31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/34


Rettifika għar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tas-6 ta' Diċembru 2021 )

Fil-paġna 313, fl-Artikolu 5(8):

minflok:

“8.   L-inbid li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u prodotti tal-inbid aromatizzat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 applikabbli fiż-żewġ każijiet qabel it-8 ta’ Diċembru 2023 u li ġew prodotti u ttikkettati qabel dik id-data jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-istokkijiet jiġu eżawriti.”

,

aqra:

“8.   L-inbid li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u prodotti tal-inbid aromatizzat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 applikabbli fiż-żewġ każijiet qabel it-8 ta’ Diċembru 2023 u li ġew prodotti qabel dik id-data jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-istokkijiet jiġu eżawriti.”

.