzzjoni. |
|
5. |
In-numru tas-serje għandu jkun magħmul minn 14-il ċifra. Għandu jibda bin-numru b’żewġ ċifri li jirreferi għas-sena li fiha jinħareġ iċ-ċertifikat; segwit minn identifikatur tal-Istat Membru b’kodiċi b’żewġ ittri għall-pajjiż emittenti skont il-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009; segwit minn identifikatur uniku ta’ numru nazzjonali alfanumeriku b’10 ċifri, assenjat mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-produttur żgħir indipendenti. Eżempju ta’ numru tas-serje bħal dan huwa: 22ES01ABCD234E. |
|
6. |
Fil-kaxxa 1 taċ-ċertifikat, għandha tiġi indikata d-data rilevanti meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-produttur żgħir indipendenti, inkluż in-numru SEED tiegħu. In-numru tal-VAT għandu jiġi indikat biss jekk il-produttur żgħir indipendenti ma jkollux numru SEED. |
|
7. |
Fil-kaxxa 2 taċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tindika l-produzzjoni totali annwali tax-xorb alkoħoliku tal-produttur żgħir indipendenti li għalih intalab iċ-ċertifikat, filwaqt li tqis dan li ġej:
|
|
8. |
Fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, għandha tiġi indikata d-data rilevanti meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti, inkluż in-Numru ta’ Referenza tal-Uffiċċju tad-Dwana, fejn applikabbli, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009. |
|
9. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mill-obbligu li jittimbraw iċ-ċertifikat maħruġ jekk dan ikun awtentikat b’mezzi oħra, bħal firma elettronika. |