25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 420/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/2048

tat-23 ta’ Novembru 2021

li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1386/2011 (3), is-sospensjoni tad-dazju għal ċerti oġġetti kapitali għall-użu kummerċjali jew industrijali, importati fil-Gżejjer Kanarji, tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021.

(2)

F’April 2021, il-Gvern ta’ Spanja talab l-estensjoni tas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal għadd ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat. Il-miżuri stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1386/2011 ikkontribwew b’mod pożittiv għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji, b’mod partikolari fl-industrija u l-kostruzzjoni, u b’hekk naqqsu l-impatt qawwi tal-iżvantaġġi ekonomiċi u kummerċjali kkawżati mid-distanza, l-insularità u ċ-ċokon ta’ dawk il-gżejjer.

(3)

L-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji għadha affettwata b’mod negattiv miċ-ċokon tas-suq tal-gżejjer, mill-frammentazzjoni u l-bogħod tiegħu mill-Ewropa kontinentali, minn livell partikolarment għoli ta’ qgħad u ta’ spejjeż għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ogħla minn dawk tal-operaturi ekonomiċi fl-Ewropa kontinentali. Filwaqt li r-rata tal-qgħad tal-Gżejjer Kanarji wriet xi titjib sal-2019, il-qgħad żdied minn 20,5 % fl-2019 għal 22,6 % fl-2020, ferm ogħla mir-rata ta’ qgħad medja fl-2020 ta’ 15,5 % fi Spanja u ta’ 7,1 % fl-Istati Membri b’mod kollettiv (Eurostat, 2021).

(4)

Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 waqqfet l-attività turistika fil-Gżejjer Kanarji li, fl-2020, wasslet għal tnaqqis stmat ta’ madwar 20 % tal-PDG. Barra minn hekk, kien hemm reċessjoni fl-attività tal-kostruzzjoni u industrijali bi tnaqqis stmat ta’ 13 %, meta mqabbel mal-2019.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi estiża s-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti kif elenkati fl-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 1386/2011 sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-effetti pożittivi tar-Regolament (UE) Nru 1386/2011, jingħata kontribu għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija, jiġu żgurati tkabbir kostanti u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-industrija u l-kostruzzjoni, tiġi msaħħa l-innovazzjoni, titnaqqas id-dipendenza tal-ekonomija lokali fuq is-settur tas-servizzi u jiġu kkomplementati miżuri oħrajn iddedikati għall-istabbilizzazzjoni tal-ambjent ekonomiku u soċjali fil-Gżejjer Kanarji.

(6)

Minbarra l-kategoriji tal-prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 1386/2011, il-Gvern ta’ Spanja talab is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal seba’ kategoriji ġodda ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3903 19, 5603 94, 5604 10, 7326 90, 7607 20, 8441 40 u 8479 90. Jenħtieġ li dik it-talba tiġi aċċettata peress li dawk is-sospensjonijiet, li jinkludu sospensjonijiet għal magni għal skopijiet industrijali u materja prima, isaħħu l-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Gżejjer Kanarji biss jibbenefikaw minn dawk il-miżuri tariffarji, jenħtieġ li s-sospensjonijiet isiru kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5).

(8)

F’każ ta’ devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li jippermettulha tirtira temporanjament is-sospensjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1386/2011, huwa xieraq li jiġu applikati l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2031,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2031, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, imsemmijin fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, għandhom jiġu sospiżi kompletament.

Dawn l-oġġetti kapitali għandhom jintużaw f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u tar-Regolament (UE) 2015/2447 għal perijodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara r-rilaxx tagħhom f’ċirkolazzjoni libera mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2031, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, imsemmijin fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ materja prima, partijiet u komponenti, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u użati għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji, għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ.

Artikolu 3

Is-sospensjoni tad-dazji msemmijin fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 4

1.   Meta l-Kummissjoni jkollha raġuni biex temmen li xi sospensjoni stabbilita f’dan ir-Regolament tkun wasslet għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku, hija għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirtiraw is-sospensjoni temporanjament fir-rigward ta’ dak il-prodott għal perijodu mhux itwal minn 12-il xahar. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5(2).

Id-dazji tal-importazzjoni fuq prodotti li għalihom is-sospensjoni tkun ġiet irtirata b’mod temporanju għandhom jiġu protetti b’garanzija, u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Gżejjer Kanarji għandu jkun bil-kundizzjoni li dik il-garanzija tingħata.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-Trattat, fiż-żmien il-perijodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, li s-sospensjoni għandha tiġi rtirata b’mod definittiv, l-ammonti tad-dazji protetti bil-garanziji għandhom jinġabru b’mod definittiv.

3.   Fejn il-Kunsill ma jkunx adotta deċiżjoni li s-sospensjoni għandha tiġi rtirata b’mod definittiv fiż-żmien il-perijodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 285(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Ottubru 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-20 ta’ Ottubru 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1386/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

Oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM (1):

4011 20

8418 61 00

8519 20

9006 30 00

4011 30 00

8418 69 00

8701

9006 53

4011 70 00

8418 91 00

8702

9006 59

4011 80 00

8418 99

8704 21

9007 10 00

4011 90 00

8427

8704 22

9007 20 00

5608

8431 20 00

8704 23

9008 50 00

6403 40 00

8441 40 00

8704 31

9010 10 00

6403 51 05

8450 11 90

8704 32

9011 20 90

6403 59 05

8450 12 00

8704 41

9030 33 20

6403 91 05

8450 19 00

8704 42

9106

6403 99 05

8450 20 00

8704 43

9107 00 00

8415

8450 90 00

8704 51

9207

8418 30 80

8472 30 00

8704 52

9506 91 90

8418 40 80

8479 90

8704 60

9507 10 00

8418 50

8501

8704 90 00

9507 20 90

 

 

8705

9507 30 00


(1)  Kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).


ANNESS II

Materja prima, partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM (1):

3901

5208

5507 00 00

7601

3902 10 00

5209

5508 10 10

7607 20

3903 11 00

5210

5508 20 10

8529 90

3903 19 00

5212

5509

8706 00

3904 10 00

5401 10 12

5510

8707

3906 10 00

5401 10 14

5512

8708

4407 21

5401 20 10

5513

8714

4407 22

5402

5514

9002 90 00

4407 23

5403

5515

9006 91 00

4407 25

5404 11 00

5516

9007 91 00

4407 26

5404 90

5603 94

9007 92 00

4407 29

5407

5604 10 00

9008 90 00

4407 99 40

5408

6001

9010 90 80

4410

5501

6002

9104 00 00

4412

5502

6217 90

9108

5108

5503

6305

9109

5110 00 00

5504

6309 00 00

9110

5111

5505

6406

9111

5112

5506

7326 90

9112

5205

 

 

9114


(1)  Kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).