|
30.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 427/140 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2088
tas-7 ta’ Lulju 2021
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-għan li jiżdiedu l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni bħala kategorija ta’ materjal komponent fil-prodotti fertilizzanti tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Il-prodotti fertilizzanti tal-UE fihom materjali komponenti ta’ waħda jew aktar mill-kategoriji elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2019/1009 moqri flimkien mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi lill-Kummissjoni tivvaluta l-faħam bijoloġiku mingħajr dewmien żejjed wara l-15 ta’ Lulju 2019 u tinkludih fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament jekk dik il-valutazzjoni tikkonkludi li l-prodotti fertilizzanti tal-UE li fihom dak il-materjal ma jippreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent u jiżguraw l-effiċjenza agronomika. |
|
(3) |
Il-faħam bijoloġiku jista’ jkun skart, u skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1009 jista’ ma jibqax skart jekk ikun jinsab fi prodott fertilizzanti tal-UE konformi. Għalhekk, skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament (UE) 2019/1009 moqri flimkien mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni tista’ tinkludi l-faħam bijoloġiku fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 biss jekk ir-regoli ta’ rkupru f’dak l-Anness jiżguraw li l-materjal se jintuża għal skopijiet speċifiċi, li jeżisti suq jew domanda għalih, u li l-użu tiegħu ma jwassalx għal impatti negattivi ġenerali fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(4) |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni beda l-valutazzjoni tiegħu tal-faħam bijoloġiku bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1009, u kkonkludiha fl-2019. Matul il-valutazzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni twessa’ biex jinkludi l-ispettru wiesa’ tal-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni. |
|
(5) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC (3) jikkonkludi li l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni, jekk ikunu prodotti skont ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti fir-rapport, jipprovdu lill-pjanti b’nutrijenti jew itejbu l-effiċjenza nutrittiva tagħhom u għalhekk jiżguraw l-effiċjenza agronomika. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC jikkonkludi li hemm domanda tas-suq eżistenti u li qed tikber għall-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni, u li dawk il-materjali x’aktarx jintużaw biex jipprovdu inputs ta’ nutrijenti għall-agrikoltura Ewropea. Jikkonkludi wkoll li l-użu tal-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni prodotti skont ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti fir-rapport ta’ valutazzjoni ma jwassalx għal impatti negattivi ġenerali fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
Ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC jinkludu miżuri biex jiġu limitati r-riskji tar-riċiklaġġ tal-kontaminanti jew il-produzzjoni tagħhom, bħall-ħolqien ta’ lista eżawrjenti ta’ materjali ta’ input eliġibbli u l-esklużjoni ta’ pereżempju l-iskart muniċipali mħallat u l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ta’ pproċessar u rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott speċifiċi. Dak ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi wkoll li jenħtieġ li l-prodotti fertilizzanti li fihom materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni jsegwu r-regoli speċifiċi ta’ tikkettar u li r-regoli tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal tali prodotti jenħtieġ li jinkludu ta’ kwalità vvalutata u approvata minn korp innotifikat. |
|
(8) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni, jekk jiġu prodotti skont ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti mir-rapport tal-JRC, jiżguraw l-effiċjenza agronomika skont it-tifsira tal-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Barra minn hekk, dawn jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE. Fl-aħħar nett, jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 b’mod ġenerali u fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament b’mod partikolari, ma jkunux jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, skont it-tifsira tal-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Għalhekk, jenħtieġ li l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 soġġett għal dawk ir-regoli ta’ rkupru. |
|
(9) |
B’mod partikolari, il-prodotti sekondarji mill-annimali jew derivati minnhom skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jenħtieġ li jkunu permessi biss bħala materjali ta’ input għall-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni rregolati mir-Regolament (UE) 2019/1009, jekk u meta l-punti aħħarin fil-katina tal-manifattura jkunu ġew iddeterminati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u se jintlaħqu sa mhux aktar tard minn tmiem il-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fihom il-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni. |
|
(10) |
Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni jistgħu jitqiesu bħala skart irkuprat jew prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, jenħtieġ li tali materjali jiġu esklużi mill-kategoriji tal-materjal komponent 1 u 11 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-prodotti fertilizzanti li fihom il-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni jsegwu regoli speċifiċi ta’ tikkettar u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li tinkludi sistema ta’ kwalità vvalutata u approvata minn korp innotifikat. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati l-Anness III u l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 biex jiġu previsti rekwiżiti tat-tikkettar u valutazzjoni tal-konformità xierqa għal tali prodotti fertilizzanti. |
|
(12) |
Minħabba li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u III tar-Regolament (UE) 2019/1009 u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament iridu japplikaw mis-16 ta’ Lulju 2022, jeħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għall-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(3) Huygens D, Saveyn HGM, Tonini D, Eder P, Delgado Sancho L, Technical proposals for selected new fertilising materials under the Fertilising Products Regulation (Regulation (UE) 2019/1009) - Process and quality criteria, and assessment of environmental and market impacts for precipitated phosphate salts & derivates, thermal oxidation materials & derivates and pyrolysis & gasification materials, EUR 29841 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2019, ISBN 978-92-76-09888-1, doi:10.2760/186684, JRC117856.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti I, jiżdied il-punt li ġej: “CMC 14: Materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni”; |
|
(2) |
Il-parti II hija emendata kif ġej:
|
(*1) L-esklużjoni ta’ materjal ta’ input eliġibbli minn subpunt wieħed ma jipprevenihx milli jkun materjal ta’ input eliġibbli skont subpunt ieħor.
(*2) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.
(*3) van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological sciences: an official journal of the Society of Toxicology 93:223-241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.
(*4) Poliklorodibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofurani.
(*5) Somma tal-konġeneri PCB 28, 52, 101, 138, 153, 180.” ”
ANNESS II
Fl-Anness III, fil-Parti I tar-Regolament (UE) 2019/1009, jiddaħħal il-punt li ġej:
|
“7a. |
Meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew ikun jikkonsisti f’materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom imsemmija f’CMC 13 fil-Parti II tal-Anness II jew f’materjali ta’ piroliżi jew ta’ gassifikazzjoni kif imsemmi f’CMC 14 fil-Parti II ta’ dak l-Anness u jkollu kontenut ta’ manganiż (Mn) li jaqbeż it-3,5 % skont il-massa, il-kontenut tal-manganiż għandu jiġi ddikjarat.”. |
ANNESS III
Fl-Anness IV, fil-Parti II tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-Modulu D1 (Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 2.2, is-subpunt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt 5.1.1.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Il-punt 5.1.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Il-punt 5.1.3.1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fil-punt 5.1.4.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Fil-punt 5.1.5.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
Fil-punt 6.3.2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|