|
3.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 432/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2126
tad-29 ta’ Settembru 2021
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/452, il-proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għandhom jinkludu dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti ta’ finanzjament mill-Unjoni, jew li huma koperti mid-dritt tal-Unjoni dwar infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew inputs kritiċi li huma essenzjali għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku. |
|
(2) |
Il-lista tal-proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/452 hija stabbilita fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni identifikat bosta proġetti u programmi oħra li huma eliġibbli għal inklużjoni fil-lista mehmuża mar-Regolament (UE) 2019/452. |
|
(4) |
Il-Programm Spazjali (2) għandu l-għan li jiżgura l-kontinwità tal-investiment fl-attivitajiet spazjali tal-Unjoni, jinkoraġġixxi l-progress xjentifiku u tekniku u jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija spazjali tal-Unjoni. Huwa jgħaqqad l-infrastruttura eżistenti u jissalvagwardja l-kontinwità u l-evoluzzjoni tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita tal-UE (Galileo), is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (European Geostationary Navigation Overlay Service, EGNOS) kif ukoll Copernicus, il-programm bla ħlas u miftuħ tal-Unjoni għall-osservazzjoni tad-dinja. Jimmira li jiżviluppa wkoll komponenti ġodda tas-sigurtà, bħall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju (Space Situational Awareness, SSA), li jinkludi subkomponent tas-sorveljanza u insegwiment fl-ispazju (Space Surveillance and Tracking) u s-servizz il-ġdid ta’ komunikazzjoni governattiva bis-satellita għall-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Irawwem industrija spazjali b’saħħitha u innovattiva u jimmira li jippreserva l-aċċess awtonomu tal-Unjoni għall-ispazju. |
|
(5) |
Orizzont Ewropa (3) huwa l-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni u jappoġġa, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet kritiċi għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni. |
|
(6) |
Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021–2025 (4) jappoġġa attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari b’enfasi fuq is-sikurezza nukleari, is-sigurtà, l-iskart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil użat, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni. Għandu wkoll l-għan li jtejjeb l-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka. |
|
(7) |
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (5) tiffinanzja proġetti ewlenin fl-oqsma diġitali, tat-trasport u tal-enerġija. L-azzjonijiet tagħha jistgħu jipprovdu finanzjament għal infrastruttura kritika, kemm fiżika kif ukoll virtwali, u għal teknoloġiji kritiċi. |
|
(8) |
Il-Programm Ewropa Diġitali (6) huwa l-ewwel strument finanzjarju tal-Unjoni li jiffoka fuq it-twassil tat-teknoloġija diġitali għand in-negozji u ċ-ċittadini. Jipprovdi finanzjament għal proġetti f’oqsma li jistgħu jidhru kritiċi għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni, bħas-supercomputing, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati. |
|
(9) |
Il-Fond Ewropew għad-Difiża (7) huwa maħsub bħala strument li jrawwem il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika u tas-sigurtà tal-Unjoni. |
|
(10) |
Il-Programm l-UE għas-Saħħa (8) huwa wieħed mir-risposti tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk għandu rwol importanti fl-iżgurar tal-ordni pubbliku permezz tas-saħħa pubblika. Jimmira li jagħmel is-sistemi tas-saħħa aktar reżiljenti biex jindirizzaw it-theddid transfruntier għas-saħħa bħall-COVID-19 u jtejjeb il-kapaċità tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tħejjija aħjar għall-pandemiji; itejjeb id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi u prodotti rilevanti għall-kriżijiet fl-Unjoni, billi jiġu promossi l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/452 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 81).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38–81).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)
1. Programmi Ewropej GNSS (Galileo & EGNOS) (1)
Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
2. Copernicus (2)
Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
3. Azzjoni preparatorja għat-tħejjija tal-programm il-ġdid tal-UE GOVSATCOM
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
4. Programm Spazjali
Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
5. Orizzont 2020 jinkludi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 tat-TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104) inklużi azzjonijiet relatati ma’ Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi u ċ-ċibersigurtà.
6. Orizzont Ewropa, inklużi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbilita skont l-Artikolu 187 TFUE
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
7. Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021–2025
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 81).
8. Networks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T)
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
9. Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E)
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
10. Networks Trans-Ewropej għat-Telekomunikazzjoni (3)
Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
11. Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).
12. Programm Ewropa Diġitali
Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).
13. Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża
Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30).
14. Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
15. Fond Ewropew għad-Difiża
Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).
16. Il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113).
17. Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).
18. Programm l-UE għas-Saħħa
Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.