|
25.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2049
tal-24 ta’ Novembru 2021
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċipermetrina bħala kandidat għas-sostituzzjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) flimkien mal-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE (2) inkludiet iċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċipermetrina, kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2022. |
|
(4) |
Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċipermetrina f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu. |
|
(5) |
L-applikanti ressqu l-fajls supplimentari meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid f’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ressqu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Mejju 2017. |
|
(7) |
L-Awtorità għamlet il-fajl tas-sommarju supplimentari disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità bagħtet ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikanti u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2018, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni (6) tagħha dwar jekk jistax ikun mistenni li ċ-ċipermetrina tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara diskussjonijiet mal-Istati Membri, l-Awtorità ngħatat il-mandat mill-Kummissjoni biex teżamina miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ma kinux inklużi fil-konklużjoni tal-Awtorità. Fid-dikjarazzjoni tagħha dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju dwar iċ-ċipermetrina ppubblikata fl-4 ta’ Ottubru 2019 (7), l-Awtorità ppreżentat il-livelli tat-tnaqqis meħtieġ tat-tifrix u l-miżuri li jkunu meħtieġa biex jintwera riskju baxx għall-organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari l-organiżmi akkwatiċi u l-artropodi mhux fil-mira, inkluż in-naħal. Bejn l-24 u l-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid għaċ-ċipermetrina lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-kriterji biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (8), abbażi tal-informazzjoni xjentifika disponibbli miġbura fil-qosor fil-konklużjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċipermetrina ma għandhiex titqies li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti jressqu l-kummenti tagħhom dwar il-konklużjoni tal-Awtorità, u, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport tat-tiġdid. L-applikanti bagħtu l-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(11) |
L-użi rappreżentattivi huma applikazzjonijiet għall-isprejjar fuq barra, li għalihom il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati diment li jittieħdu miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni biex jiġi żgurat il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ għall-organiżmi akkwatiċi u għall-artropodi mhux fil-mira, inkluż in-naħal. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih iċ-ċipermetrina, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fejn ikunu stabbiliti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet xierqa f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) nru 1107/2009. |
|
(12) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċipermetrina hija bbażata fuq għadd limitat ta’ użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċipermetrina. Għaldaqstant, jixraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni għall-użu bħala insettiċida. |
|
(13) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċipermetrina hija kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Peress li ċ-ċipermetrina hija taħlita ta’ tmien isomeri, u fiha proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi, din tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fir-raba’ inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(14) |
Għaldaqstant, jixraq li l-approvazzjoni taċ-ċipermetrina bħala kandidat għal sostituzzjoni tiġġedded. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, madankollu huwa neċessarju li jiġu previsti ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni konfermatorja. |
|
(16) |
Sabiex ikun hemm aktar fiduċja fil-konklużjoni li ċ-ċipermetrina ma għandhiex proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, jenħtieġ li l-applikant jipprovdi valutazzjoni aġġornata, f’konformità mal-punt 2.2(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-kriterji stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, u f’konformità mal-gwida għall-identifikazzjoni tal-interferenti endokrinali (9). |
|
(17) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1449 (10) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni taċ-ċipermetrina sal-31 ta’ Ottubru 2022 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, peress li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel din id-data ta’ skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu jibda japplika malajr kemm jista’ jkun. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċipermetrina hija mġedda kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE tas-16 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA Journal 2018;16(8):5402. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance cypermethrin. (Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ċipermetrina.) Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu.
(7) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5822
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).
(9) Guidance for the identification of endocrine disruptors in the context of Regulations (EU) No 528/2012 and (EC) Nru 1107/2009. (Gwida għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fil-kuntest tar-Regolamenti (UE) Nru 528/2012 u (KE) Nru 1107/2009); https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5311.
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1449 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenox, chlormequat, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dikamba, etofenprox, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffin, żejt tal-paraffin, penconazole, picloram, propaquizafop, prosulfocarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, kubrit, tetraconazole, tri-allate, triflusulfuron, u tritosulfuron (ĠU L 313, 6.9.2021, p. 20).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||
|
Ċipermetrina Nru CAS 52315-07-8 Numru CIPAC 332 |
(RS)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat jew (RS)-α-ċjano-3 fenossibenżil-(1RS)-cis-trans-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat |
920 g/kg cis:trans: 40/60 sa 60/40 L-impuritajiet li jidhru hawn taħt huma ta’ tħassib mil-lat tossikoloġiku u ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku: eżan: 5 g/kg |
fl-1 ta’ Frar 2022 |
fil-31 ta’ Jannar 2029 |
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. Meta jiġu awtorizzati prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċipermetrina għal applikazzjonijiet ta’ sprej fuq barra, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari organiżmi akkwatiċi u artropodi mhux fil-mira, inkluż in-naħal:
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar iċ-ċipermetrina, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn jitqies xieraq, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6(i) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sabiex jikkumplimentaw il-monitoraġġ skont id-Direttivi 2000/60/KE u 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (3). L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità b’rabta mas-segwenti:
L-applikant għandu jissottometti:
Fir-rigward tal-Punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605, valutazzjoni aġġornata tal-informazzjoni diġà ppreżentata u, meta dan ikun rilevanti, aktar informazzjoni li tikkonferma l-assenza ta’ attività endokrinali għandhom jiġu ppreżentati sal-15 ta’ Diċembru 2023. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.
(2) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L327, 22.12.2000, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 103 dwar iċ-ċipermetrina; |
|
(2) |
fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(*1) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L327, 22.12.2000, p. 1).
(*2) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).”