16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1985
tal-15 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u b’mod partikolari jipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, entitajiet u korpi — li jkunu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika jew li l-attivitajiet tagħhom b’xi mod ieħor idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja b’mod serju jew li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġaw dan ir-reġim — u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ tali persuni, entitajiet u korpi. |
(2) |
Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1990 (3), li tintroduċi kriterju ta’ deżinjazzjoni addizzjonali li jippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka — li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju tal-Unjoni. |
(3) |
Dik l-emenda trid tiġi riflessa fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 sabiex tippermetti l-implimentazzjoni korretta u uniformi tal-projbizzjoni madwar l-Unjoni. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat b’mod xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“6. L-Anness I għandu jikkonsisti wkoll f’lista:
(a) |
tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (c) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill li jorganizzaw attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka jew jikkontribwixxu għal tali attivitajiet li jiffaċilitaw:
|
(b) |
tal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (d) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1990 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (Ara l-paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).